Jista’ l-Ministru jgħid jekk bejn l-1987 u l-1996, kienx hemm każijiet ta’ pulizija li kienu seconded fuq xogħol ieħor mal-Gvern? Jekk iva, ma’ liema dipartimenti u/jew Ministeri kienu seconded?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li mill-1987 sal-1996 kien hemm tliet Kuntistabbli tal-Pulizija li kienu ġew trasferiti ma’ dipartimenti/ministeri oħra. Wieħed kien trasferit fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin filwaqt li t-tnejn l-oħra kienu trasferiti għall-Qorti.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk bejn l-1998 u Marzu 2013 kienx hemm każijiet ta’ pulizija li kienu seconded fuq xogħol ieħor mal-Gvern? Jekk iva, ma’ liema dipartimenti u/jew Ministeri kienu seconded?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li mill-1998 sa Marzu 2013 kien hemm 57 membru tal-Korp tal-Pulizija li kienu ġew trasferiti ma’ dipartimenti oħra.
Ħamsa w ħamsin (55) kienu trasferiti għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili wara sejħa li kienet saret għal dan id-Dipartiment.
Membru tal-Korp mara u membru ieħor kienu ġew trasferiti fid-Dipartiment tax-Xogħolijiet Pubbliċi u d-Dipartiment tas-Saħħa rispettivament. Dan wara rakkomandazzjoni li kienet saret milll-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku peress li dawn ż-żewġ membri kienu għaddew proċeduri kriminali fil-Qorti.
Jista’ l-Ministru jgħid hekk hijiex il-prassi li ex-Prim Ministri u ex Presidenti jkollhom bodyguards u skorta magħhom?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-prassi li ex-Prim Ministri u ex Presidenti jkollhom bodyguards u/jew skorta magħhom hi kwistjoni ta’ sigurta.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ pulizija li kienu re-instated bejn l-1992 u l-1996? Jista’ jagħti d-dettalji dwar liema ranks ġew re-instated dawn il-pulizija bejn l-1992 u l-1996?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li bejn is-sena 1992 u s-sena 1996 ġew ‘re-instated’ erba’ w disgħin (94) membru tal-Korp hekk kif jider fit-tabella li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fost dawk il-pulizija li kienu re-instated bejn l-1992 u l-1996, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm minnhom li ngħataw promozzjoni malli ddaħħlu lura u f’liema ranks ingħataw dawn il-promozzjonijiet?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif infurmajt lil din il-Kamra fit-tweġiba ta’ qabel, bejn l-1992 u l-1996 kien hemm erba’ w disgħin membru li ġew re-instated. Kien hemm tlett kuntistabbli li ġew promossi għal Surġenti fi żmien sena jew anqas.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ pulizija li kienu re-instated bejn l-1998 u l-2003? Jista’ jagħti d-dettalji dwar liema ranks ġew re-instated dawn il-pulizija bejn l-1998 u l-2003?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li bejn l-1998 u l-2003 kienu ġew ‘re-instated’ sitta w erbgħin membru tal-Korp tal-Pulizija. Dawn ġew ‘re-instated’ fil-gradi kif jidher fit-tabella li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fost dawk il-pulizija li kienu re-instated bejn l-1998 u l-2003, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm minnhom li ngħataw promozzjoni malli ddaħħlu lura u f’liema ranks ingħataw dawn il-promozzjonijiet?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif infurmajt lil din il-Kamra fit-tweġiba ta’ qabel, bejn l-1998 u l-2003 kien hemm 46 membru tal-Korp tal-Pulizija li ġew re-instated. Ma kien hemm l-ebda promozzjoni fi żmien sena jew anqas.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ pulizija li kienu re-instated bejn l-2003 u l-2008? Jista’ jagħti d-dettalji dwar liema ranks ġew re-instated dawn il-pulizija bejn l-1998 u l-2008?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li kien hemm sebgħa (7) membri tal-Korp li ġew ‘re-instated’ bejn is-sena 2003 u 2008. Dawn kienu kif jidhru fit-tabella li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fost dawk il-pulizija li kienu re-instated bejn l-2003 u l-2008, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm minnhom li ngħataw promozzjoni malli ddaħħlu lura u f’liema ranks ingħataw dawn il-promozzjonijiet?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif infurmajt lil din il-Kamra fit-tweġiba ta’ qabel, bejn l-2003 u l-2008 kien hemm 7 membri tal-Korp tal-Pulizija li ġew re-instated. Ma kien hemm l-ebda promozzjoni fi żmien sena jew anqas.
Università ta’ Malta – programmi ġodda għas-sena akkademika 2014/2015
Question
Jista’ l-Ministru jispeċifika kemm ġew approvati programmi ġodda għas-sena akkademika 2014/2015? Liema kienu dawn il-programmi u kemm kienet l-ispiża għall-Università ta’ Malta? Jista’ jagħti lista ta’ tali programmi ġodda kif ukoll jagħti l-proġettazzjonijiet tad-dħul u l-ħruġ għal kull programm li ġie approvat? Jista’ jispeċifika kemm applikaw studenti għal kull programm?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-korsijiet ġodda li ġew offruti għall-ewwel darba fis-sena akkademika 2014/2015, dettalji tad-dħul u l-ħruġ għas-sena 2014/2015, kif ukoll il-proġettazzjoni tad-dħul u l-ħruġ għall-istess sena. Inklużi wkoll in-numru ta’ applikanti aċċettati fil-bidu tas-sena akkademika kif ukoll in-numru ta’ studenti li kienu għadhom irreġistrati fuq dawn il-korsijiet fl-ewwel ta’ Settembru 2015.
Infurmat li l-ispejjeż irrappurtati f’din il-lista huma spejjeż inkrimentali li qed jirriżultaw bħala effett dirett minn dawn il-korsijiet. Spejjeż amministrattivi u spejjeż oħra ġenerali mhumiex qed jiġu inklużi.
Xi korsijiet qed jidhru li m’għandhom ebda spejjeż. Dan minħabba l-fatt li dawn qed jiġu mgħallma minn riżorsi interni tal-Università u m’hemm l-ebda spejjeż addizzjonali.
Fil-każ tal-Bachelor of Humanities, l-istudenti qed jingħaqdu ma’ studenti oħra li qed isegwu l-Bachelor of Arts f’suġġetti varji. Fil-każ tal-Bachelor of Science (Honours) - (Biology) single subject, dawn l-istudenti wkoll qed jingħaqdu ma’ studenti tal-Bachelor of Science (Honours) in Biology & Chemistry għal ħafna mill-klassijiet tagħhom. Qed isegwu wkoll xi ftit klassijiet waħedhom. F’dan il-każ, qed jiġu mgħallma minn riżorsi interni tal-Università.
Università ta’ Malta – popolazzjoni tal-istaff akkademiku, amministrattiv u industrijali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-popolazzjoni tal-istaff akkademiku, amministrattiv u industrijali sena b’sena mis-sena 2000 sas-sena 2010, irrispettivament mis-sistema użata? Jista’ jgħid jekk l-Università ta’ Malta żżommx statistika f’dan ir-rigward?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub fil-mistoqsija jkun jista’ jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif tingħatali din l-informazzjoni.
(Informazzjoni Addizzjonali: Ara Dokument Nru. 5947 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 320, it-Tnejn, 2 ta' Novembru 2015)
Università ta’ Malta – annual reports u published accounts
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-annual reports u l-published accounts waqfu jiġu ppublikati wara s-sena 2008 kif muri f’din il-link tal-website tal-Universita ta’ Malta (http://www.um.edu.mt/about/uom/publications)? Jekk qed jiġu ppublikati, jista’ jgħid fejn? F’liema Kunsilli tal-Università ġew approvati l-accounts? Jista’ jelenka d-dati tal-kunsilli fejn ġew approvati l-accounts għas-snin 2008-2014?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li għalkemm l-annual report u l-published accounts m’għadhomx joħorġu fl-istess format, issa hemm format li jikkonsisti minn żewġ partijiet: l-ewwel parti – elenku tal-audited accounts tal-Università; u t-tieni parti – l-executive summary. L-audited accounts u l-executive summary qed jiġu ppubblikati fuq is-sit [http://www.um.edu.mt/finance/service/auditedfinancialstatements] fejn hemm informazzjoni iktar iddettaljata minn qabel fuq l-accounts tal-Università sena b’sena.
Skont l-Att dwar l-Edukazzjoni Kap. 347 l-obbligu tal-Università ta’ Malta huwa li tgħaddi r-rendikont finanzjarju tagħha, approvat mill-Kunsill u awditjat b’mod indipendenti ta’ kull sena lill-Ministru kkonċernat dwar l-Edukazzjoni li mbagħad jippreżentahom lill-Parlament. Ir-rendikonti finanzjarji ġew approvati fil-laqgħat tal-Kunsill rispettivi kif ġej:
Sena
Data tal-Kunsill
2007/8
12/02/2009
2008/9
28/01/2010
2009/10
19/05/2011
2010/11
09/02/2012
2011/12
07/02/2013
2012/13
30/05/2014
2013/14
06/02/2015
Ir-rendikonti finanzjarji ta’ kull sena rispettiva ġew mgħoddija lill-Ministru kkonċernat.
Hemm ongoing updated webpage (News on Campus – NOC) li turi l-attivitajiet u aħbarjiet li qed jiġru minn ġimgħa għal ġimgħa. Qed jiġi ppubblikat ukoll it-Think magazine li joħroġ erba’ darbiet fis-sena u li jitratta aspetti differenti ta’ riċerka li qed tagħmel l-Università.
Università ta’ Malta – nefqa għas-sena akkademika 2014/2015
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-Università ta’ Malta għal kull fakultà, istitut u ċentru għas-sena akkademika 2014/2015? Jista jinkorpora l-ispiża rikurrenti kollha fl-informazzjoni li se jagħti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-tagħrif dwar l-ispejjeż għal kull fakultà, istitut u ċentru tal-Università ta’ Malta għas-sena akkademika 2014/2015 hu kif muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmat ukoll li dawn il-figuri huma estimu peress li s-sena akkademika u finanzjarja 2014/15 tal-Università ta’ Malta tagħlaq fit-30 ta’ Settembru. Dawn il-figuri jeskludu wkoll spejjeż li għandhom x’jaqsmu ma' proġetti jew attivitajiet li qegħdin jiġu ffinanzjati minn sorsi esterni bħall-Unjoni Ewropeja.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ pulizija li kienu re-instated bejn l-1987 u l-1992? Jista’ jagħti d-dettalji dwar liema ranks ġew re-instated dawn il-pulizija bejn l-1987 u l-1992?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li bejn l-1987 u l-1992 kienu ġew ‘re-instated’ 138 membru tal-Korp kif jidher fit-tabella li qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Fost dawk il-pulizija li kienu re-instated bejn l-1987 u l-1992, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm minnhom li ngħataw promozzjoni malli ddaħħlu lura u f’liema ranks ingħataw dawn il-promozzjonijiet?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif infurmajt fit-tweġiba ta’ qabel, bejn 1987 u s-sena 1992 kien hemm 138 membru tal-Korp li ġew re-instated. Kien hemm 18 -il promozzjoni fi żmien sena jew anqas, kif jidher fit-tabella li qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Università ta’ Malta – żewġ appointments kurrenti ta’ persuna
Question
Jista’ l-Ministru jikkjarifika jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għandhiex żewġ appointments kurrenti u simultanji fl-Università ta’ Malta (wieħed bħala lettur fl-Edward de Bono Institute for the Design and Development of Thinking u l-ieħor bħala Research Support Officer fl-International Institute for Baroques Studies)? F’liema qasam l-persuna għandha d-dottorat tagħha? X’inhu s-salarju annwali gross ta’ din il-persuna?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-persuna li d-dettalji dwarha ingħataw separatament ġiet impjegata bħala Resident Academic TR4 f’Ottubru 2014 u sussegwentement żdiedet għal TR6 f’Jannar 2015. L-appointment bħala Research Support Officer III mal-International Institute for Baroque Studies hu fuq kuntratt definit ta’ 16-il siegħa u jiġi fi tmiemu fit-30 ta’ Settembru tal-2015.
Il-persuna indikata għandha D.Phil. fl-Ingliż u l-Letteratura mill-Università ta’ Oxford. Għandha wkoll Masters in Business Administration (MBA) mill-Maastricht School of Management.
Is-salarju bħala lettriċi TR6 hu ta’ €26,527.22 fis-sena. Is-salarju bħala Research Support Officer III hu bir-rata ta’ €15 fis-siegħa.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu d-dħul u l-ħruġ tal-RIDT fl-Universita ta’ Malta għas-snin 2012-2013 u 2013-2014? Jista’ jpoġġi tali dokumenti relattivi fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid x’inhu s-salarju annwali gross tal-Kap Eżekuttiv tal-RIDT?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-RIDT hija trust li ma taqax taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.
Però fl-interess tat-trasparenza, iċ-Chairperson ta’ din it-trust aċċetta li jgħaddi l-informazzjoni mitluba dwar id-dħul u l-ħruġ għas-snin rispettivi bejn l-2012 u l-2014 kif ġej:
2012
2013
2014
Dħul
102,407
174,735
417,464
Ħruġ
Spejjeż tal-operat
123,559
109,151
125,665
Ħlas lill-Benefiċċjarji
-
28,176
175,664
123,559
137,327
301,329
Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, fl-interess tat-trasparenza, il-Kap Eżekuttiv ta’ din it-trust aċċetta li jgħaddi l-informazzjoni mitluba. Is-salarju gross annwali tal-Kap Eżekuttiv jammonta għal €50,025.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk ir-Rettur tal-Universita ta’ Malta li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex ukoll Chairman u Direttur tal-kumpanija lid-dettalji dwarha ukoll qed jingħataw separatament? Minbarra din il-kariga, l-individwu għandu xi karigi oħra? Jekk fl-affermattiv, x’inhuma dawn il-karigi u f’liema qasam? Bħala medja, kemm-il siegħa fil-ġimgħa qed jiddedika għal dawn il-karigi? Jista’ jgħid jekk l-individwu kellux jew għadx għandu l-permess tal-Kunsill tal-Università sabiex jopera f’dawn il-karigi u jekk fl-affermattiv, jista’ jagħti d-dati ta’ meta dan il-permess ingħata/dawn il-permessi ingħataw? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-minuti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-Rettur jikkonferma li hu jokkupa l-kariga ta’ non-Executive Director fuq il-Bord ta’ HSBC Bank Malta plc. u dan minn Settembru 2014 u ta’ non-Executive Chairman tal-Bord tal-kumpanija PTL International u dan minn Marzu 2015.
Infurmat li r-Rettur talab u ngħata permess bil-miktub mingħand il-Prim Ministru ta’ Malta qabel ma aċċetta dawn il-karigi non-eżekuttivi.
Ir-Rettur informa wkoll lill-President tal-Kunsill b’dawn il-karigi li bl-ebda mod ma joħolqu xi forma ta’ kunflitt ta’ interess mal-kariga tiegħu ta’ Rettur. Ir-Rettur ikompli jservi l-Università fil-ħinijiet u bil-modi kollha neċessarji li jikkostitwixxu medja ta’ 60 siegħa fil-ġimgħa xogħol, sajf u xitwa. Il-ħin li jqatta’ fuq dawn il-karigi ġodda hawn fuq imsemmija ma jfixklu bl-ebda mod lir-Rettur milli jonora l-obbligi tiegħu lejn l-Università u s-sussidjarji tagħha.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk f’dawn l-aħħar disa’ snin, l-Università ta’ Malta tilfitx ERDF Funds minħabba direct orders? Lil min ingħataw dawn id-direct orders u kemm hu l-valur ta’ kull wieħed minn dawn id-direct orders?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-Università ta’ Malta qatt ma tilfet flus tal-ERDF minħabba ħruġ ta’ direct orders.
Università ta’ Malta – ħlas għal kirjiet ta’ proprjetajiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm l-Università ta’ Malta tħallas għal kirjiet ta’ proprjetajiet barra l-kampus ta’ Tal-Qroqq matul sena waħda? X’inhi n-natura ta’ dawn il-kirjiet u għal liema għan qed jinkrew?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.