Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #14771 Sitting 244 2015-03-02 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Positions of trust

Question

Jista' l-Prim Ministru jelenka u jgħid liema kienu l-positions of trust li kien hemm fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu u fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b’sena, matul l-2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar .

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — Positions of Trust

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru jelenka u jgħid liema kienu l-positions of trust li kien hemm fi ħdan l-Ministeru tiegħu u fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b’sena, matul l-2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 ?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – Positions of trust

Question

Jista' l-Ministru jelenka u jgħid liema kienu l-positions of trust li kien hemm fi ħdan l-Ministeru tiegħu u fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b’sena, matul l-2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 ?

Response (VELLA, GEORGE)

Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant għall-fatt li mistoqsijiet bħal dawn fejn tintalab informazzjoni dettaljata fuq medda ta' snin, jieħdu ħafna xogħol sabiex jinġabru. L-Onor. Interpellant għandu japprezza illi dan il-Ministeru m'għandux la r-riżorsi u lanqas iż-żmien sabiex jiġbor din l-informazzjoni. Għalhekk nitolbu sabiex jindika x'informazzjoni għandu bżonn speċifikament fejn hija meħtieġa.

Injection “Follitropin Alfa 75iu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-injection Follitropin alfa 75iu tingħatax fuq talba ta’ konsulent jew le, mis-sistema tal-kartuna s-safra? Jekk iva, hemm il-ħsieb li tibqa’ tingħata jekk le? Jekk le, għaliex twaqqfet jekk kienet tingħata?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-injezzjoni Follitropin Alfa 75iu mhux imniżżla fil-formularju tal-Gvern u għalhekk ma tingħatax mis-sistema tal-kartuna s-safra.

Dental Technology Department – ingaġġ ta’ dental technicians

Question

Jista’ l-Ministru jgħid sa meta se jiġu ingaġġati d-dental technicians li wasslu għall-Honours Degree mill-Università ta’ Malta u li ggradwaw fl-2014 peress li huwa magħruf li ġie vakant post mid-Dipartiment tad-Dental Technology fl-Isptar Mater Dei u post ieħor ġej vakant fil-ġimgħat li ġejjin?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li risposta tinghata f'seduta ohra.
Leg 12 PQ #14519 Sitting 241 2015-02-23 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għall-Finanzi

Bank Ċentrali — konsulenti

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14037, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-remunerazzjoni tal-persuni elenkati bħala konsulenti, wieħed wieħed, sena b’sena? Kemm ilhom konsulenti, x’bonuses u allowances gawdew minnhom sena b’sena, u x’benefiċċji oħra kellhom sena b’sena? Jista’ jagħti d-data meta beda jagħti s-servizz tiegħu lill-Bank Ċentrali kull wieħed minn dawn il-konsulenti? Jista’ jgħid f’kull każ kif intgħażel kull konsulent u xi kriterji ntużaw?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Enemalta – Xiri ta’ żejt

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14238 u jgħid bejn l-1999 u l-2012, sena b'sena b'mod separat, mingħand liema kumpanija xtrat iż-żejt il-Korporazzjoni Enemalta? Kemm kien il-valur taż-żejt mixtri mingħand kull waħda minn dawn il-kumpaniji, sena b'sena b'mod separat?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Enemalta – Xiri ta’ żejt

Question

Jista' l-Ministru jgħid bejn l-1999 u l-2012, sena b'sena b'mod separat, mingħand liema kumpanija xtrat iż-żejt il-Korporazzjoni Enemalta? Kemm kien il-valur taż-żejt mixtri mingħand kull waħda minn dawn il-kumpaniji, sena b'sena b'mod separat?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Subway ta' Bieb il-Bombi — cctv cameras

Question

Wara li sar ix-xogħol ta' tindif u manutenzjoni b'mod urġenti fis-subway ta' Bieb il-Bombi, jista' l-Ministru jgħid jekk jaqbilx li jiġu stallati CCTV cameras f'din is-subway u tabelli kemm fuq barra kif ukoll ġewwa s-subway li jinfurmaw lill-pubbliku li jkunu se jgħaddi minnha, li s-subway qegħda taħt sorveljanza tal-pulizija lejl u nhar peress li xorta waħda instabu oġġetti relatati ma' teħid ta' drogi?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed nitlob pariri biex dawn is-CCTV Cameras ikunu jistgħu jiġu nstallati.

Awtorità tal-Lotteriji u l-Logħob — Remote gaming

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13605 u jgħid kemm kien hemm kumpaniji ta' remote gaming irreġistrati f'Malta f’Diċembru 2012, Diċembru 2013 u Diċembru 2014? Kemm kien hemm liċenzji rreġistrati mal-Awtorità tal-Lotteriji u Logħob f’Diċembru 2012, Diċembru 2013 u Diċembru 2014? Kemm kien hemm persuni jaħdmu fil-qasam tar-remote gaming f'Malta f’Diċembru 2012, Diċembru 2013 u Diċembru 2014? Kemm minn dawn il-ħaddiema kienu Maltin u kemm ta’ nazzjonalità barranija? Kemm kien il-persentaġġ tal-gross gaming revenue mill-GDP f’Diċembru 2012, Diċembru 2013 u Diċembru 2014 b’mod separat?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Arriva – bendybuses — inċidenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-okkażjonijiet, fiż-żmien li s-servizz tat-trasport pubbliku kien immexxi mill-kumpanija Arriva, fejn kien hemm inċidenti tat-traffiku u inċidenti ta’ natura oħra rrappurtati lill-pulizija, li fihom kienu involuti bendybuses? Jista’ jagħti l-informazzjoni sena b’sena skont is-sena li fiha saru l-inċidenti? Jista’ jgħid jekk kienx hemm involuti iktar vetturi f’kull inċident, u jekk iva, jista’ jgħid kemm kien hemm vetturi involuti f’kull inċident? Jista’ jindika fejn kien hemm nies li kellhom jiddaħħlu l-isptar minħabba dawn l-inċidenti ?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-karozzi tal-linja tat-tip bendy buses intużaw fuq is-servizz tat-trasport pubbliku f’Malta bejn Lulju 2011 u Awissu 2013. Skont informazzjoni li kienet ġiet mgħoddija lil Transport Malta minn Arriva Malta Ltd, jirriżulta li kien hemm total ta’ 595 inċidenti tat-traffiku u inċidenti ta’ natura oħra li fihom kienu involuti bendy buses. It-tabella t’hawn taht turi d-dettalji tan-numru ta’ inċidenti li fihom kienu involuti dawn il- karozzi tal-linja sena b’sena, kif ukoll in-numru ta’ persuni li ddaħħlu l-isptar għall-kura kaġun ta’ dawn l-istess inċidenti: Sena Numru ta' Inċidenti Numru ta' persuni illi ddaħħlu l-isptar għall-kura Lulju sa Diċembru 2011 101 3 Jannar sa Diċembru 2012 280 1 Jannar sa Awissu 2013 214 5 Total 595 9 Dettalji tal-inċidenti Lulju sa Diċembru 2011 Jannar sa Diċembru 2012 Jannar sa Awissu 2013 Kolliżjonijiet bejn 2 karozzi tal-linja 6 44 20 Ħabta bejn karozza privata u karozza tal-linja 79 177 149 Ħabta bejn żewġ jew iktar karozzi privati u karozza tal-linja 0 1 3 Inċidenti oħrajn 16 58 42 Total 101 280 214 Lulju sa Diċembru 2011 Jannar sa Diċembru 2012 Jannar sa Awissu 2013 Numri totali ta’ vetturi involuti f’inċidenti (esklużi karozzi tal-linja) 85 223 175

Arriva – karozzi tal-linja — inċidenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-okkażjonijiet, fiż-żmien li s-servizz tat-trasport pubbliku kien imexxi mill-kumpanija Arriva, fejn kien hemm inċidenti tat-traffiku u inċidenti ta’ natura oħra rrappurtati lill-pulizija, li fihom kienu involuti karozzi tal-linja, eskluż bendybuses? Jista’ jagħti l-informazzjoni sena b’sena skont is-sena li fiha saru l-inċidenti? Jista’ jgħid jekk kienx hemm involuti iktar vetturi f’kull inċident, u jekk iva, jista’ jgħid kemm kien hemm vetturi involuti f’kull inċident? Jista’ jindika fejn kien hemm nies li kellhom jiddaħħlu l-isptar minħabba dawn l-inċidenti ?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi il-kumpanija Arriva Malta Ltd mexxiet l-operat tat-trasport publiku bejn Lulju 2011 u Diċembru 2013. Skont l-informazzjoni li kienet ġiet mgħoddija lil Transport Malta mill-istess operatur, jirriżulta illi kien hemm total ta’ 2,771 inċidenti tat-traffiku u inċidenti ta’ natura oħra li fihom kienu involuti karozzi tal-linja, minbarra il-bendy buses. It-tabella hawn taħt annessa tagħti d-dettalji tan-numru ta’ inċidenti illi fihom kienu involuti karozzi tal-linja eskluż dawk tat-tip bendy buses sena b’sena, kif ukoll n-numru ta’ inċidenti fejn kienu involuti aktar minn vettura waħda, minbarra ix-xarabank, u n-numru ta’ persuni illi ddaħħlu l-isptar għall-kura kaġun ta’ dawn l-istess inċidenti. Sena Numru ta' Inċidenti Numru ta' persuni illi ddaħħlu l-isptar għall-kura Lulju sa Dicembru 2011 721 7 Jannar sa Dicembru 2012 1089 21 Jannar sa Dicembru 2013 961 22 Total 2771 50 Dettalji tal-Inċidenti Lulju sa Diċembru 2011 Jannar sa Diċembru 2012 Jannar sa Diċembru 2013 Kolliżjonijiet bejn żewġ karozzi tal-linja 63 132 72 Habta bejn karozza waħda u karozza tal-linja 466 681 636 Ħabta bejn aktar minn karozżza waħda ma’ karozza tal-linja 8 21 11 Inċidenti oħrajn 184 255 242 Total 721 1089 961 Lulju sa Diċembru 2011 Jannar sa Diċembru 2012 Jannar sa Diċembru 2013 Total ta’ vetturi involuti f’ inċidenti (esklużi karozzi tal-linja) 545 856 730

Arriva – bendybuses — inċidenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-okkażjonijiet, fiż-żmien li s-servizz tat-trasport pubbliku kien immexxi mill-kumpanija Arriva, fejn kien hemm inċidenti tat-traffiku u inċidenti ta’ natura oħra rrappurtati lill-pulizija, li fihom kienu involuti bendybuses? Jista’ jagħti l-informazzjoni sena b’sena skont is-sena li fiha saru l-inċidenti? Jista’ jgħid jekk kienx hemm involuti iktar vetturi f’kull inċident, u jekk iva jista’ jgħid kemm kien hemm vetturi involuti f’kull inċident? Jista’ jindika fejn kien hemm nies li kellhom jiddaħħlu l-isptar minħabba dawn l-inċidenti ?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi kemm kienet ilha topera l’Arriva ġewwa Malta mit-3 ta’ Lulju, 2011 sa l-1 ta’ Jannar 2014, kien hemm erbgħa mija u sitta u għoxrin (426) inċident tat-traffiku li fihom kienu nvoluti il-vetturi tal-kumpanija. Il-records li jinzammu ma jindikawx liema kienu bendy buses jew le, imma il-buses kollha. Fl’istess perjodu u l-istess inċidenti kien hemm mija u ħamsa u għoxrin persuna (125) li kienu weġgħu. 2011 (from 3rd July) 2012 2013 2014 (till 1st January) 99 (22 injuries) 187 (61 injuries) 139 (41 injuries) 1 (1 injury)

Arriva – karozzi tal-linja — inċidenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-okkażjonijiet, fiż-żmien li s-servizz tat-trasport pubbliku kien immexxi mill-kumpanija Arriva, fejn kien hemm inċidenti tat-traffiku u inċidenti ta’ natura oħra rrappurtati lill-pulizija, li fihom kienu involuti karozzi tal-linja, eskluż bendybuses? Jista’ jagħti l-informazzjoni sena b’sena skont is-sena li fiha saru l-inċidenti? Jista’ jgħid jekk kienx hemm involuti iktar vetturi f’kull inċident, u jekk iva jista’ jgħid kemm kien hemm vetturi involuti f’kull inċident? Jista’ jindika fejn kien hemm nies li kellhom jiddaħħlu l-isptar minħabba dawn l-inċidenti ?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 14102.

Qorti — Kawżi deċiżi/appellati mill-Prim’ Awla

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm bejn l-2010 u l-2014 ġew deċiżi kawżi mill-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili sede kostituzzjonali u kemm minnhom ġew appellati? Jista’ jgħid kemm għadda żmien mid-data tal-appell u s-sentenza mill-Qorti tal-appell sede kostituzzjonali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill- Onor. Interpellant li l-Prim Awla tal-Qorti Ċivili (Sede Kostituzzjonali) iddeċidiet 315-il każ. Minn dawn 224 ġew appellati u għalhekk l-appell tagħhom issa nstemgħu u jew ġew deċiżi jew huma differiti għas-sentenza jew qed jinstemgħu mill-Qorti Kostituzzjonali. Il-Qorti Kostituzzjonali għandha quddiemha (sal-aħħar ta’ Jannar 2015) 52 kawża, li sitta minnhom huma differiti sine die. Intant, mill-age analysis maħdum sal-aħħar ta’ Settembru 2014, jidher li l-kawżi quddiem il-Qorti Kostituzzjonali ma jdumux aktar minn sentejn u l-parti kbira minnhom, wieħed u tmenin fil-mija, jiġu deċiżi f’inqas minn sena: Qorti Kostituzzjonali <1 sena 1-2 snin 2-3 snin 3-4 snin 4-5 snin 5-7 snin 7-10 snin 10 snin + Total 44 10 0 0 0 0 0 0 54 81% 19% 0% 0% 0% 0% 0% 0%

Mediċina Botox

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-pazjenti li jkollhom stroke ma baqgħux jingħataw il-mediċina Botox? Jaħseb li din il-prattika se tinbidel u jekk iva, meta se tinbidel?

Response (MIZZI, KONRAD)

Id-direttorat tal-Affarijiet Farmacewtici m’ghandux informazzjoni li l-medicina Botulinium toxin (Botox) kienet tinghata lill-pazjenti li sofrew minn puplesija.

Każijiet ta’ omiċidji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ omiċidji bejn l-1999 u l-2014, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid kemm mill-vittmi kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jagħti l-etajiet tal-vittmi? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija u ta’ nazzjonalità barranija? Jista’ jgħid kemm kien hemm każijiet solvuti u kemm ġew akkużati nies quddiem il-Qorti u kemm minnhom instabu ħatja? Jista’ jgħid kemm minn dawk li nstabu ħatja kienu rġiel u kemm kienu nisa? Jista’ jagħti l-etajiet ta’ dawk li nstabu ħatja? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija u ta’ nazzjonalità barranija ?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul il-perjodu mitlub u cioe bejn is-sena 1999 u s-sena 2014 kien hemm total ta’ wieħed u tmenin (81) omiċidju volontarju. Dawn jidhru sena b’sena b’mod separat fit-tabella li qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.

Forzi Armati ta’ Malta – operazzjonijiet ta’salvataġġ fuq il-baħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il operazzjoni ta’ salvataġġ saru fuq il-baħar minn membri tal-Forzi Armati ta' Malta fejn matulhom ġew salvati nies bejn l-1994 u l-2014, sena b’sena b’mod separat? Kemm ġew salvati nies f’dawn l-operazzjonijiet, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid in-natura ta’ nies (sajjieda, immigranti irregolari, eċċ.) li kienu salvati sena b’sena b’mod separat? Kif kienu mgħarrfa l-Forzi Armati bil-ħtieġa li jsiru dawn l-operazzjonijiet ta’ salvataġġ?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Subway ħdejn il-Bombi — stat

Question

Jista' l-Ministru jara li s-subway tal-Bombi tkun miżmuma fi stat tajjeb u li tista' tintuża miċ-Ċittadini Maltin u Għawdxin mingħajr ma jesponu ruħhom għal periklu mill-affarijiet li jista' jkun hemm f'din l-istess subway? Jista' jara li ma jinżamm ilma fiha wara li tagħmel ix-xita, titnaddaf mis-siringi u tkun mdawla tajjeb?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jien ninsab infurmat li s-subway imsemmija titnaddaf tlett darbiet fil-ġimgħa, it-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa mid-Direttorat tat-Tindif. Madankollu b’effett immedjat din l-istess subway ser tibda tiġi mnaddfa kuljum. Ninsab infurmat ukoll illi d-dwal ta’ din is- subway ġew imsewwija u issa qed jixgħelu kollha.

Qrati — Reati ta’ ksur ta’ buon ordni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti fuq reati ta' ksur ta’ buon ordni matul l-2013 u l-2014 b’mod separat u x'kienu s-sentenzi mogħtija?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.