Enemalta – multi imposti fuq il-powerstation tal-Marsa
Question
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar il-multi li kienu imposti fuq l-Enemalta fl-aħħar snin għar-rigward tal-użu tal-powerstation tal-Marsa? Dawn il-multi meta daħlu fis-seħħ? Għaliex kienu imposti? Jista’ jgħid kemm hi l-multa imposta fuq l-Enemalta kuljum u kemm hu l-ammont totali tal-multi imposti fuq l-Enemalta?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-full complement tal-Korp tal-Pulizija? F’liema ranks hemm in-nieqes u kemm hemm bżonn pulizija iktar biex jiġu full complement u meta se jiġu ingaġġati? Jista’ jgħid kemm telqu pulizija fl-aħħar sena u f’liema ranks kienu?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li sat-18 ta’ Gunju 2015, il-complement sħiħ tal-Korp tal-Pulizija skond kif approvat, kien ta’ 2,261. Attwalment il-complement huwa ta’ 2,093 u għaldaqstant huwa b’168 uffiċċjal anqas. Dawn il figuri kif ukoll l-ammonti ta’ kull rank, jidhru fit tabella A li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Dwar il-Pulizija li telqu, ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2014 spiċċaw 79 membru tal-Korp filwaqt li 72 membru spiċċaw fis-sena 2015 kif jidher fit-tabelli B u Ċ li qed jitpoġġew ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’irwol kellha l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw b’mod separat f’xi kumpanija, bord, entità, awtorità, aġenzija, dipartiment, fondazzjoni, korporazzjoni, tribunal li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu bejn l-2008 u Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk inħatritx b’sejħa jew b’għażla diretta? Jista’ jgħid kemm damet tokkupa kull kariga b’mod separat? Jista’ jgħid x’kien il-pakkett ta’ rimunerazzjoni li kellha, inkluż il-perkaċċi kollha?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament f’din il-mistoqsija kienet isservi ta’ membru tal-bord tas-Sala tal-Mediterran għall-Konferenzi (MCC) bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u l-31 ta’ Lulju 2008, b’remunerazzjoni ta’ €174.40 fix-xahar. Il-membri tal-bord tal-MCC jiġu appuntati mill-Ministru.
Din il-persuna ma kellha l-ebda rwol ieħor f'xi dipartiment jew fi kwalunkwe entità pubblika oħra li taqa' taħt ir-responsabilità tal-Ministeru għat-Turiżmu, bejn l-2008 u Marzu 2013
.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – ingaġġ ta’ persuna
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17064 u jgħid x’irwol kellha l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw b’mod separat f’xi kumpanija, bord, entità, awtorità, aġenzija, dipartiment, fondazzjoni, korporazzjoni, tribunal li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu bejn l-2008 u Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk inħatritx b’sejħa jew b’għażla diretta? Jista’ jgħid kemm damet tokkupa kull kariga b’mod separat? Jista’ jgħid x’kien il-pakkett ta’ rimunerazzjoni li kellha, inkluż il-perkaċċi kollha?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna msemmija ma kienet qed tokkupa l-ebda rwol f’xi bord, entita’, awotorita’, aġenzija, dipartimenti, fondazzjoni, korporazzjoni, jew tribunal li jaqa’ taħt id-dekasteru tal-Ministeru tal-Familja u Solidarjeta’ Soċjali.
Ta’ min jinnota pero’, li l-persuna msemmija, hija mpjegata mad-ditta tal-avukati bl-isem ta’ IURIS li minnha l-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali (FSWS), permezz ta’ tender, tiġi assistita fejn jidħlu pariri legali.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – ingaġġ ta’ persuna
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17065 u jgħid x’irwol kellha l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw b’mod separat f’xi kumpanija, bord, entità, awtorità, aġenzija, dipartiment, fondazzjoni, korporazzjoni, tribunal li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu bejn l-2008 u Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk inħatritx b’sejħa jew b’għażla diretta? Jista’ jgħid kemm damet tokkupa kull kariga b’mod separat? Jista’ jgħid x’kien il-pakkett ta’ rimunerazzjoni li kellha, inkluż il-perkaċċi kollha?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw b’mod separat, kienet ingaġġata fuq bażi full-time bħala Legal Advisor b’kuntratt ta’ fiduċja mal-Ministeru tal-Familja u Solidarjeta’ Soċjali fit-2 ta’ Ottubru 2006, għal perjodu ta’ sena. Is-salarju fis-sena li l-persuna ikkoċernata kienet tirċievi, kien ibbażat fuq il-massimu ta’ Skala 7, b’salarju ta’ Lm 8,081 (€18,823.67) kif kien fis-sena 2006. Ebda perkaċċi oħra ma kienu nvoluti fil-kuntratt tal-persuna ikkonċernata. F’Diċembru 2007, il-kuntratt ġie mġedded u fil-fatt kien estiż għal sena oħra b’effett mit-2 ta’ Ottubru 2007, taħt l-istess kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq. Nhar l-4 ta’ April 2008, il-persuna imsemmija tefgħet ir-riżenja tagħha, bid-data uffiċjali tat-terminazzjoni tal-kuntratt tkun dik tas-7 ta’ April 2008.
Fit-3 ta’ Novembru 2012, il-persuna indikata kienet maħtura membru tal-Bord tal-Appell tal-Awtorita’ tad-Djar, liema pożizzjoni żammet sat-30 t’April 2013. Tul dan il-perijodu li hija kienet membru fuq il-Bord tal-Appell tal-Awtorita’ tad-Djar irċiviet remunerazzjoni ta’ €200.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kellu jiġbor flus b’lura l-Gvern f’taxxi mhux imħallsa fl-2013? Jista’ jgħid liema kienet l-ikbar donazzjoni li ċittadin jew kumpanija kellhom jagħtu b’lura fl-2013? Jista’ jgħid kemm kien hemm kumpaniji u ċittadini li għandhom jagħtu kontribuzzjonijiet ta’ taxxi b’lura fl-2013? Jista’ jgħid kemm inġabru minn dawn il-kontribuzzjonijiet ta’ taxxa fl-2015?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jiċċara l-mistoqsija tiegħu.
Università ta' Malta — Tagħrif dwar il-popolazzjoni ta’ studenti u staff
Question
Jista’ l-Ministru jgħid:
(a) Kemm kien in-numru totali ta’ studenti fl-Università ta' Malta mis-sena 2000 sas-sena 2015;
(b) Kemm kien n-numru totali kull sena ta’ staff akkademiku, amministrattiv, tekniku u industrijali fl-Università ta' Malta mis-sena 2000 sas-sena 2015;
(c) Kemm kienet l-ispiża totali f’salarji,
allowances
u
bonuses
għall-istaff akkademiku, amministrattiv, tekniku u industrijali (kemm staff
full-time
kif ukoll
part-time
) fl-Università ta' Malta mis-sena 2000 sas-sena 2015; u
(d) Għas-sena akkademika 2014/2015, kemm kien in-numru totali ta’ studenti għal kull Fakultà, Istitut, jew Ċentru, kif ukoll in-numru totali ta’ staff akkademiku, amministrattiv, tekniku u industrijali fl-Università ta' Malta? (F’dan il-każ, għandu jiġi speċifikat it-total tal-impjegati, kemm dawk parti mill-istaff akkademiku, amministrattiv u tekniku, kif ukoll dak industrijali)
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. Infurmat illi l-istatistika dwar l-istaff akkademiku, amministrattiv, tekniku u industrijali fl-Università ta’ Malta qed tingħata mis-sena 2010 peress li s-sistema li qed tintuża bħalissa bdiet tirrekordja d-data mill-2010.
Public cleansing services department – skart miġbur
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' skart li l-public cleansing services department neħħa minn siti fejn jintrema lis-skart kontra l-liġi, bejn l-1 ta’ Jannar 2015 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, xahar b’xahar b’mod separat? Jista’ jgħid minn liema żoni nġabru l-ikbar ammonti ta’ skart matul dan il-perjodu? Jista’ jgħid x’tip ta’ skart inġabar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskart mormi illegalment li inġabar mill-1 ta Jannar sad-data tal-lum jammonta għal 3,002 tunellata ta’ skart.
Jannar 451.53 tunellata
Frar 450.67 tunellata
Marzu 1170.12 tunellata
April 412.97 tunellata
Mejju 454.26 tunellata
Ġunju 63 tunellata
L-iktar żoni li inġabar skart minnhom huma :
Żejtun – Triq il-Ħotba
Manoel Island
Żabbar – Il-Foss
M’Scala – Żonqor point
Mosta – Żona industrijali
B’Buġia – Ħas-Saptan
Kalkara – Żona ta’ Wied Għammieq
Imrieħel – Żona industrijali
Diversi żoni industrijali u widien madwar il-pajjiż.
L-iskart miġbur ivarja, minn skart goff, materjal tal-kostruzzjoni, annimali mejta, kif ukoll kull tip ta’ skart domestiku.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet relatati ma’ droga fid-Diviżjonijiet tal-Ħabs bejn l-1 ta’ Jannar 2015 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, xahar b’xahar, b’mod separat? Jista’ jgħid jekk kienx hemm okkażjonijiet fejn anke intużat is-sezzjoni tal-klieb tal-Pulizija? Jista’ jgħid x’tip ta’ droga instabet? Jista’ jgħid x’passi ttieħdu fejn kien il-każ?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tabella t’hawn taħt turi kemm saru spezzjonijiet relatati ma’ droga fid-Divizjonijiet tal-Ħabs u x’tip ta’ droga nstabet. Kien hemm okkazzjonijiet fejn intuzat is-sezzjoni tal-klieb. Fuq kazijiet kollha fejn tinstab id-droga jiġu nfurmati l-pulizija u jittieħdu passi bil-qorti kontra kull min ikun involut.
Xahar
Numru ta’ spezzjonijiet
Tip ta’ droga
Jannar
177
Frar
261
Marzu
310
Heroin u ħaxixa
April
255
Heroin u droga sintetika
Mejju
292
Diviżjonijiet tal-ħabs – spezzjonijiet ta’ droga fuq viżitaturi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet relatati ma’ droga fuq viżitaturi li daħlu l-ħabs bejn l-1 ta’ Jannar 2015 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, xahar b’xahar, b’mod separat? Jista’ jgħid kemm minn dawn l-ispezzjonijiet irriżultaw fil-pożittiv? Jista’ jgħid x’tip ta’ droga nstabet? Jista’ jgħid x’passi ttieħdu fejn kien il-każ?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru testijiet relatati ma’ droga fil-ħabs fuq membri tal-istaff tal-istess ħabs bejn l-1 ta’ Jannar 2015 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jgħid jekk kienx hemm każijiet fejn irriżultaw fil-pożittiv u x’passi jittieħdu f’dawn il-każijiet?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Mejju saru 70 urine test fuq uffiċjali tal-ħabs li kollha irrizultaw fin-negattiv.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru testijiet fuq priġunieri relatati ma’ droga fil-ħabs bejn l-1 ta’ Jannar 2015 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, xahar b’xahar, b’mod separat? Jista’ jgħid x’passi jittieħdu fil-każijiet li rriżultaw fil-pożittiv?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji qegħdin fit-tabella ta’ taħt. Kull min jirrizulta positive jew jirrifjuta li jagħti sample ta’ urine jittieħed 28 ġurnata remission, kif ukoll il-privileġġi jinqataw għal tliet xhur.
Xahar
Numru ta’ testijiet
Jannar
118
Frar
124
Marzu
131
April
181
Mejju
156
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu t-tfal li bejn l-1 ta’ Jannar 2015 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, ibbenefikaw minn servizz b’xejn ta’ child care li beda joffri l-Gvern fl-1 ta’ April 2014? X’kienet in-nefqa fl-istess perjodu fuq din il-miżura?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ tfal li bejn l-1 ta’ Jannar 2015 u l-15 ta’ Ġunju 2015 ibbenefikaw minn servizz b’xejn ta’ childcare li beda joffri l-Gvern fl-1 ta’ April 2014 kien ta’ 3,457.
In-nefqa fl-istess perjodu fuq din il-miżura kienet ta’ €5.6 miljun.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – ingaġġ ta’ persuna
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’irwol kellha l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw b’mod separat f’xi kumpanija, bord, entità, awtorità, aġenzija, dipartiment, fondazzjoni, korporazzjoni, tribunal li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu bejn l-2008 u Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk inħatritx b’sejħa jew b’għażla diretta? Jista’ jgħid kemm damet tokkupa kull kariga b’mod separat? Jista’ jgħid x’kien il-pakkett ta’ rimunerazzjoni li kellha, inkluż il-perkaċċi kollha?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Dr.Simon Galea Testaferrata ġie appuntat bħala Segretarju tal-Bord tal-Koperattivi permezz ta’ ittra ta’ ħatra datata 2 ta’ Awissu 2007 mis-Segretarju Parlamentari għan-Negozji zgħar u self Employed ta’ dak iz-zmien, l-Onor.Edwin Vassallo.
Huwa rrezenja mill-kariga permezz ta’ ittra datata 3 ta’ Jannar 2012.
L-Onorarja tiegħu kienet ta €1,631 fis-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid x’irwol kellha l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw b’mod separat f’xi kumpanija, bord, entità, awtorità, aġenzija, dipartiment, fondazzjoni, korporazzjoni, tribunal li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu bejn l-2008 u Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk inħatritx b’sejħa jew b’għażla diretta? Jista’ jgħid kemm damet tokkupa kull kariga b’mod separat? Jista’ jgħid x’kien il-pakkett ta’ rimunerazzjoni li kellha, inkluż il-perkaċċi kollha?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għall-Finanzi u d-dekasteru tiegħu ma taw ebda xogħol lill-persuna msemmija.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – ingaġġ ta’ persuna
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’irwol kellha l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw b’mod separat f’xi kumpanija, bord, entità, awtorità, aġenzija, dipartiment, fondazzjoni, korporazzjoni, tribunal li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu bejn l-2008 u Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk inħatritx b’sejħa jew b’għażla diretta? Jista’ jgħid kemm damet tokkupa kull kariga b’mod separat? Jista’ jgħid x’kien il-pakkett ta’ rimunerazzjoni li kellha, inkluż il-perkaċċi kollha?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-records ta’ dan il-Ministeru m’hawn l-ebda informazzjoni li l-persuna li d-dettalji tagħha ingħataw separatament, ingħatat xi rwol f’xi kumpanija, bord, entità, awtorità, aġenzija, dipartiment, fondazzjoni, korporazzjoni, tribunal li jaqa’ taħt id-dekasteru ta’ dan il-Ministeru bejn l-2008 u Marzu 2013.
Ġenituri li jakkumpanjaw lit-tfal għall-kura barra l-pajjiż
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-persuni li bejn Jannar u d-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija bbenefikaw mill-miżura li permezz tagħha l-Gvern beda jħallas għall-passaġġ tal-ajru għat-tieni ġenitur li jakkumpanja lill-ibnu jew lill-bintu għall-kura barra l-pajjiż? X’kienet l-ispiża fuq din il-miżura?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor Interpellant li minn meta dahlet il-mizura f’ Jannar 2014 sa 18 ta’ Gunju ta’ din is-sena kien hemm 267 persuna li ibbenefikat mill-ghajnuna tal-Gvern li jhallas it-tieni biljett tal-ajru ghal min jakkumpanja pazjenti taht it-tmintax il-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-persuni li bbenefikaw mill-miżura li permezz tagħha, anzjani li għandhom 78 sena jew iktar ingħataw allowance ta’ €300, bejn Jannar u d-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija ? X’kienet l-ispiża fuq din il-miżura?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-allowance ta’ €300 tingħata lil dawk l-anzjani li għandhom ’l fuq minn 75 sena u li għadhom jgħixu fil-kommunità.
Sa issa matul din is-sena kien hemm 27,803 persuni li bbenifikaw minn din l-allowance.
L-ispiża imħallsa sa issa fuq din il-miżura għal din is-sena kienet ta’ €8,299,520.44.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li taw id-demm bejn is-sena 2000 u s-sena 2014, sena b’sena, b’mod separat? Jista’ jgħid kemm minn dawn kienu rġiel u kemm nisa, sena b’sena, b’mod separat? Jista’ jgħid minn liema gruppi ta’ etajiet kienu ġejjin, sena b’sena, b’mod separat? Jista’ jgħid ta’ liema blood group kienu dawk li taw id-demm, sena b’sena b’mod, separat? Jista’ jgħid ukoll kemm-il unit ta’ demm ingħata bejn is-sena 2000 u s-sena 2014, sena b’sena, b’mod separat?