Legislature:
Category:
Reset
Active:

Injezzjoni tal-Botox

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema raġuni xi ħadd li kien jieħu l-botox injections għaliex kien ibati minn spasticity issa ma baqax intitolat li jieħu din l-injection?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jgħaddi d-dettalji tal-individu li qed jagħmel referenza għalih.

San Pawl il-Baħar — manutenzjoni tal-Belveder

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-Belveder li hemm San Pawl il-Baħar u li ġie inawgurat mill-ex sindku nazzjonalista u ftit qabel l-elezzjoni tal-Kunsill f'manutenzjoni f'dawn l-aħħar tliet snin?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Belveder li hemm San Pawl il-Baħar u li ġie inawgurat mill-ex Sindku Nazzjonalista ftit qabel l-elezzjoni tal-Kunsill, ma sarx mid-Direttorat tal-Implimentazjoni tal-Proġetti iżda kien proġett tal-istess Kunsill Lokali. Id-Direttorat tal-Implimentazjoni tal-Proġetti nefaq Euro 2327.85 f’pagi tal-ħaddiema f'dawn l-aħħar tlett snin fuq manutenzjoni tal- promenade fl-inħawi. Il-materjal neċessarju ngħata mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl.
Leg 12 PQ #15634 Sitting 258 2015-05-04 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA – San Pawl il-Baħar – Belveder

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefaq il-Ministeru tiegħu permezz tal-Awtorità għat-Turiżmu ta’ Malta fuq il-Belveder li sar San Pawl l-Baħar u ġie inawgurat qabel l-elezzjoni preċedenti tal-Kunsill taħt amministrazzjoni nazzjonalista?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fl-2011, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu wettqet proġett li kien jikkonsisti f’upgrading tal-promenade fi Triq San Publiju, Triq San Franġisk, Triq San Ġilardu u Triq il-Knisja ġewwa San Pawl il-Bahar. Dan ix-xogħol kien jinvolvi toroq u bankini ġodda, dawl, bankijiet u gallarija tal-ħadid ta’ 80 metru li tagħti għal fuq id-Daħla tal-Għażżelin. Dan il-proġett sar b’investiment ta’ madwar €1.4 miljun u kien ko-finanzjat mill-Fondi Strutturali tal-Unjoni Ewropeja taħt il-proġett ERDF 033, Tourism Zone Upgrade with Landcaped Urban Spaces and Other Facilities .
Leg 12 PQ #15686 Sitting 258 2015-05-04 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MITA — CEO u Chairman - remunerazzjoni u perkaċċi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'remunerazzjoni, inklużi l-perkaċċi kollha, kellhom ic-CEO u c-chairman tal-MITA minn 2008 sa 2013? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna/i? Jista' jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għal-kariga li tokkupa din il-persuna/i?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Dental technicians

Question

Jista’ l-Ministru jgħid sa meta se jiġu ngaġġati d-Dental Technicians li spiċċaw il-kors li jwassal għal Honours Degree mill-Università ta’ Malta u ggradwaw fl-2014? Veru li ġie vakanti post fid-Dipartiment tad-Dental Technology f’Mater Dei u post ieħor se jsir vakanti fil-ġimgħat li ġejjin? Meta huwa ppjanat li dawn il-postijiet jiġu mimlija b’esperti fis-settur?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li diġà ħarġet sejħa biex jimtlew il-postijiet għal Allied Health Professionals, fejn fost il-vakanzi hemm dik ta’ Dental Technology.
Leg 12 PQ #15369 Sitting 256 2015-04-01 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu – Persons of Trust

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14789 u jgħid kemm kien hemm impjegati bħala persons of trust fil-Ministeru u fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b’sena, matul l-2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012? Jista’ jgħid, wieħed wieħed, min kienu dawn il-persuni u x’pożizzjoni kienu jokkupaw; kemm kien is-salarju annwali tagħhom; x’kienet l-ispiża, sena b’sena, fuq il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera), u x’kienet, sena b’sena, l-ispiża fuq safar tagħhom?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuni li ġew ingaġġati fuq position of trust matul is-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 fl-entitajiet, dipartimenti, fondazzjonijiet, aġenziji, awtoritajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għat-Turiżmu huma kif elenkati fit-Tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Din it-Tabella qed tinkludi wieħed, wieħed il-pożizzjonijiet tal-persuni ngaġġati, id-data tal-ingaġġ, kif ukoll il-grad ta’ kull persuna li fih ġie ingaġġat fis-Servizz Pubbliku. Dawn l-impjegati ġew ingaġġati matul is-snin fuq position of trust mal-White Rocks Holiday Complex b’kuntratti definiti mingħajr ma kienet ħarġet Sejħa għall-Applikazzjoni u għaldaqstant ma sar l-ebda proċess ta’ għażla biex dawn l-impjegati setgħu jiġu magħżula biex jokkupaw il-positijiet vakanti. Dan minkejja l-fatt li l-postijiet tax-xogħol li okkupaw dawn l-impjegati ma kienx jirrikjedi ħiliet speċjalizzati għaliex kienu mpjiegi ta’ skrivani, cleaners, messaġġiera, storekeepers, receptionists jew watchmen. Sussegwentement, fis-27 ta’ Settembru, 2011, dawn l-impjegati kienu ngħataw kuntratt indefinit fis-Servizz Pubbliku mingħajr ma ħarget Sejħa għall-Applikazzjoni u mingħajr ma sar l-ebda proċess ta’ għażla. Dan minkejja li paragrafu: 1.1.6 tal-Public Service Management Code (PSMC) jistipula li l-Kap tad-Dipartiment għandu/għandha toħroġ Sejħa għall-Applikazzjoni. Ta’ min wieħed jirrimarka li 39% tal-impjegati (jekk teskludi l-impjegati akkademiċi) ġewwa l-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) ġew ingaġġati mal-Gvern mingħajr qatt ma ħarget Sejħa għall-Applikazzjoni u mingħajr ma sar l-ebda proċess ta’ għazla biex dawn l-impjegati jiġu magħżula.
Leg 12 PQ #15370 Sitting 256 2015-04-01 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Persons of Trust

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet 14786 u jgħid kemm kien hemm impjegati bħala persons of trust fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b’sena, matul l-2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012? Jista’ jgħid, wieħed wieħed, min kienu dawn il-persuni u x’pożizzjoni kienu jokkupaw; kemm kien is-salarju annwali tagħhom; x’kienet l-ispiża, sena b’sena, fuq il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera), u x’kienet sena b’sena, l-ispiża fuq safar tagħhom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif jingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali – Persons of Trust

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14787 u jgħid kemm kien hemm impjegati bħala persons of trust fil-Ministeru u fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b’sena, matul l-2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012? Jista’ jgħid, wieħed wieħed: min kienu dawn il-persuni u x’pożizzjoni kienu jokkupaw; kemm kien is-salarju annwali tagħhom; x’kienet l-ispiża, sena b’sena, fuq il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera), u x’kienet sena b’sena, l-ispiża fuq safar tagħhom?

Response (GRECH, LOUIS)

Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Informazzjoni li tikkonċerna l-persons of trustgħas-snin mitluba mill-Onor. Interpellant.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – Persons of Trust

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14791 u jgħid kemm kien hemm impjegati bħala persons of trust fil-Ministeru u fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b’sena, matul l-2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012? Jista’ jgħid, wieħed wieħed, min kienu dawn il-persuni u x’pożizzjoni kienu jokkupaw; kemm kien is-salarju annwali tagħhom; x’kienet l-ispiża, sena b’sena, fuq il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera), u x’kienet sena b’sena, l-ispiża fuq safar tagħhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi tabella bl-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – Persons of Trust

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14798 u jgħid kemm kien hemm impjegati bħala persons of trust fil-Ministeru u fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b’sena, matul l-2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012? Jista’ jgħid, wieħed wieħed, min kienu dawn il-persuni u x’pożizzjoni kienu jokkupaw; kemm kien is-salarju annwali tagħhom; x’kienet l-ispiża, sena b’sena fuq il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera), u x’kienet sena b’sena, l-ispiża fuq safar tagħhom?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #14954 Sitting 255 2015-03-25 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Positions of trust

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14771 u jelenka u jgħid liema kienu l-positions of trust li kien hemm fi ħdan l-Uffiċju tiegħu u fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b'sena, matul l-2004, l-2005, l-2006, l-2007, l-2008, l-2009, l-2010, l-2011 u l-2012?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – Positions of trust

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14776 u jgħid liema kienu l-positions of trust li kien hemm fi ħdan il-Ministeru tiegħu u fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b’sena, mill-2004 sal-2012?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #15014 Sitting 255 2015-03-25 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu – Positions of trust

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14774 u jgħid liema kienu l-positions of trust li kien hemm fi ħdan l-Ministeru tiegħu u fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b’sena, mill-2004 sal-2012?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.

Universita — stipendju

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb biex jbiddel is-sistema ta' kif jingħata l-istipendju lill-istudenti tal-Unvirsità u jibda jingħata għajnuna anke lill-istudenti li jgħaddu b'suċċess l-ewwel first degree u jekk dawn jkunu jridu jagħmlu first degree oħra jkompli jingħatalhom l-istipendju?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li dawk l-istudenti li fil-preżent jagħmlu t-tieni kors ta’ studju tal-istess livell jew livell inqas mill-ewwel degree tagħhom u dan wara li jtemmu b’suċċess l-ewwel first degree fil-preżent jitqiesu eliġibbli għall-ghotjiet ta’ manteniment lill-istudenti, meta dan it-tieni kors ikun iwassal għall-warrant. Iżda dawk l-istudenti li jtemmu b’suċċess l-ewwel first degree u jagħżlu li jerġgħu jagħmlu first degree ieħor (fl-istess livell) ma jitqisux bħala eliġibbli għall-għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti u dan skont Regolament 12 tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 327.178.

Kunsill Lokali tal-Mosta – rapport dwar l-istat tat-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li sar fl-2012 fuq talba tal-Kunsill Lokali tal-Mosta, dwar l-istat tat-toroq?

Response (BONNICI, OWEN)

Irrid ninforma lill-Kamra b’xi ħaġa li jien jidhirli li hija serja. Meta xi membru ta’ dina l-Kamra jagħmel domanda parlamentari lil xi Ministru, il-Ministeru rispettiv jirċievi d-domanda u din tiġi riferuta lid-dipartiment konċernat biex id-dipartiment iħejji abbozz ta’ tweġiba. Fil-każ ta’ dina l-mistoqsija l-uffiċju tiegħi segwa dan il-proċess. F’dan il-każ id-dipartiment konċernat jirriżulta li huwa d-dipartiment għall-Gvern Lokali. F’mistoqsijiet bħal dawn, peress li l-Kunsilli Lokali huma entitajiet distinti skont il-Liġi, d-dipartiment idur fuq il-Kunsill Lokali li dwaru ssir id-domanda sabiex dan jgħaddi l-informazzjoni lid-dipartiment u d-dipartiment jgħaddiha lill-uffiċju tiegħi. Meta l-uffiċju tiegħi għadda l-mistoqsija lid-dipartiment għall-Gvern Lokali u wara li d-dipartiment talab l-informazzjoni mill-Kunsill Lokali tal-Mosta, l-abbozz tat-tweġiba li wasal għandi mid-dipartiment kienet tgħid hekk: “Infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mosta li l-aħħar rapport li rċieva kien dan li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra bid-da ta tad-19 ta’ Frar, 2009. Dawn ir-rapporti jsiru minn Transport Malta (dak iż-żmien ADT) u għalhekk nirreferi lill-Onor. Interpellant jagħmel it-talba tiegħu għal rapporti aktar riċenti lill-Ministeru konċernat. Mehmuż: ADT - Mosta Roads Inspection Report 2009.” Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tweġiba li waslitli u li jien kont ser niffirma, wara li l-uffiċju tiegħi vverifika din it-tweġiba mad-Dipartiment konċernat darbtejn, minħabba li għorkitna għajnejna li ngħatajna rapport tal-2009 meta d-data mitluba fil-mistoqsija parlamentari kienet l-2012 (DOK A). Irrid ngħid fil-fatt li din l-insistenza min-naħa tagħna wasslet biex jien ġejt mgħarraf li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali kien għamel verifiki addizzjonali fil-files interni tiegħu u rriżulta li fil-fatt kellu kopja tar-rapport tal-2012 li l-Onor. Interpellant qed jagħmel referenza għalih. Irrid nghid li sitwazzjoni kompliet tevolvi meta mbagħad deher artiklu f’ġurnal lokali (DOK B) u llum deher rapport ieħor f’medium elettroniku (DOK Ċ) li ġie riprodott ukoll f’ħarġa oħra tal-istess ġurnal lokali fejn qiegħed jingħad ċar u tond li fil-fatt dan ir-rapport tal-2012 li dwaru qed jagħmel id-domanda l-Onor. Interpellant jeżisti u anzi sar mill-kumpanija tal-periti tas-Sindku tal-Mosta u r-raġel tagħha. Immedjatament meta gejt iffaċċjat bl-eżistenza tar-rapport tal-2012 tlabt direttament spjega bil-miktub mingħand id-Direttur tal-Gvern Lokali għal dan in-nuqqas mill-iktar serju li min-naħa tiegħu talab din lis-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali tal-Mosta biex jagħti t-tweġibiet. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ispjega bil-miktub li bagħatli d-Direttur għall-Gvern Lokali (DOK D). Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport de quo (DOK E). Irrid nispecifika li l-Aġent Segretarju Eżekuttiv ikkonferma fir-rapport tiegħu li nkiteb lid-Direttur għall-Gvern Lokali li dan ir-rapport ma nstabx fil-Kunsill Lokali. Irrid ngħid li jiena m’jien kuntent xejn b’dan l-aġir tal-Kunsill Lokali tal-Mosta li huwa ovvju li pprova, b’mod xejn konvinċenti ngħid jien, jilgħab bis-semantika bil-konsegwenza li seta’ żgwida dina l-Kamra u li kieku kien għall-Kunsill Lokali tal-Mosta dan ir-rapport ma poġġejtux fuq il-Mejda tal-Kamra. Inħalli għall-Onor. Interpellant jasal għall-konklużjonijiet tiegħu jekk aġir bħal dan u l-istorja nnifisha wara dan ir-rapport huwiex denju ta’ Kunsill li għandu jirispetta l-valuri tat-trasparenza u good governance . Da parti tiegħi, jiena diżappuntant immens bil-mod kif din il-Kamra ġiet trattata mill-Kunsill Lokali de quo.

Sptar Zammit Clapp — management

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-management tal-Isptar Zammit Clapp huwiex għal perjodu partikolari? Jekk huwa għal perjodu partikoalri, kemm huwa l-perjodu miftiehem fl-aħħar kuntratt u dan l-istess kuntratt meta jagħlaq?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – xogħol mogħti lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, mill-Ministeru u mid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2011 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li fil-perjodu msemmi ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpanija msemmija.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – xogħol mogħti lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, mill-Ministeru u mid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2011 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kumpanija li d-dettalji tagħha ngħataw separatament ma ngħatatx xogħlijiet bejn Jannar 2011 u Marzu 2013.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – xogħol mogħti lil kumpanija

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, mill-Ministeru u mid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tagħha bejn Jannar 2011 u Marzu 2013, sena b’sena? Tista’ tgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Tista’ tgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ma ngħatatx xogħol mill-Ministeru, inkluż kull entità jew dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabilita tiegħi, fil-perjodu indikat f’din il-mistoqsija parlamentari.