Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili– xogħol mogħti lil kumpanija

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, mill-Ministeru u mid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tagħha bejn Jannar 2004 u Marzu 2013, sena b’sena? Tista’ tgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Tista’ tgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ma ngħatatx xogħol mill-Ministeru, inkluż kull entità jew dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħi, fil-perjodu indikat f’din il-mistoqsija parlamentari.
Leg 12 PQ #14804 Sitting 250 2015-03-16 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu – xogħol mogħti lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, mill-Ministeru u mid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2004 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament ma’ din il-mistoqsija, kienet fit-13 ta’ Ġunju, 2011, ingħatat xogħol mill-Istitut għall-Istudji Turistici (ITS) biex tipprovdi servizzi ta’ WI-FI. Dan ix-xogħol kien ibbażat fuq kuntratt ta’ tlett snin, liema kuntratt seta’ jigi mġedded għal sena oħra. Il-ħlas dovut lil din il-kumpanija għas-servizz ta’ WI-FI kien ta’ €14,160 (li jinkludi l-VAT) fis-sena u li għalhekk, din is-somma abbażi tal-istess kuntratt, setgħet tammonta sa massimu ta’ €56,640 għal erba’ snin. Il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment kif ukoll il-Ministeru tal-Edukazzjoni, x-Xogħol u l-Familja kienu approvaw biex ix-xogħol jingħata b’direct order. Il-kuntratt imsemmi ġie tterminat b’effett mill-aħħar ta’ Jannar 2015. Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi b’hekk l-Istitut għall-Istudji Turistiċi ser ikun qed jiffranka €12,780 fis-sena għall-istess servizzi ta’ WI-FI. Abba¿i ta’ dan il-kuntratt preżenti, fuq medda ta’ erba snin, is-somma tammonta sa massimu ta’ €5,520. Għaldaqstant, l-Istitut ser ikun ħa jiffranka nefqa ta’ €51,120 fl-erba’ snin li ġejjin. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, bejn Jannar 2004 u Marzu 2013, ma ngħata l-ebda xogħol mill-kumplament tal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għat-Turiżmu lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – xogħol mogħti lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, mill-Ministeru u mid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2004 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma jirriżultax li ngħata xi xogħol lill-kumpanija li d-dettalji tagħha ingħataw separatament, mill-Ministeru u mid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – xogħol mogħti lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, mill-Ministeru u mid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2004 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba għall-xogħolijiet li ngħataw lill-kumpanija msemmija separatament bejn Jannar 2004 u Marzu 2013.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – xogħol mogħti lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, mill-Ministeru u mid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2004 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-Ministeru jew dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpanija li dettalji ngħataw separatament.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – xogħol mogħti lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, mill-Ministeru u mid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2004 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru, dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħi ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima – xogħol mogħti lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, mill-Ministeru u mid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2004 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari li fil-perjodu msemmi l-kumpanija nkwistjoni ma ngħatat l-ebda xogħol mill-Ministeru u mid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità ta’ dan il-Ministeru.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – Persons of Trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati bħala persons of trust fil-Ministeru u fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b’sena matul l-2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 ? Jista’ jgħid, wieħed wieħed: min kienu dawn il-persuni u x’pożizzjoni kienu jokkupaw; kemm kien is-salarju annwali tagħhom; x’kienet l-ispiża, sena b’sena fuq il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera), u x’kienet sena b’sena l-ispiża fuq safar tagħhom?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjon mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – Persons of Trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati bħala persons of trust fil-Ministeru u fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b’sena matul l-2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 ? Jista’ jgħid, wieħed wieħed: min kienu dawn il-persuni u x’pożizzjoni kienu jokkupaw; kemm kien is-salarju annwali tagħhom; x’kienet l-ispiża, sena b’sena fuq il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera), u x’kienet sena b’sena l-ispiża fuq safar tagħhom?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab mehmuża. Nigbed l-attenzjoni li fejn m’hemmx informazzjoni hu minhabba li il-Ministeru m’ghandux id-dettalji mehtiega.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – Persons of Trust

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm impjegati bħala persons of trust fil-Ministeru u fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, sena b’sena matul l-2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 ? Tista’ tgħid, wieħed wieħed: min kienu dawn il-persuni u x’pożizzjoni kienu jokkupaw; kemm kien is-salarju annwali tagħhom; x’kienet l-ispiża, sena b’sena fuq il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera), u x’kienet sena b’sena l-ispiża fuq safar tagħhom?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #14801 Sitting 249 2015-03-11 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – xogħol mogħti lil kumpanija

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u mid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2004 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar .

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali – xogħol mogħti lil kumpanija

Question

Jista’ d-Deptuat Prim Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, mill-Ministeru u mid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2004 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpanija koncernata fil-perjodu msemmi

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – xogħol mogħti lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, mill-Ministeru u mid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2004 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ma ta l-ebda xogħol lill-Kumpanija li l-mistoqsija tirreferi għaliha.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – Persons of Trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati bħala persons of trust fil-Ministeru u fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b’sena matul l-2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 ? Jista’ jgħid, wieħed wieħed: min kienu dawn il-persuni u x’pożizzjoni kienu jokkupaw; kemm kien is-salarju annwali tagħhom; x’kienet l-ispiża, sena b’sena fuq il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera), u x’kienet sena b’sena l-ispiża fuq safar tagħhom?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – Persons of Trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati bħala persons of trust fil-Ministeru u fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b’sena matul l-2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 ? Jista’ jgħid, wieħed wieħed: min kienu dawn il-persuni u x’pożizzjoni kienu jokkupaw; kemm kien is-salarju annwali tagħhom; x’kienet l-ispiża, sena b’sena fuq il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera), u x’kienet sena b’sena l-ispiża fuq safar tagħhom?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Id-Dipartiment tal-Kummerċ, l-Awtorita’ dwar il-Lotteriji u l-Logħob , Malta Enterprise, Kordin Grain Terminal u l-Bord tal-Koperattivi ma kellhomx persuni ta’ fiduċja bejn l-2004 u l-2012.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima – Persons of Trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati bħala persons of trust fil-Ministeru u fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b’sena matul l-2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 ? Jista’ jgħid, wieħed wieħed: min kienu dawn il-persuni u x’pożizzjoni kienu jokkupaw; kemm kien is-salarju annwali tagħhom; x’kienet l-ispiża, sena b’sena fuq il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera), u x’kienet sena b’sena l-ispiża fuq safar tagħhom?

Response (BRINCAT, LEO)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Mistoqsija mwieġba mill-Ministeru għat-Transport u l-Infrastruttura nru. 14779 fuq is-suġġett, niġbed l-attenzjoni li fil-medda taż-żmien indikat, il-Ministeru tal-Ambjent u Żvilupp Sostenibbli li llum huwa responsabbilta` tagħna fil-perjodu msemmi kien jaqa’ taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien u aktar tard taħt il-Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura. Għaldaqstant tweġibiet għandhom jingħataw mill-Ministeru kkonċernat.
Leg 12 PQ #14795 Sitting 248 2015-03-10 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Persons of Trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati bħala persons of trust fil-Ministeru u fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b’sena matul l-2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 ? Jista’ jgħid, wieħed wieħed: min kienu dawn il-persuni u x’pożizzjoni kienu jokkupaw; kemm kien is-salarju annwali tagħhom; x’kienet l-ispiża, sena b’sena fuq il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera), u x’kienet sena b’sena l-ispiża fuq safar tagħhom?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – Persons of Trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati bħala persons of trust fil-Ministeru u fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b’sena matul l-2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 ? Jista’ jgħid, wieħed wieħed: min kienu dawn il-persuni u x’pożizzjoni kienu jokkupaw; kemm kien is-salarju annwali tagħhom; x’kienet l-ispiża, sena b’sena fuq il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera), u x’kienet sena b’sena l-ispiża fuq safar tagħhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant, kif ġej: Tabella 'A' - Ministeru tal-Edukazzjoni Tabella 'B' - Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ Tabella 'C' - Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi Tabella 'D' - Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla Tabella 'E' - Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada Tabella 'F' - Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija Tabella 'G' - Kunsill Malti għall-Isport
Leg 12 PQ #14797 Sitting 248 2015-03-10 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – Persons of Trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati bħala persons of trust fil-Ministeru u fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b’sena matul l-2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 ? Jista’ jgħid, wieħed wieħed: min kienu dawn il-persuni u x’pożizzjoni kienu jokkupaw; kemm kien is-salarju annwali tagħhom; x’kienet l-ispiża, sena b’sena fuq il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera), u x’kienet sena b’sena l-ispiża fuq safar tagħhom?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #14786 Sitting 247 2015-03-09 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Persons of Trust

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati bħala persons of trust fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b’sena matul l-2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 ? Jista’ jgħid, wieħed wieħed: min kienu dawn il-persuni u x’pożizzjoni kienu jokkupaw; kemm kien is-salarju annwali tagħhom; x’kienet l-ispiża, sena b’sena fuq il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera), u x’kienet sena b’sena l-ispiża fuq safar tagħhom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.