Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti fuq reati ta' tlajjar għall-prostituzzjoni matul l-2013 u l-2014 b’mod separat u x'kienu s-sentenzi mogħtija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li matul is-sena 2013 kien hemm sitta u sittin (66) persuna li bejniethom tressqu l-Qorti tlett mija u erbgħa u erbgħin (344) darba fuq akkużi ta’ tlajjar għall skop ta’ prostituzzjoni. Fis-sena 2014 kien hemm ħamsin (50) persuna li bejniethom tressqu l-Qorti mija u sitta u disgħin (196) darba. Il-pieni mogħtija kienu jinkludu priġunerija, sentenzi sospiżi, probation, liberta kondizzjonata, multa u ċanfira jew twiddiba. Tabella li tindika in-numri ta persuni li ġew kawżati u kemm il-darba ġew akkuzati fis-snin 2013 u 2014 qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti fuq reati ta' vjolenza domestika matul l-2013 u l-2014 b’mod separat u x'kienu s-sentenzi mogħtija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li matul is-sena 2013 kien hemm sebgħa mija u erbgħa u tmenin (784) persuna f’Malta u Għawdex li ġew akkuzati għal xi tip ta’ inċident ta’ vjolenza domestika. Matul is-sena 2014 l-ammont ta persuni akkuzati bl’istess reat kien ta’ seba’ mija u tmienja u sebgħin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti fuq reati ta' stupru matul l-2013 u l-2014 b’mod separat u x'kienu s-sentenzi mogħtija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li matul is-sena 2013 tressqu tlettax (13) il-peruna l-Qorti fuq diversi akkuzi ta’ stupru. Fis-sena 2014 tressqu sitt persuni mressqa bl-istess akkużi. Id-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti fuq reati ta' vjolenza fuq anzjani matul l-2013 u l-2014 b’mod separat u x'kienu s-sentenzi mogħtija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet fejn instabet id-droga fil-ħabs matul l-2013 u l-2014 b’mod separat? X’tip ta’ droga nstabet? X’passi ttieħdu ?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba kien hemm lill-Protezzjoni Ċivili għall-għajnuna bejn l-2000 u l-2014 sena b’sena? Jista’ jgħid x’kienu t-talbiet għall-għajnuna? Jista’ jgħid, fejn applikabbli, kemm ġew salvati nies ?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Trasport bil-baħar bejn Malta u Sqallija — Persuni arrestati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ kien hemm fl-2013 u l-2014, xahar b'xahar, fejn il-pulizija għamlet arresti ta’ nies li kienu passiġġiera fuq it-trasport bil-baħar bejn Malta u Sqallija u li kellhom id-droga fil-pussess tagħhom? Jista' jgħid x'tip ta' droga kienet u kemm kienu l-ammonti f'kull każ? Jista’ jgħid x’nazzjonalità kellhom il-persuni arrestati? Jista’ jgħid kemm kienu l-persuni li tressqu l-Qorti b’rabta ma dawn il-każijiet ?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li filwaqt li ma kienx hemm każijiet ta’ persuni li nqabdu bid-droga wara li waslu bi transport bil-baħar minn Sqallija fis-sena 2013, qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi l-każijiet li kien hemm fis-sena 2014.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti fuq reati ta' pedofelija matul l-2013 u l-2014 b’mod separat u x'kienu s-sentenzi mogħtija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li matul is-sena 2013 kien hemm għoxrin (20) każ ta pedofelija u li dwarhom ġew imressqa għoxrin (20) persuna l-Qorti. Matul is-sena 2014 kien hemm tlieta u għoxrin (23) każ li dwarhom tressqu erbgħa u għoxrin (24) persuna l-Qorti. Dettalji oħra mitluba qed jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti fuq traffikar u pussess ta’ droga, matul l-2013 u l-2014 b’mod separat u x'kienu s-sentenzi mogħtija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra.
l-ewwel tabella turi dettalji dwar tlett mija u tlieta u għoxrin (323) każ ta’ persuni li tressqu l-Qorti fuq pusses ta` droga fis-sena 2013. It-tabella turi wkoll il-każijiet b’mod separat, inkluż l-imputazzjoni, u s-sentenzi mogħtija, meta il-każ mgħadux sub judice.
It-tieni tabella turi dettalji dwar mija u disa (109) persuna li tressqu l-Qorti fuq traffikar ta’ droga fis-sena 2013. It-tabella turi wkoll il-każijiet b’mod separat, inkluż l-imputazzjoni, u s-sentenzi mogħtija, meta il-każ mgħadux sub judice.
It-tielet tabella turi dettalji dwar tlett mija u ħamsa u ħamsin (355) persuna li tressqu l-Qorti fuq pusses ta` droga fis-sena 2014. It-tabella turi wkoll il-każijiet b’mod separat, inkluż l-imputazzjoni, u x’kienu s-sentenzi mogħtija, meta il-każ magħadux sub judice.
Ir-raba’ u l-aħħar tabella turi dettalji ta’ mija u erbatax (114) il-persuna li tressqu l-Qorti fuq traffikar ta’ droga fis-sena 2014. It-tabella turi wkoll il-każijiet b’mod separat , inkluż l-imputazzjoni, u x’kienu s-sentenzi mogħtija, meta il-każ mgħadux sub judice.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-produzzjonijiet lokali li bbenefikaw mill-Malta Film Fund fl-2013 u fl-2014 sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid liema kienu u x’kienet in-natura tagħhom? Jista’ jgħid kemm kienu l-fondi allokati lil dawn il-produzzjonijiet b’mod totali fl-2013 u fl-2014 sena b’sena b’mod separat?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2013 kien hemm għoxrin (20) produzzjoni lokali li bbenifikaw mill-‘Malta Film Fund’ u l-fondi totali li ġew allokati lilhom għal dawn il-produzzjonijiet kien ta’ €230,000.
Ingħataw ukoll €1,500 li kienu allokati lill-zewg produzzjonjiet lokali li rispettivament kienu allokati €1,000 u €500, l-ewwel produzzjoni għar-raġunijiet ta’ taħriġ u l-oħra fuq
‘script report’.
Minn total ta’ €250,000 ta’ fondi allokati, ntefqu €231,500.
It-tabella dettaljata dwar l-20 produzzjoni msammija aktar ‘il fuq tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dwar fondi allokati għas-sena 2014, tali informazzjoni għadha mhux aċċessibbli.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13186 u jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li taw id-demm bejn is-sena 2000 u s-sena 2013, sena b’sena, b’mod separat? Jista’ jgħid kemm minn dawn kienu rġiel u kemm nisa, sena b’sena, b’mod separat? Jista’ jgħid minn liema gruppi ta’ etajiet kienu ġejjin, sena b’sena, b’mod separat? Jista’ jgħid ta’ liema blood group kienu dawk li taw id-demm, sena b’sena b’mod, separat? Jista’ jgħid ukoll kemm-il unit ta’ demm ingħata bejn is-sena 2000 u s-sena 2013, sena b’sena, b’mod separat?
Response (MIZZI, KONRAD)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13312 u jgħid kemm kien hemm inċidenti fit-toroq bejn l-2004 u l-2014, sena b’sena, b’mod separat, li fihom kienu involuti żwiemel? Jista’ jgħid f’liema lokalità seħħ kull inċident? Jista’ jindika jekk f’kull każ kenitx involuta xi vettura jew vetturi? Jista’ jindika kemm kienu involuti vetturi f’kull każ? Jista’ jindika jekk f’kull każ kienx hemm persuni li sfaw midruba? Jista’ jindika f’kull każ jekk iż-żiemel safax midrub jew jekk mietx?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li bejn l-2004 u l-2014 kien hemm tnejn u sittin (62) inċident rappurtat lil Pulizija li kienu involuti zwiemel fihom. It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Pixxina Nazzjonali – riżultati ta’ testijiet dwar l-istat tal-pixxina
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultati tat-testijiet li saru fl-2014 dwar l-istat tal-pixxina nazzjonali?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dokument li jinkludi r-riżultati tat-testijiet li saru fl-2014 dwar l-istat tal-pixxina nazzjonali, ir-rapporti tal-perit u l-interpretazzjoni ta’ dawn ir-riżultati mill-perit, kif ukoll preżentazzjoni li l-istess perit għamel lill-bord tad-diretturi qabel ittieħdet id-deċiżjoni.
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji dwar fiex jikkonsisti x-xogħol li qed isir bħalissa fil-Pixxina Nazzjonali?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li x-xogħol li qed isir bħalissa fil-pixxina nazzjonali huwa xogħol ta’ titjib u modernizzar tas-sular ta’ isfel tal-blokka tan-nofsinhar. Dan ix-xogħol irriżulta wara li ġew identifikati ħsarat minn rapporti u testijiet li saru fl-istruttura ta’ dan il-blokk.
Fl-aħħar tas-sena 2013 ġie konkluż rapport dettaljat fuq x-xogħol kollu li hemm bżonn isir fil-pixxina, wara li kienu saru numru ta’ spezzjonijiet viżwali. Waħda mill-problemi li kienet ġiet identifikata, hi l-istat tal-istruttura tas-saqaf ta’ fuq il-plant room. Minħabba li s-saqaf ta’ fuq il-plant room kien għal diversi snin espost għall-ilma, l-amministrazzjoni tal-pixxina nazzjonali talbet biex l-istruttura tiġi eżaminata f’iktar dettall u jsiru testijiet fuq l-istruttura tal-blokka tan-nofsinhar. Minn informazzjoni miġbura deher li l-ilma kien relatat ma’ l-użu tax-showers u li meta x-showers ma baqgħux jintużaw l-ilma waqaf.
Il-proċedura li ntuzat biex il-Perit wasal għal konklużjonijiet tiegħu, kienet tinkludi:
· spezzjoni viżwali
· testijiet fuq l-elementi kritiċi biex jiġu determinati l-forma, l-qies, il-ħxuna tal-ħadid u tal-konkos
·
survey
tal-planki biex ikun magħruf jekk hemmx diflezzjonijiet
· analiżi mill-ġdid tal-istruttura.
Konklużjonijiet
Kolonni:
Il-kolonni jifilħu l-piż kollu li hemm anki fl-agħar każ u meta l-binja hija mgħobbija kollha.
Travi fuq il-plant room:
It-travi tal-konkos oriġinali ma jifilħux il-piż li hemm fuqhom imma l-alterazzjonijiet li kienu saru fil-passat, fejn ġew introdotti travi tal-ħadid u kolonni ġodda iktar viċin xulxin, is-sitwazzjoni ġiet adekwata.
Planki fuq il-plant room:
Mis-survey li sar jidher li l-planki għandhom piż żejjed fuqhom. Dan ma jfissirx li kienu ġew iddisinjati ħażin fil-bidu imma jista’ jkun li għax żdiedu xi ħitan fuq il-planki maż-żmien u jista’ jkun li minħabba li hemm madwar 30cm ta’ torba taħt il-madum, u din ixxarrbet bl-ilma tax-showers, il-piż żdied ħafna.
B’dan il-piż żejjed is-sitwazzjoni saret waħda perikoluża u kellha bzonn tittieħed azzjoni minnufih. Fil-fatt kif dan sar magħruf, il-planki żdidilhom support temporanju u dan sar b’mod immedjat biex eliminajna l-periklu.
Pjan ta’ Azzjoni
L-iskop prinċipali kien biex jitneħħa l-piż eċċessiv li hemm fuq s-saqaf tal-planki ta’ fuq il-plant room. Dan se jkun qed isir billi:
· Jitneħħew il-ħitan kollha tal-ġebel u tal-
bricks
u nħallu biss il-qafas u l-ħitan tax-xaftijiet
· Titneħħa t-torba eċċessiva li hemm taħt il-madum (madwar 30cm)
· Jitneħħew is-servizzi kollha minn fuq il-planki
· Jingħata konkos fuq il-planki biex tiżdidilhom il-kapaċita` ta’ kemm jistgħu jġorru piż
· Biex tissolva l-problema tal-ilma nieżel fil-
plant room
u nevitaw ħsarat fl-istruttura, se jsiru żewġ saffi ta’
membrane
· Biex jinżammu l-istess livelli tal-madum imma mingħajr ma nagħmlu torba eċċessiva ħa jintużaw strutturi tal-
PVC
biex taħthom jitħalla l-vojt jew
light weight concrete
· Bħala ħitan li magħhom ħa jkun hemm is-servizzi se jintużaw
bricks
u mhux ġebel u kull fejn hu possibbli bejn it-
toilets
u bejn ix-
showers
ħa jintużaw
lightweight partitions
.
Minbarra dan kollu, it-tqassim tax-showers u ċ-changing rooms sar mill-ġdid biex dawn jkunu:
· Aċċessibbli għal kulħadd
· Flessibbli biex l-amministrazzjoni tal-pixxina jkunu jistgħu jużawhom bl-aħjar mod meta jkollhom id-diversi attivitajiet, speċjalment meta jkun hemm it-tfal
· Inħoloq spazju ġdid biex ikun jista’ jintuża għall-
aerobics
· Inħoloq spazju ġdid għall-ġenituri b’
nappy changing facilities
· Inħoloq spazju adekwat fejn isiru t-testijiet tad-
doping
.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' skart li l-public cleansing services department neħħa bejn l-2004 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, minn siti fejn intrema skart kontra l-liġi, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid minn liema żoni nġabru l-ikbar ammonti ta’ skart matul dan il-perjodu? Jista’ jgħid x’tip ta’ skart inġabar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-istatistika mitluba.
L-iskart miġbur huwa skart mormi illegalment f’żoni imwarrba, li partikolarment f’dawn l-aħħar xhur qed tingħata attenzjoni partikolari għalihom.
L-ammonti tal-iskart kif murija fit-tabella pprovduta, ma jkoprux l-iskart illegali li jintrema fit-toroq arterjali u distributorji.
L-ikbar ammonti ta’ skart f’dan il-perjodu inġabru minn: Triq il-Ħotba fiż-Żejtun, Manoel Island, Il-Foss Ħaż-Żabbar kif ukoll minn diversi widien u żoni industrijali.
Dan kien jikkonsisti fi skart tal-kostruzzjoni kif ukoll kull tip ta’ skart domestiku partikolarment skart goff.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn civic amenity sites u fejn jinsabu? Jista' jgħid x’kien l-ammont ta’ skart li ttieħed fis-civic amenity sites minn kemm ilhom miftuħa sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sit b’sit b’mod separat? Jista’ jgħid x’tip ta’ skart ittieħed u x’kien l-ammont b’mod separat, sena b’sena?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi kif ikkonfermawli l-WasteServ, bħalissa għandna ħames Civic Amenity Sites (CA Sites) li dawn jinsabu f’dawn il-lokalitajiet kif ġej:
1. Mrieħel CA site, fiċ-ċentru tal-Mrieħel Industrial Estate.
2. Ħal Far CA site, fi Triq Ħal Far, viċin il-Head Office tal-ETC.
3. Luqa CA site, ftit il-barra mill-Marsa Industrial Estate.
4. Magħtab (Żwejra) CA site, qabel ma tidhol fil-Magħtab Environment Complex.
5. Tal-Kus CA site, ix-Xewkija, viċin il-heliport ta’ Għawdex.
Rigward il-kumplament tal-mistoqsija, ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpaniji ta' remote gaming irreġistrati f'Malta f’Diċembru 2012, Diċembru 2013 u Diċembru 2014? Kemm kien hemm liċenzji rreġistrati mal-Awtorità tal-Lotteriji u Logħob f’Diċembru 2012, Diċembru 2013 u Diċembru 2014? Kemm kien hemm persuni jaħdmu fil-qasam tar-remote gaming f'Malta f’Diċembru 2012, Diċembru 2013 u Diċembru 2014? Kemm minn dawn il-ħaddiema kienu Maltin u kemm ta’ nazzjonalità barranija? Kemm kien il-persentaġġ tal-gross gaming revenue mill-GDP f’Diċembru 2012, Diċembru 2013 u Diċembru 2014 b’mod separat?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Produzzjonijiet barranin iffilmjati f’Malta u Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-overseas productions iffilmjati f’Malta u Għawdex fl-2013 u fl-2014 sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid liema kienu u x’kienet in-natura tagħhom? Jista’ jgħid kemm huwa kkalkolat li kien il-kontribut finanzjarju li ħallew dawn il-produzzjonijiet b’mod totali fl-ekonomija lokali sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid kemm inħolqu impjiegi ri¿ultat ta’ dawn il-produzzjonijiet sena b’sena b’mod separat?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra l-lista tal-film li nġibdu f’Malta u f’Għawdex f’2013 (liema lista hija awditjata).
Fil-każ tal-produzzjonijiet tas-sena 2014 l-informazzjoni għadha mhux aċċessibli.