Legislature:
Category:
Reset
Active:

Investiment ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie investiment ġdid fl-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista ta’ bejn l-2008 u l- 2013? Jista’ jgħid x’kien dan l-investiment, proġett proġett u kumpanija kumpanija, u jgħid kemm kien ippjanat li sejrin jinħolqu impjiegi minn kull proġett / investiment u kemm fil-fatt inħolqu?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-lista ta’ proġetti approvati bejn l-2008 u l-2013 jinsabu fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Madankollu, minħabba l-liġi li tirregola lil Malta Enterprise, li hija l-Att dwar Malta Enterprise tal-2003, l-informazzjoni dwar kumpaniji speċifiċi li fetħu hija waħda riservata u għalhekk ma tistax tingħata. It-tweġiba għalhekk qed tingħata b’mod globali u mbagħad imqassma settur b’settur. Irid jingħad li fis-sena 2013 kien hemm bidla fl-amministrazzjoni tal-pajjiz u sussegwentament anke ta’ Malta Enterprise. Kif inhuwa indikat f’nota mat-tabella annessa, għalkemm qed tingħata il-figura globali tal-investiment attirat fl-2013, sakemm saret il-bidla fl-amministrazzjoni kienu approvati biss zewġ proġetti b’investiment prevvist għal tliet snin li jammonta għal €3.9m, li kien mistenni jħaddem 35 ruħ. Wieħed ma jridx jinsa li biex investiment jimmatura u jibda jagħti l-frott irid jgħaddi ċertu perjodu ta’ zmien, li matulu l-investitur irid jistabbilixxi ruħu f’Malta u eventwalment jibda l-ħidma tiegħu. Dan huwa process li ġeneralment jieħu bejn sentejn, tlieta biex jilħaq il-milja tiegħu

Proġetti ta’ ’l fuq minn €100 miljun

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inġiebu proġetti fl-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista li kienu ta’ aktar minn €100 miljun? Kull proġett kemm iħalli flus fl-ekonomija Maltija kull sena?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #16631 Sitting 273 2015-06-08 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Forti Rikażli – films/sensiliet televiżivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-films/sensiliet/TV mini-series li nġibdu f’Forti Rikażli sena b’sena, bejn l-1995 u llum? Jista’ jagħti l-ismijiet tagħhom u jgħid minn liema pajjiż kienu ġejjin? Jista’ jgħid kemm dam sejjer il-filming għal kull każ? Jista’ jgħid kemm huwa kkalkolat li kien il-kontribut finanzjarju li ħallew dawn il-produzzjonijiet b’mod totali fl-ekonomija lokali sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid kemm inħolqu impjiegi riżultat ta’ dawn il-produzzjonijiet sena b’sena b’mod separat ?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn is-sena 1995 sas-sena 2004, m’hemmx records preċiżi dwar ir-rikjesta tiegħu, pero’ mis-sena 2005 sal-lum hemm tali nformazzjoni li qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Għal dak li jirrigwarda statistika dwar impjieġi ġenerati, din sal-lum ma tinżammx mill-Ministeru għat-Turiżmu u mill-entitajiet li jaqgħu taħtu.

Mosta – Santa Margerita – xogħol fit-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jingħataw wiċċ ġdid it-toroq li fadal isiru fiż-żona ta’ Santa Margerita, il-Mosta,?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista kurrenti ta’ toroq fil-lokalità tal-Mosta li jaqgħu taħt ir-responsabilità ta’ Transport Malta għall-asfaltar għall-ewwel darba tinkludi s-segwenti: Triq il-Marquis Mallia Tabone Wied is-Sir Triq ix-Xitwa Triq ir-Rebbiegħa Triq Madre Tereża Parti minn Triq l-Inkurunazzjoni Triq Ġorġ Mitrovich Ix-xogħlijiet fuq dawn it-toroq isiru skont il-progress tal-formazzjoni, fondi disponibbli kif ukoll il-proċess tal-akwist tas-servizzi tal-kuntratturi.

Mosta – Santa Margerita — splussivi

Question

Jista’ l-Ministru jara jekk l-isplussivi li qed jintu¿aw ġewwa l-barriera qrib Santa Margerita, l-Mosta, humiex ta’ saħħa skont il-liġi minħabba l-fatt li residenti ġewwa din iż-żona qed jħossu li dawn t-theżżiżiet huma qawwija ħafna?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-uffiċċju ta’ l-Armi fi ħdan il-Korp tal-Pulizija joħroġ permessi sabiex jinġarr l-isplussiv u sabiex issir il-blasting f’dawk il-barrieri awtorizzati mill-Awtorita tar-Riżorsi. Ghalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant biex jgħaddi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat għal aktar dettalji.

Il-Mosta – Triq il-Fuħħar – xogħlijiet fuq it-triq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li ssir Triq il-Fuħħar il-Mosta? Jista’ jgħid jekk mill-moniteraġġ li jsir, jirriżultax li l-barriera qrib il-housing estate ta’ Santa Margerita, il-Mosta, qed tagħmel użu minn splussivi iktar qawwija milli tippermetti l-liġi?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-triq la hija arterjali ,la distributorja u lanqas ma hi triq residenzjali ġdida. Għaldaqstant ma taqax taħt ir-responsabbilta' ta' Transport Malta. Għat-tieni parti tal-Mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferiha lill-Ministru kkonċernat.

Dipartiment tal-Cleansing — ġbir ta' skart mill-inħawi taż-Żonqor f'Wied il-Għajn

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabar skart (tunnellati) mormi b'mod illegali mid-Dipartiment tal-Cleansing fl-inħawi taż-Żonqor f'Wied il-Għajn fis-snin 2009, 2010, 2011, 2012, 2013, 2014 u 2015 (sal lum) sena b'sena b'mod separat?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li miż-żona ta’ Żonqor f’Wied il-Għajn inġabar dan l-iskart : 2009 79.3 tunellata 2010 54 tunellata 2011 61.8 tunellata 2012 40.5 tunellata 2013 43.6 tunellata 2014 38 tunellata 2015 14.7 tunellata L-iskart miġbur tul is-snin kien jikkonsisiti fi kwantita’ kbira ta’ skart goff, kif ukoll skart imħallat ta’ kull tip. F’diversi drabi instabu wkoll annimali mejta fil-post.

Università ta' Malta — Tagħrif dwar il-popolazzjoni ta’ studenti u staff

Question

Jista’ l-Ministru jgħid: (a) Kemm kien in-numru totali ta’ studenti fl-Università ta' Malta mis-sena 2000 sas-sena 2015; (b) Kemm kien n-numru totali kull sena ta’ staff akkademiku, amministrattiv, tekniku u industrijali fl-Università ta' Malta mis-sena 2000 sas-sena 2015; (c) Kemm kienet l-ispiża totali f’salarji, allowances u bonuses għall-istaff akkademiku, amministrattiv, tekniku u industrijali (kemm staff full-time kif ukoll part-time ) fl-Università ta' Malta mis-sena 2000 sas-sena 2015; u (d) Għas-sena akkademika 2014/2015, kemm kien in-numru totali ta’ studenti għal kull Fakultà, Istitut, jew Ċentru, kif ukoll in-numru totali ta’ staff akkademiku, amministrattiv, tekniku u industrijali fl-Università ta' Malta? (F’dan il-każ, għandu jiġi speċifikat it-total tal-impjegati, kemm dawk parti mill-istaff akkademiku, amministrattiv u tekniku, kif ukoll dak industrijali)

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Hemorrhoid Ectomy — servizz ta' laser

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanar li jidaħħal is-servizz tal-laser għall-hemorrhoid ectomy? Meta jaħseb li dan is-servizz jibda jingħata lill-pazjenti Maltin u Għawdxin?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Mater dei din l-operazzjoni issir b’mod ta’ sclerotherapy, banding, stapling jew formal excision.
Leg 12 PQ #16251 Sitting 267 2015-05-25 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Art ODZ – emendi fiż-żoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba saru emendi għaż--żona msejħa outside development zones taħt gvernijiet Nazzjonalisti? Jista’ jgħid kemm-il proġett ġdid daħlu fiż-żoni emendati f’dan il-perjodu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-linja ta¿-¿ona tal-i¿vilupp, li l-art il-barra minnha hija outside development zone, ġiet emendata fl-2005 u fl-2006. Minn wara li saret l-ewwel emenda fl-2005, ġew sottomessi 520 applikazzjoni għal ¿vilupp fi¿-¿oni kif emendati.
Leg 12 PQ #16252 Sitting 267 2015-05-25 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bini fuq art ODZ

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew approvati binjiet barra żoni ta’ żvilupp mill-1995 sal-lum sena b’sena? Jista’ jagħti l-informazzjoni u l-kobor f’metri kwadri ta’ kull binja u l-iskop għal kull binja?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 16252, skont is-sistema tal-informatika tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, ġew approvati tnax-il elf, ħames mija u tnejn u sebgħin (12,572) applikazzjoni barra miż-żoni ta’ żvilupp mill-1995 sal-lum. Annessa hawn taħt hawn lista ta’ dawn maqsumin bis-sena tad-deċiżjoni. Sena tad-Deċiżjoni Ammont ta’ Applikazzjonijiet Qies Totali (m²) 1995 347 246,032 1996 415 631,618 1997 374 757,566 1998 539 1,115,972 1999 528 833,792 2000 637 1,589,710 2001 568 912,422 2002 953 5,396,724 2003 874 1,560,573 2004 802 9,287,864 2005 890 3,051,379 2006 771 5,537,896 2007 962 4,284,839 2008 636 5,090,338 2009 540 1,729,765 2010 695 2,705,310 2011 534 1,159,143 2012 480 1,765,690 2013 417 1,935,985 2014 417 2,075,620 2015 193 563,072 Qed inpoġġi quddiem il-kamra lista ta’ dawn l-applikazzjonijiet kollha bl-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #16253 Sitting 267 2015-05-25 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Art ODZ

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid minn meta bdew l-outside development zones f’Malta u kemm-il darba nbidlu dawn iż-żoni mill-1995 sal-lum? Jista’ jgħid jekk l-art f’dawn iż-żoni ċkinitx jew kibritx?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-linja taż-żona tal-iżvilupp kif nafuha llum kibret fl 2005 u l-2006 fiż-żewġ okkazjonijiet. Iż-żona fejn ma jistax jsir zvillup (ODZ), naqset b'madwar 92,500 miljun metru kwadru fl-2005 u b'madwar 2.3 miljun metru kwadru fl-2006.

Il-Mosta — Triq id-Difiża Ċivili - manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq id-Difiża Ċivili fil-Mosta hijiex taħt r-responsabilità tal-Gvern Ċentrali jew tal-Kunsill Lokali? Jista' jgħid meta se ssirilha l-manutenzjoni neċessarja?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq in kwistjoni mhiex arterjali u lanqas distributorja u għaldaqstant ma taqax taħt ir-risponsabilità ta’ Transport Malta. Madankollu Transport Malta qiegħda tevalwa l-possibiltà ta’ intervent sabiex ittaffi kemm tista’ mill-inkonvenjent li qiegħda toħloq din it-triq.

Università ta’ Malta – xogħol minn individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, qed ikun f’banka tal-lottu meta dan suppost ikun xogħol fl-Università ta’ Malta?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-individwu indikat mill-Onor. Interpellant huwa laboratory assistant fid-Dipartiment tal-Farmaċija fi ħdan il-Fakultà tal-Mediċina u Kirurġija ġewwa l-Università ta’ Malta. Infurmat li l-allegazzjoni li dan l-individwu jkun ġo banka tal-lottu waqt il-ħin li suppost ikun xogħol ġewwa l-Università ta’ Malta ser tiġi investigata u jekk ikun hemm il-bżonn jittieħdu passi dixxiplinarji skont dak li jirriżulta mill-istħarriġ.

Università – appointment ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi informazzjoni preċiża dwar l-appointment tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-Università? Jista’ jgħid x’inhu l-appointment tagħha? Jista’ jgħid kemm hu mistenni li taħdem f’sigħat ta’ kuntatt dirett mal-istudenti f’tagħlim? Kemm hu mistenni li tiddedika ħin għal riċerka? F’liema ġranet u ħinijiet qed tipprovdi t-tagħlim lill-istudenti u tagħmel ir-riċerka tagħha?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-persuna indikata mill-Onor. Interpellant hija għalliema fi grad ta’ lettriċi fid-Dipartiment tad-Dritt Pubbliku fi ħdan il-Fakultà tal-Liġi. Bħala lettriċi TR4, huwa meħtieġ illi tagħti erba’ sessjonijiet ta’ erba’ sigħat fil-ġimgħa. Dan in-numru ta’ sigħat jinkludi tagħlim, riċerka, u xogħol akkademiku ieħor li jinkludi dak amministrattiv u xogħol professjonali. Fis-sena akkademika 2014/2015, minbarra x-xogħol ta’ riċerka u amministrazzjoni, il-persuna indikata għandha lecturing load ta’ 98 siegħa u hija s-supervisor ta’ żewġ studenti fil-livell ta’ Masters.

Mita — Ceo u Chairman - remunerazzjoni u perkaċċi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15686 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u jgħid x'remunerazzjoni, inklużi l-perkaċċi kollha, kellhom ic-CEO u c-chairman tal-MITA minn 2008 sa 2013? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna/i? Jista' jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Allied Health Professionals

Question

Can you please forward any information in relation as to when the 2013 Allied Health Professionals Agreement is going to be fully enforced, especially the implementation of Scale 6 and Scale 5 as dictated in said agreement?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ċimiterji – proċess ta’ tkabbir

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ċimitejri li qegħdin fil-proċess li jitkabbru biex ikollhom aktar oqbra għall-pubbliku? Jista’ jgħid liema huma u kemm se jkollhom oqbra ġodda? Jista’ jgħid fiex wasal il-proċess li jinxtraw oqbra ġodda peress li uħud minn dawn in-nies diġà taw kapparra biex ikollhom qabar fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazzjoni tingħata f'seduta oħra.

Inkjesti kriminali quddiem Maġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu inkjesti kriminali lil kull Maġistrat fis-snin 2013, 2014 u 2015 sal-15 ta’ April? Jista’ jgħid kemm minn dawn ġew mibgħuta lill-Avukat Ġenerali u kemm minnhom għadhom pendenti quddiem kull Maġistrat? Jista’ jgħid min mill-Maġistrati għandhom inkjesti li ilhom pendenti aktar minn tliet snin u min huma dawn il-Maġistrati?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kunsill Malti għall-Isport – Impjegat

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 15440, jista’ l-Ministru jgħid min kienet il-persuna appuntata bħala personal assistant tas-CEO tal-Kunsill Malti għall-Isport fuq bażi ta’ position of trust? Jista’ jgħid x’pakkett finanzjarju kellha?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-pakkett finanzjarju li kellha l-persuna appuntata bħala personal assistant tas-CEO tal-Kunsill Malti għall-iSport fuq bażi ta’ position of trust kien kif ġej: Agreement dated 02.02.2013 Annual Basic Salary €23,422 (according to Salary Scale 7 of the schedule of grades and relative scales in Public Service. Allowance: €4,684 per annum Telephone allowance: €525 per annum Performance Bonus not exceeding 15% per annum Statutory Bonuses: €512.46 Din il-persuna baqgħet fl-impjieg sa Jannar 2014 minħabba li rriżenjat. L-isem tal-persuna li kienet f’din il-pożizzjoni qiegħed jingħata lill-Onor. Interpellant separatament.