Jista’ l-Ministru jgħid x’irwol kellha l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw b’mod separat f’xi kumpanija, bord, entità, awtorità, aġenzija, dipartiment, fondazzjoni, korporazzjoni, tribunal li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu bejn l-2008 u Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk inħatritx b’sejħa jew b’għażla diretta? Jista’ jgħid kemm damet tokkupa kull kariga b’mod separat? Jista’ jgħid x’kien il-pakkett ta’ rimunerazzjoni li kellha, inkluż il-perkaċċi kollha?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-persuna msemmija kellha kariga bħala membru tal-Bord tad-Diretturi tal-kumpanija Gozo Channel. Ġiet maħtura f’din il-kariga b’mod dirett fl-24 ta’ Lulju 2008 u żammet din il-kariga sad-19 ta’ April 2013. Matul dan il-perjodu il-pakkett tar-rimunerazzjoni inklużi l-perkaċċi kienu kif murija fit-tabella mehmuża.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – ingaġġ ta’ persuna
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’irwol kellha l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw b’mod separat f’xi kumpanija, bord, entità, awtorità, aġenzija, dipartiment, fondazzjoni, korporazzjoni, tribunal li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu bejn l-2008 u Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk inħatritx b’sejħa jew b’għażla diretta? Jista’ jgħid kemm damet tokkupa kull kariga b’mod separat? Jista’ jgħid x’kien il-pakkett ta’ rimunerazzjoni li kellha, inkluż il-perkaċċi kollha?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li ebda Dipartiment u/jew Entità li jaqaw taħt id-dekasteru tiegħi ma għamel użu mis-servizzi tal-persuna msemmija mill-Onor. Interpellant.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – ingaġġ ta’ persuna
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’irwol kellha l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw b’mod separat f’xi kumpanija, bord, entità, awtorità, aġenzija, dipartiment, fondazzjoni, korporazzjoni, tribunal li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu bejn l-2008 u Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk inħatritx b’sejħa jew b’għażla diretta? Jista’ jgħid kemm damet tokkupa kull kariga b’mod separat? Jista’ jgħid x’kien il-pakkett ta’ rimunerazzjoni li kellha, inkluż il-perkaċċi kollha?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lil Hon. Interpelant li l-informazzjoni mitluba ghadha qed tingabar u ghal daqs tant it-twegibha tinghata f'seduta ohra.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – ingaġġ ta’ persuna
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’irwol kellha l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw b’mod separat f’xi kumpanija, bord, entità, awtorità, aġenzija, dipartiment, fondazzjoni, korporazzjoni, tribunal li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu bejn l-2008 u Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk inħatritx b’sejħa jew b’għażla diretta? Jista’ jgħid kemm damet tokkupa kull kariga b’mod separat? Jista’ jgħid x’kien il-pakkett ta’ rimunerazzjoni li kellha, inkluż il-perkaċċi kollha?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lil Hon. Interpelant li l-informazzjoni mitluba ghadha qed tingabar u ghal daqs tant it-twegibha tinghata f'seduta ohra.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – ingaġġ ta’ persuna
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’irwol kellha l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw b’mod separat f’xi kumpanija, bord, entità, awtorità, aġenzija, dipartiment, fondazzjoni, korporazzjoni, tribunal li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu bejn l-2008 u Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk inħatritx b’sejħa jew b’għażla diretta? Jista’ jgħid kemm damet tokkupa kull kariga b’mod separat? Jista’ jgħid x’kien il-pakkett ta’ rimunerazzjoni li kellha, inkluż il-perkaċċi kollha?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-persuna msemmija mill-Onor. Interpellant kienet membru tal-Bord tal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti minn Awissu 2008 sa’ Marzu tal-2013. Ir-remunerazzjoni kienet onorarja annwali ta’ €2,795.26. Ġiet appuntata mill-Ministru inkarigat mill-Kultura taż-żmien imsemmi.
Ebda Dipartiment u/jew Entità oħra ma għamlet użu mis-servizzi ta’ din il-persuna fil-perjodu msemmi.
Jista' l-Ministru jagħti l-projections li l-Gvern għandu għall-ħtiġijiet tal-pajjiż biex ikun jista' jlaħħaq mad-domanda ta' anzjani li jridu fid-Djar tal-Anzjani?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-inforamzzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inizjattivi hemm li qed jiġu mwettqa u li huma pjanati li jiġu mwettqa vis-à-vis il-politika ta' anzjanità attiva għas-snin 2013., 2014, 2015, 2016 u 2017?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi parti mill-inizjattivi li ġew imwettqa u li huma ppjanati li jiġu mwettqa vis-à-vis il-politika ta' anzjanità attiva għas-snin 2013, 2014, 2015, 2016 u 2017 qed jiffukaw fost l-oħrajn li jkun hemm:
· miżuri kostruttivi kontra d-diskriminazzjoni abbażi ta’ età,
· inkoraġġiment għal skemi ta’ tagħlim fi ħdan organizzazzjonijiet relatati max-xogħol,
· tisħiħ tal-miżuri diġa’ disponibbli għal rikonċiljazzjoni bejn ix-xogħol u l-kura informali;
· assikurazzjoni ta’ dħul adekwat għall-persuni anzjani;
· rikonoxximent għall-benefiċċji li joħorġu mill-volontarjat għal persuni anzjani;
· tisħiħ ta’ opportunitajiet għal għarfien diġitali;
· solidarjetà interġenerazzjonali;
· appoġġ lejn l-kura informali minn persuni ta' età avvanzata;
· iktar tagħlim rigward prevenzjoni ta’ mard, riablitazzjoni ġerjatrika, u saħħa mentali;
· appoġġ sħiħ lejn inizzjattivi li jgħinu fil-ħolqien ta’ komunitajiet u servizzi ta’ wens għall-anzjani, speċjalment għal terzi li jbagħtu bid-dimensja;
· tisħiħ fir-rigward ta’ kura fit-tul;
· għarfien wiesa’ u mifrux mal-pubbliku u speċjalment l-anzjani fuq l-abbużi li jsiru mill-anzjani, kif ukoll fuq is-solitudni tal-anzjan fil-komunita’
· u finalment, investiment akbar fejn tidħol il-kura speċjalizzata sabiex inħarsu dejjem aktar id-dinjita’ tal-anzjani tagħna.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16663, jista' l-Ministru jgħid jekk il-kunfindenzjalità toħroġx mill-ftehim stess?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ftehim tal-'Concession for the Rights of the National Lottery of Malta' iffirmat fis-27 ta' Ġunju 2012 bejn il-Gvern u l-Maltco Lotteries Limited huwa dokument kunfidenzjali u għalhekk ma jistax jiġi mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Il- kunfidenzjalita toħroġ mid dokument innifsu.
Il-Mosta – Triq il-Kungress Ewkaristiku — Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq il-Kungress Ewkaristiku il-Mosta hijiex se tingħata wiċċ ġdid jew le? Jista’ jgħid jekk il-manutenzjoni li sar fit-triq f’dawn il-jiem kenitx imħallsa mill-Awtorità dwar it-Trasport jew mill-Kunsill?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dan l-istadju ix-xogħlijiet diġa’ pjanati minn Transport Malta huma xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuq il-culvert gratings.
Ix-xogħlijiet li saru reċentament saru minn Transport Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm instabu mill-pulizija kaxxi tal-logħob illegali f’Għawdex fis-snin 2013, 2014 u 2015 separatament? Jista’ jgħid dawn il-kaxxi minn fejn inġabru u x’passi ttieħdu f’kull każ?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li fil-perjodu indikat mill-Onor. Interpellant kien hemm każ wieħed biss fis-sena 2014 fejn instabu kaxxi tal-logħob mill-Pulizija. Dan kien każ f’lokalita fin-Nadur fejn kienu nstabu żewġ kaxxi tal-logħob. In-konnessjoni ma dan il-każ, kienet saret inkjesta Maġisterjali u l-eżitu tagħha għadu mhux magħruf. Għaldaqstant għadhom ma ttieħdu ebda passi kontra ħadd. Sadanittant il-kaxxi ittieħdu mil-lokal rispettiv u qed jinżammu fil-kustodja tal-Pulizija.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid għaliex is-sit fi Triq Bordin, Għajnsielem, Għawdex, għadu jintuża b’mod illegali meta hemm fuqu enforcement notice EC/00188/13?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Avviż ta' Twettieq u Infurzar ECF0188/13 ġie appellat quddiem it-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar. Dan l-appell għadu mhux deciż u s-seduta li jmiss hija differita għad-9 ta' Lulju 2015. L-Awtorita` qiegħda tistenna l-eżitu ta' dan l-appell biex tkun tista' tieħu azzjoni ulterjuri
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux beħsiebu joħroġ opportunitajiet ta' xogħol għal studenti li jkunu lestew dawn il-korsijiet:
(a) MCAST-BTEC Extended Diploma in Agriculture;
(b) MCAST-BTEC Higher National Diploma in Horticulture (Garden Design); u
(c) Bachelor of Science (Honours) in Horticulture?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Membru li r-responsabbiltà tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol hi li jagħti opportunitajiet lill-istudenti biex jiżviluppaw il-ħiliet u kompetenzi ħalli jkunu jistgħu jirrispondu għad-domanda fis-suq tax-xogħol f’firxa wiesgħa ta’ ħiliet. L-opportunitajiet ta’ xogħol fid-diversi oqsma, inkluż l-oqsma indikati mill-istess Onor. Membru, ma joħorġux neċessarjament minn dan il-Ministeru.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienu r-rapporti li saru mill-IAID bejn l-2003, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid matul dan l-istess perjodu kienx hemm każijiet fejn ittieħdet deċiżjoni li xi rapport jew rapporti jiġu ppublikati? Jista’ jgħid sena b’sena b’mod separat fl-istess perjodu, taħt liema Ministeri kienu jaqgħu r-rapporti li saru?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li fil-perjodu indikat minnu saru 69 investigazzjoni finanzjarja u 125 internal audit minn naħa tal-IAID.
Ebda waħda minn dawn l-investigazzjonijiet u audits ma kienu ppublikati.
Għal dawk li huma investigazzjonijiet finanżjarji jien informat li fil-perjodu indikat mill-Onor Interpellant l-informazzjoni ma kenitx tinżamm skont il-Ministeru u mhux possibli lanqas li tingħata l-informazzjoni sena b'sena.
Għal dawk li huma l-internal audits l-informazzjoni mitluba hija kif tidher hawn taħt :-
L-informazzjoni sena b'sena -
2003 - 30
2004 - 29
2005 - 5
2006 - 0
2007 - 2
2008 - 5
2009 - 9
2010 - 14
2011 - 20
2012 - 11
L-informazzjoni skont il-Ministeri differenti -
2003
Uffiċċju tal-Prim Ministru 6
Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd 1
Ministeru għar-Rizorsi u Infrastruttura 2
Ministeru għall-Politika Socjali 2
Ministeru għat-Turizmu 1
Ministeru għat-Trasport u l-Kommunikazzjoni 4
Ministeru tal-Edukazzjoni 3
Ministeru tal-Finanzi 3
Ministeru tal-Affarijiet Barranin 1
Ministeru tas-Sahha 3
Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern 4
2004
Uffiċċju tal-Prim Ministru 3
Ministeru għal Kompetittivita u Komunikazzjoni 1
Ministeru għal Ghawdex 3
Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern 2
Ministeru għar-Rizorsi u Infrastruttura 1
Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent 1
Ministeru għall-Familja u s-Solidarjeta Socjali 2
Ministeru għall-Edukazzjoni, Zghazagh u Xoghol 7
Ministeru tal-Finanzi 5
Ministeru tas-Sahha 3
Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern 1
2005
Ministeru għal Kompetittivita u Komunikazzjoni 1
Ministeru għall-Edukazzjoni, Zghazagh u Xoghol 1
Ministeru tal-Finanzi 1
Ministeru tas-Sahha, l-Anzjani u l-Kura 1
fil-Komunita
Ufficcju tal-President 1
2007
Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern 1
Ministeru tal-Affarijiet Barranin 1
2008
Uffiċċju tal-Prim Ministru 1
Ministeru tal-Industrija, Infrastruttura, 2
Trasport u Komunikazzjoni
Ministeru tar-Rizorsi u l-Affarijiet Rurali 1
Ministeru għall-Politika Socjali 1
2009
Ministeru tal-Affarijiet Barranin 1
Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern 1
Ministeru tar-Rizorsi u l-Affarijiet Rurali 1
Ministeru għall-Politika Socjali 4
Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Zghazagh 2
u Sport
2010
Ministeru għal Ghawdex 3
Ministeru tas-Sahha, l-Anzjani u l-Kura 1
fil-Komunita
Ministeru tal-Infrastruttura, Trasport u 2
Komunikazzjoni
Ministeru tar-Rizorsi u l-Affarijiet Rurali 4
Ministeru għall-Edukazzjoni, Xoghol u Familja 3
Awtorita għar-Rizorsi 1
2011
Uffiċċju tal-Prim Ministru 4
Ministeru tal-Affarijiet Barranin 3
Ministeru għal Ghawdex 2
Ministeru tas-Sahha, l-Anzjani u l-Kura fil- 2
Komunita
Ministeru tal-Infrastruttura, Trasport u 4
Komunikazzjoni
Ministeru tar-Rizorsi u l-Affarijiet Rurali 2
Ministeru għall-Edukazzjoni, Xoghol u Familja 1
Ministeru tal-Finanzi 1
Uffiċċju tal-Kummissarju ghat-Tfal 1
2012
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xoghol u Familja 4
Ministeru tal-Affarijiet Barranin 1
Ministeru għal Ghawdex 1
Ministeru tas-Sahha, l-Anzjani u l-Kura fil- 2
Komunita
Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern 1
Ministeru tal-Finanzi 1
Dokument strateġiku 1
Jista' l-Ministru jgħid min huwa responsabbli mit-tmexxija tal-Isptar Zammit Clapp? Meta tintemm din ir-responsabilità? Wara li jagħlaq dan it-terminu taż-żmien, se terġa’ tinfetaħ sejħa oħra għat-tmexxija ta' dan l-isptar??
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm xtara sodod fid-Djar tal-Anzjani il-Gvern mill-Privat mill-2013 sal-lum, sena b'sena u kumpanija b'kumpanija? Jista' jgħid jekk sarx xi kuntratt ma' dawn il-kumpaniji? Għal kemm tul ta' żmien saru dawn il-kuntratti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lilll-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għar-rigward ta` kemm inxtraw soddod mill-Gvern mid-Djar ta` l-Anzjani mill-Privat hija kif ġej:
SenaInxtrawB’KuntrattTul ta’ Żmien
201337 sodod oħraIVA – 5/03/201325 sena sa 9/04/2028 + 1 sena
201333 sodda oħraIVA – 21/02/2013sa 31/12/2018
201326 sodda oħraIVA – 1/03/2013sa 28/02/2032
201414-il sodda ġdida bħala Respite CareIVA – 17/10/201417/10/2019
20152 sodod ġodda bħala Respite CareIVA – 12/01/201511/01/2016 u b’sena oħra
sa 11/01/2017
201510 sodod ġodda bħala LTCIVA – 15/01/201514/01/2016 u b’sena oħra sa 14/01/2017
20152 sodod ġodda bħal LTCIVA – 08/06/201515/01/2016 u b’sena
201545 sodda ġdidaIVA – 12/02/201511/02/2016 u b’sena oħra sa 11/02/2017. Kuntratt terminat fl 24/02/2015
201540 sodda ġdidaIVA – 28/05/201528/05/2016 u b’sena ohra sa 28/05/2017
201512-il sodda ġdidaIVA – 23/01/201522/01/2016 u b’sena
20159 sodod ġoddaIVA - 10/06/201522/01/2015 u b’sena
Università ta’ Malta u Campus FM – Kariga ta’ persuna
Question
Jista’ l-Ministru jispeċifika kemm għandha salajru l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatment bħala Station Manager tal-Campus FM? Kemm huwa s-salarju tiegħu bħala lecturer mal-Università ta’ Malta? Kemm kien id-dħul globali ta’ din il-persuna għas-sena 2014 meta jittieħdu in konsiderazzjoni s-salarju, bonuses u allowances applikabbli kemm bħala station manager kif ukoll bħala lecturer? Min imexxi l-bord editorjali ta’ Campus FM? Min jifforma parti mill-bord editorjali? Min jieħu d-deċiżjonijiet dwar il-kontenut tal-aħbarijiet ta’ Campus FM? F’liema dati ltaqa’ l-bord editorjali fl-aħħar sena? Jista’ l-Ministru jgħidilna kemm din il-persuna ilha fil-kariga ta’ Station Manager? Kif intgħażlet? Kemm baqgħalha fil-ħatra? Għall-programmi b’kontenut politiku, bħall-analiżi tal-ġurnali, min jiddeċiedi li jagħmilhom? Fl-isfond tal-kitba partiġġjana ta’ dan l-individwu fil-ġurnali, il-Ministru jqis li din il-persuna hi l-aħjar persuna biex tmexxi stazzjon tar-radju tal-Università li huwa mistenni li jkun mudell għal stazzjonijiet oħra fl-indipendenza editorjali tiegħu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li d-dħul globali tal-persuna indikata mill-Onor. Interpellant għas-sena 2014 kien ta’ €50,599.46. Dawn kienu maqsuma kif ġej:
Lettur - €41,499.46 li jinkludi s-salarju bażiku (€28,686), is-suppliment akkademiku (€12,301) u l-bonuses statutorji (€512 .46);
Station Manager u Registered Editor ta’ Campus FM - €580 (ex VAT) fix-xahar, jiġifieri €6,960 fis-sena;
Ħlas għall-programmi li jippreżenta/jipproduċi - tul l-2014 il-ħlas kien ta’ €2140 (ex VAT).
Għall-għażla tal-programmi Campus FM ma għandux Bord Editorjali iżda l-għażla tal-programmi u l-preżentaturi ssir mill-editur f’kollaborazzjoni mal-Programmes Co-ordinator u l-Administration Coordinator tal-istazzjon. Infurmat li dawn jiltaqgħu regolarment kemm biex jagħżlu l-programmi u l-preżentaturi u biex jagħmlu evalwazzjoni tagħhom. Il-maġġoranza tal-preżentaturi tal-programm tal-analiżi tal-gazzetti huma akkademiċi jew ex-akkademiċi.
Din il-persuna ilha fil-kariga ta’ Station Manager/Editur Reġistrat mill-2006 u m’għandhiex kuntratt fiss. M’għandix informazzjoni dwar kif din il-persuna intagħżlet f’din il-kariga għalkemm fl-2002 kien sar konsulent tar-Rettur għal Campus FM. Ir-responsabilità tal-ħatra ta’ Station Manager hija tal-Bord tad-Diretturi ta’ Malta University Broadcasting Ltd, kumpanija tal-Università ta’ Malta, li taħtha jaqa’ Campus FM.
Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar – eks Direttur tal-Corporate Services – allowance tal-karozza
Question
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 38278, 38579 u 37632 tal-11-il Leġiżlatura, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-eks Direttur tal-Corporate Services, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kienx ħallas lura l-flus tal-allowance tal-karozza li kien ħa żejda?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li sar ftehim iffirmat bejn iż-żewġ partijiet bħala “out of court settlement”u tħallas l-ammont ta € 7,000 bħala pagament uniku u finali.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jiddaħħal il-metodu ġdid ta’ kif jiġi ċċekkjat il-livell ta’ warfarina fid-demm tal-pazjenti Maltin u Għawdxin fil-kliniċi kollha ta’ Malta u Għawdex? Jista’ jgħid fejn u f’liema kliniċi qed jingħata dan is-servizz? Meta u fejn aktar se jiġi introdott? Peress li dan il-metodu huwa simili għal dak li bih jitkejjel il-livell taz-zokkor fil-pazjenti u huwa ta’ inqas inkonvenjent għall-pazjenti, jikkonferma l-Ministru li huwa pass għaqli li l-Gvern qed jintroduċi dan il-metodu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-metodu ġdid ta’ kif jiġi ċċekkjat il-livell tal- Warfarina fid-demm jew POC-ACC, issa jinsab fic-Centri tas-Sahha tar-Rabat, B’Kara, l-Furjana, Hal-Qormi, Rahal l-Gdid, Bormla u l-iSptar ta’ Ghawdex.
Dan kien pass ghaqli ghaliex permezz ta’ din is-sistema, il-pazjenti qed jinqdew fil-komunita aktar qrib fejn joqghodu u qed jitnaqqas il-piz fuq Mater Dei. Il-pazjent qed jinghatalu r-rizultat dak il-hin stess u jigi ggwidat fuq id-dosa tal-Warfarina meta jkun ghadu quddiem it-tabib. B’hekk is-sistema hija aktar sigura ghas-sahha tal-pazjent ghax id-doza tkun mgharfa dak il-hin stess u kull intervent jew parir jista jinghata f’waqtu.
Peress li jidher li hawn min qed jifhem li l-Avviż Legali 150 tas-sena 2015, il-Ministeru għall-Edukazzjoni qed ibaxxi l-istandards u jillaxka l-għoti ta’ liċenzji għall-ftuħ ta’ universitajiet u li l-Ministru stess jista’ jaqbad u jagħti liċenzja lil min irid hu, jista’ l-Ministru jispjega jekk danhux minnu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
L-Avviż Legali 150 tal-2015 għamel numru ta’ tibdiliet fil-liġi 327.433. Dan l-avviż legali introduċa kategorija ġdida ta’ liċenzjar, dik ta’ Tuition Centres, sabiex jiġu indirizzati wkoll dawk l-entitajiet li joffru korsijiet mhux akkreditati skont il-Qafas Malti tal-Kwalifiki. Tibdil ieħor kien it-tneħħija tal-kategorija ta’ entitajiet li joffru korsijiet relatati mal-English as a Foreign Language. Dan sar minħabba l-fatt li hemm pjanat li tiġi introdotta liġi oħra aktar speċifika f’dan il-qasam. Tibdil ieħor sar fil-kriterji mitluba sabiex entità tkun tista’ tapplika għall-istatus ta’ Università. L-istandards ta’ kwalità bl-ebda mod ma ġew affettwati. Entità trid tkun toffri erba’ programmi bejn Livell 5 u Livell 7 skont il-Qafas Malti tal-Kwalifiki u evidenza tal-kapaċità li toffri programmi f’Livell 8.
Fil-każ ta’ applikazzjonijiet għal status ta’ Università il-kriterji li jridu jintlaħqu huma l-bżonn li l-programmi jkunu akkreditati skont il-Qafas Malti tal-Kwalifiki, staff akkademiku kwalifikat, sistema interna ta’ assikurazzjoni ta’ kwalità u l-bżonn li l-bini minn fejn topera jkun skont ir-regolamenti ta’ ppjanar nazzjonali. Barra minn hekk, fil-każ ta’ status ta’ Unviersità, l-entità tgħaddi wkoll minn skrutinju fejn jiġi ċċekkjat jekk jissoddisfawx numru ta’ kriterji oħra. Dawn huma:
(a) li l-edukazzjoni ogħla, it-tagħlim, ir-riċerka u t-tixrid ta’ tagħrif ikunu l-attivitajiet primarji tal-istituzzjoni ta’ edukazzjoni ogħla;
(b) li l-istituzzjoni ta’ edukazzjoni ogħla jkollha persunal akkademiku, librerija akkademika, taħriġ fir-riċerka stabbli jew attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp stabbli u ta’ standard għoli;
(c) li l-istituzzjoni ta’ edukazzjoni ogħla jkollha korpi rappreżentattivi tal-persunal u tal-istudenti;
(d) li l-istituzzjoni ta’ edukazzjoni ogħla jkollha organizzazzjoni u infrastruttura biex tipprovdi edukazzjoni ogħla u tagħmel ir-riċerka;
(e) li l-istituzzjoni ta’ edukazzjoni ogħla tkun tipprovdi programmi li jwasslu għal kwalifiki nazzjonali li jkunu klassifikati fil-livelli 5 sa 7 tal-Qafas Malti tal-Kwalifiki, jew kwalifiki barranin f’livell komparabbli, mill-inqas f’erba’ oqsma, u li jkollha wkoll kompetenza indipendenti fit-twaqqif tal-komponenti ta’ dawk il-programmi u dritt indipendenti għall-għoti ta’ lawrji dwar dawk il-programmi;
(f) li l-istituzzjoni ta’ edukazzjoni ogħla tipprovdi programmi li jwasslu għal kwalifiki nazzjonali li jkunu klassifikati fil-livell 8 tal-Qafas Malti tal-Kwalifiki, jew kwalifika barranija f’livell komparabbli, u li jkollha wkoll kompetenza indipendenti fit-twaqqif tal-komponenti ta’ dawk il-programmi u dritt indipendenti għall-għoti ta’ lawrji dwar dawk il-programmi; u
(g) li l-istituzzjoni ta’ edukazzjoni ogħla tkun affiljata ma’ netwerks internazzjonali f’dak li għandu x’jaqsam ma’ edukazzjoni ogħla u riċerka jew tkun tipparteċipa f’koperazzjoni nazzjonali u internazzjonali fit-tagħlim u r-riċerka.
Madankollu, il-kwalità tal-edukazzjoni ma ġietx mittiefsa bl-ebda mod. Dan għaliex il-kwalità mhix marbuta man-numru jew kwantità tal-programmi offruti minn Università. Kull programm irid jissoddisfa numru ta’ kriterji relatati mal-kwalità li ġew stabbiliti fl-2014 mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla u dawn bl-ebda mod ma ġew affettwati b’dan l-Avviż Legali. Ta’ min wieħed jinnota li dan l-Avviż Legali ser ikun qed isaħħaħ aktar il-proċeduri relatati mal-pieni imposti f’każijiet ta’ infurzar tal-liġi, biex il-kwalità tal-edukazzjoni tkun aktar imħarsa.
Tajjeb wieħed jinnota li l-Ministru u l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, bl-ebda mod ma huma involuti fl-għoti ta’ liċenzji għall-ftuħ ta’ Universitajiet. Skont il-liġi, dan huwa d-dmir tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla, li hija l-awtorità indipendenti kompetenti għal-liċenzjar, akkreditazzjoni u assikurazzjoni ta’ kwalità fis-settur tal-edukazzjoni avvanzata u ogħla f’Malta, skont il-Qafas Malti tal-Kwalifiki. Il-Kummissjoni tassigura li l-applikazzjonijiet kollha jgħaddu minn proċess rigoruż u trasparenti ta’ evalwazzjoni, kif ukoll li jilħqu l-kriterji stabbiliti mil-liġi. Barra minn hekk, l-Avviz Legali 150 tal-2015 kien ilu jiġi diskuss għal diversi xhur u bl-ebda mod ma ġie introdott sabiex tiġi aġevolata xi applikazzjoni għall-istatus ta’ Università.
Sabiex tkun aċċertata t-trasparenza f’dan il-proċess, applikazzjonijiet għall-istatus ta’ Università jiġu evalwati wkoll minn numru ta’ esperti indipendenti li jiġu innominati miċ-Chairperson tal-Kumitat tal- Quality Assurance (li jirrispondi lill-Bord tal-NCFHE).
Permezz ta’ dan it-tibdil ser ikun hemm opportunitajiet ġodda għal Universitajiet li huma ta’ natura aktar teknika u vokazzjonali li mhux bilfors joffru volum u numru ta’ korsijiet vasti bħalma kien rikjest mil-liġi qabel il-ħruġ ta’ dan l-Avviż Legali. B’hekk il-Kummissjoni issa tista’ tikkunsidra applikazzjonijiet minn entitajiet stabbiliti internazzjonali.