Jista’ l-Ministru jgħid kemm mietu nies kaġun tal-AIDS fl-aħħar 10 snin? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu rġiel u kemm kienu nisa? Jista’ jagħti l-etajiet?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm 12-il persuna li mietet bl-AIDS bejn l-2007 u l-2016, minn dawn 9 kienu rġiel u 3 kienu nisa. Il-firxa tal-età ta' mwiet mill-AIDS kien bejn it-30 u d-69 sena.
Sptar Mater Dei – persuni feruti minn armi tan-nar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu nies l-Isptar Mater Dei bejn l-2006 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija jsofru minn feriti kkaġunati minn arma tan-nar?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ nies li ddaħħlu l-Isptar San Luqa u l-Isptar Mater Dei bejn l-2006 u l-2016 jsofru minn feriti kkaġunati minn armi tan-nar jammontaw għal 77.
Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu trabi lill-persuni li kienu qed isofru minn drug addiction fl-2016, u x'età kellhom l-ommijiet?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi twieldu 14 il-tarbija lill-ommijiet li kienu qed isofru minn drug addiction fl-2016. It-tabella t’ hawn taħt tindika l’età li kellhom dawn l-ommijiet.
Età tal-omm
Numru ta' trabi
20-24
4
25-29
2
30-34
3
35-39
4
40-44
1
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti fuq reati ta' serq matul l-2016 u x'kienu s-sentenzi mogħtija? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija u kemm ta’ nazzjonalità barranija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, ninsab infurmat li matul is-sena 2016, kien hemm 488 persuna li tressqu l-qorti fuq reati ta’ serq. Minn dawn 381 kienu rġiel filwaqt illi 107 kienu nisa. Mill-irġiel, 271 kienu Maltin filwaqt illi 110 kienu barranin. Fil-każ tan-nisa 74 kienu Maltin, filwaqt li 33 kienu barranin. Waqt li hemm diversi każi li għadhom pendenti, fejn il-każijiet ġew deċiżi l-persuni nvoluti ġew ikkundannati pieni li jinkludu ħabs, sentenzi ta’ ħabs sospiżi, probation, liberati, combination order, liberati b’kundizzjoni, sentenzi ta’ multi/amendi u multi b’sentenza ta’ ħabs.
Persuni mressqa l-Qorti fuq reati ta’ ksur ta’ buon ordni
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti fuq reati ta' ksur ta’ buon ordni matul l-2016 u x'kienu s-sentenzi mogħtija? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija u kemm ta’ nazzjonalità barranija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li, in-numru ta’ persuni li tressqu l-Qorti fuq reati ta’ ksur ta’ buon ordni matul is-sena 2016 kien ta’ 1232. Dawn kienu jinvolvu 816 ‘il raġel illi minnhom 692 kienu maltin u 124 kienu barranin. Kien hemm ukoll 416 ‘il mara li minnhom 382 kienu maltin u 34 kienu barranin. Numru minn dawn il-każijiet għadhom pendenti quddiem il-Qorti, oħrajn kien hemm il-proċedimenti eżawriti u oħrajn kien hemm persuni li ġew illiberati. Madankollu fil-każijiet deċiżi, is-sentenzi l-aktar li kienu R&A(twiddiba), probation jew conditional discharge u multi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm insterqu mobile phones fl-2016, xahar b’xahar b’mod separat u lokalità b’lokalità? Jista’ jgħid kemm instabu minnhom? Jista’ jgħid kemm tressqu nies quddiem il-Qorti akkużati b’serq ta’ mobiles fl-2016?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li, fil-perjodu bejn Settembru u Diċembru 2016, ġew irrapurtati 583 każ ta’ serq ta’ mobiles. Dawn insterqu mill-lokalitajiet illi jidhru fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra. B’konnessjoni ma’ dan is-serq tressqu 84 persuna l-Qorti. Id-dettalji ta’ kemm instabu minn dawn il-mobile phones mhux possibbli li jingħataw peress illi qatt ma kien hemm din id-data miġbura b’mod elettroniku.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ serq minn knejjes fl-2016? Jista’ jgħid f’liema lokalità kienu dawn il-knejjes? Jista’ jgħid x’kienu l-affarijiet misruqa? Jista’ jgħid jekk kienx hemm persuni li tressqu l-Qorti fuq dawn il-każijiet u jekk iva kemm kien in-numru ta’ persuni li tressqu?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li, matul is-sena 2016 kien hemm 27 rapport ta’ serq minn knejjes. Minn dawn, 9 każi kienu serq ta’ oġġetti appartenenti għall-istituzzjoni u 18 il-rapport kienu dwar serq ta’ oġġetti fuq viżitaturi. L-oġġetti misruqa li jappartjenu lill-Knisja jinkludi fost l-oħrajn serq ta’ u minn kaxxi tad-donazzjonijiet, għodod u oġġetti reliġjuzi bħall-pissidi u kurċfissi. L-oġġetti rappurtati misruqa minn persuni li jżuru dawn il-postijiet jinkludu Mobile phones, basktijiet, kartieri u portmonijiet illi bosta drabi barra li kellhom il-flus u xi dokumenti personali varji, credit/debit cards u ċwievet. Sal-lum ma ġie solvut l-ebda każ minn dawk elenkati u allura ma tressqux persuni l-Qorti. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella skont il-lokalita` fejn seħħ dan it-tip ta’ serq.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ omiċidji fl-2016? Jista’ jgħid kemm kien in-numru ta’ vittmi? Jista’ jgħid kemm mill-vittmi kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jagħti l-etajiet tal-vittmi? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija u ta’ nazzjonalità barranija? Jista’ jgħid kemm kien hemm każijiet solvuti u kemm ġew akkużati nies quddiem il-Qorti?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, illi ninsab infurmat li matul is-sena 2016, ġew irreġistrati 4 każijiet ta’ omiċidju li ħallew 4 vittmi. Il-vittmi kienu tlett maltin, żewġ nisa u raġel u r-raba vittma kien raġel barrani. Minn dawn il-każijiet, 3 ġew solvuti u fir-rigward tal-każ l-ieħor l-investigazzjoni għadha għaddejjha. Barra minn dan, ġie rreġistrat każ ieħor fejn persuna tas-sess maskili sfat vittma ta’ splużjoni fil-vettura tagħha. Dwar dan il-każ għadhom qed isiru l-investigazzjonijiet biex ikun stabbilit jekk dan il-każ, kienx każ ta’ omiċidju jew le.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm il-koppja għamlet l-IVF fl-Isptar Mater Dei matul l-2016? Kemm twieldu tfal permezz ta’ din il-proċedura?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn Jannar 2016 u Diċembru 2016 saru 202 ċiklu tal-IVF/ICSI ġewwa l-Isptar Mater Dei u s'issa twieldu 52 tarbija mill-IVF’s li saru fl-Isptar Mater Dei bejn Jannar 2015 u April 2016.
Miċ-ċikli tal-IVF’s li saru ġewwa l-isptar Mater Dei bejn Ġunju 2016 u Diċembru 2016, 24 koppja oħra qed jistennew 28 tarbija.
Forzi Armati ta’ Malta — Operazzjoni ta’ salvataġġ fuq Baħar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il operazzjoni ta’ salvataġġ saret fuq il-baħar minn membri tal-Forzi Armati ta' Malta fejn matulhom ġew salvati persuni matul l-2016? Kemm ġew salvati nies f’dawn l-operazzjonijiet?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi, l-Forzi Armati ta’ Malta wetqet 57 operazzjoni ta’ salvataġġ fuq il-baħar u ġew salvati 1251 persuna.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba għall-għajnuna kien hemm lill-Protezzjoni Ċivili fl-2016? Jista’ jgħid x’kienu t-talbiet għall-għajnuna? Jista’ jgħid kemm ġew salvati nies, fejn applikabbli?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li kien hemm 4837 talba għall-għajnuna. It-talbiet kienu varji u fosthom insibu talbiet ta’ salvataġġ, nirien, assistenzi, inċidenti marittimi u għargħar. Fir-rigward ta’ kemm ġew salvati nies, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ma jżommx din it-tip ta’ statistika.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti fuq reati ta' pedofelija matul l-2016 u x'kienu s-sentenzi mogħtija? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija u kemm ta’ nazzjonalità barranija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li kien hemm 49 persuna li tressqu il-Qorti fuq każi ta’ reati ta' pedofelija. Waqt illi ħafna mill-każijiet għadhom sub judice, fejn ingħataw is-sentenzi dawn kienu jvarjaw u jinkludu ordnijiet ta’ probation, liberati b’kundizzjoni, priġunerija u ordni ta’ trattament u sentenzi ta’ ħabs sospiżi. Minn dawn 36 kienu rġiel Maltin u 6 irġiel barranin. Kien hemm ukoll 5 nisa Maltin u 2 nisa barranin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti fuq reati ta' stupru matul l-2016 u x'kienu s-sentenzi mogħtija? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija u kemm kienu ta’ nazzjonalità barranija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti fuq reati ta' vjolenza fuq anzjani matul l-2016 u x'kienu s-sentenzi mogħtija? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija u kemm kienu ta’ nazzjonalità barranija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti fi kmamar tan-nar f'Malta u f'Għawdex fl-2016? Jista jgħid kemm mietu u ndarbu persuni f’dawn l-inċidenti xahar b’xahar?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li matul is-sena 2016, kien hemm żewġ inċidenti fi kmamar tan-nar u t-tnejn li huma ġraw f’Malta. F’kull inċident indarbet persuna waħda u ma kien hemm l-ebda persuna li tilfet ħajjitha. Dawn l-inċidenti ġraw f’Marzu u Ottubru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati persuni li għerqu fl-ibħra Maltin fl-2016? Jista' jgħid in-nazzjonalità tagħhom? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom kienu rġiel? Jista’ jagħti l-etajiet tagħhom?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li matul is-sena 2016, in-numru ta’ persuni li tilfu ħajjithom fl-ibħra Maltin kien jammonta għal tnax il-persuna.L-informazzjoni relatata ma’ kull inċident tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Persuni li tilfu ħajjithom minħabba aċċidenti tat-traffiku
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna tilfet ħajjitha minħabba aċċident tat-traffiku fl-2016? Jista' jgħid in-nazzjonalità tagħhom? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom kienu irġiel? Jista’ jagħti l-etajiet tagħhom?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li, 23 persuna kienu vittmi li tilfu ħajjithom kawża ta’ inċidenti tat-traffiku matul is-sena 2016. Informazzjoni addizzjonali kif mitluba fil-mistoqsija tinsab fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.