Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-proġett tal-middle school ġewwa Ħal Kirkop?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddej ix-xogħol ta’ kostruzzjoni tal-middle school ġewwa Ħal Kirkop fejn l-imsemmi xogħol qed jiġi mmonitorjat minn Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali peress li nstabu fdalijiet arkeoloġiċi fuq is-sit. It- tender għall-provvista u installazzjoni ta’ servizzi mekkaniċi u tal-elettriku ġiet ippubblikata.
Huwa ppjanat li din l-iskola tilqa’ l-ewwel studenti tagħha f’Settembru 2016.
Pembroke – proġett ta’ skola nazzjonali tal-isport
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-proġett ta’ Skola nazzjonali tal-Isport f’Pembroke?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-iskola nazzjonali tal-Isports f’Pembroke laqgħet l-istudenti tagħha fit-28 ta’ Settembru 2015. Din l-iskola għandha sala tal-isports li hija mifruxa fuq 1400 metru kwadru. Dan l-ispazju jippermetti li jkun hemm tmien badminton courts jew żewġ basketball courts jew erba’ volleyball courts li jkunu jistgħu jintużaw simultanjament għas-sessjoni tat-taħriġ. Numru varjat ieħor ta’ attività sportiva tista’ wkoll tiġi akkomodata f’din is-sala. Hemm ukoll sala oħra sekondarja bi spazju ta’ 560 metru kwadru li se takkomoda l-gymnastics.
L-iskola tinkorpora wkoll laboratorji ta’ xjenza, fiżika, bioloġija u kompjuter, flimkien ma’ librerija, kmamar tal-arti, klassijiet u l-faċilitajiet kollha neċessarji għall-operazzjoni ta’ skola sekondarja. Dawn huma maqsumin fuq tliet sulari, bl-ewwel sular ikopri prinċipalment l-i
sports hall
il-kbira, klassijiet u faċilitajiet anċillari; it-tieni sular ikopri s-sala sekondarja; u t-tielet u l-aħħar sular jinkludi aktar klassijiet u laboratorji neċessarji. L-iskola hija aċċessibli għal kulħadd u hija attrezzata b’
finishes
moderni.
Investiment fl-Iskema tal-Breakfast Club — investiment
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-investiment fl-iskema tal-Breakfast Club minn mindu tnediet u kemm tfal għamlu użu minn din l-iskema?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz tal-Breakfast Club beda f’April 2014, u kompla għaddej tul is-sena skolastika 2014-2015. Infurmat li n-nefqa finanzjarja tul il-perjodu kollu kienet ta’ €748,396.81. Din in-nefqa kienet tinkludi ħlasijiet lill-Breakfast Club Coordinators, ħlasijiet lill-istaff li jieħdu ħsieb it-tfal waqt il-perjodu tas-servizz tal-Breakfast u xiri tal-affarijiet għall-Breakfast Club.
Skont statistika miġbura mill-iskejjel minn April sa Ġunju 2014 attendew 700 student kuljum. Matul il-perjodu tas-Sena Skolastika 2014-2015 minn Settembru 2014 sa Ġunju 2015 attendew 1,085 student kuljum.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm żgħażagħ li użaw xi servizz f’xi forma jew oħra tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ żgħażagħ li użaw xi servizz f’xi forma jew oħra tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ hu ta’ 2,022 maqsumin kif ġej:
Neet activation scheme - 350
Alternative Learning Programme – IT summer course - 2014: 86
2015: 117
Revision Classes b’xejn tas-SEC - 2014 – 551
2015 – 777
Remedial classes b’xejn MCAST - 2014 - 42
2015 – 99
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba għal użu pubbliku jew skolastiku mill-2010 ‘l hawn? Jista’ jinkludi wkoll kotba skolastiċi, kotba fil-libreriji pubbliċi, kotba mixtrija għall-inizjattivi tal-qari u tipi oħra?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Investiment tal-Gvern f’xogħol infrastrutturali, kostruzzjoni, għamara u spejjeż simili
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-investiment tal-Gvern f’xogħol infrastrutturali, kostruzzjoni, għamara u spejjeż simili fiċ-childcares pubbliċi, fl-iskejjel primarji u sekondarji tal-istat minn Marzu 2013 ‘l hawn?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada li l-investiment tal-Gvern f'xogħol infrastrutturali, kostruzzjoni, għamara u spejjeż simili fiċ-childcares pubbliċi, l-iskejjel primarji u sekondarji tal-istat minn Marzu 2013 'l hawn kien ta' €17,265,671.
Jista’ l-Ministru jagħti dettalji tal-miżuri li ttieħdu fuq access arrangements fuq eżamijiet u x’bidliet seħħu s’issa f’dan il-qasam f’din il-leġislatura u xi pjanijiet hemm għal quddiem? Jista jagħti rendikont maqsum: tal-benchmark, ta’ tmiem is-sekondarja, dawk post-sekondarji u terzjarji?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li f’Ġunju 2013 żdiedu l-access arrangements biex l-eżami jkun aktar aċċessibbli. Dawn l-Arranġamenti Addizzjonali huma: Assistenza waqt il-qari tal-karti tal-Fehim mill-Qari tal-Malti u tal-Ingliż, u s-servizzi ta’ skriba (scribe) biex jikteb il-kliem li ma jingħarafx fil-karti tal-Kitba tal-Malti u tal-Ingliż.
Iktar tagħrif dwar dan is-suġġett mgħoddi mid-Direttorat għal Kwalita` u Standards fl-Edukazzjoni, id-Dipartiment tal-Eżamijiet, l-Università ta' Malta u l-MCAST qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fil-futur hu maħsub li jkun hemm xi direzzjonijiet ġodda dwar l-access arrangements fit-tagħlim ħolistiku tal-istudent.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-persentaġġ ta’ nisa li huma attivi fil-qasam tax-xogħol, inkluż dawk self-employed għal dawn l-aħħar ħames snin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ, il-persentaġġ ta’ nisa, inkluż dawk self-employed, li kienu jaħdmu fl-aħħar ta’ Diċembru tal-aħħar erba’ snin u fl-aħħar ta’ April 2015 (l-aktar data riċenti ta’ pubblikazzjoni ta’ statistika dwar persuni fl-impjieg), kien kif ġej:
Xhur
Persentaġġ
Diċembru 2011
38.07%
Diċembru 2012
38.92%
Diċembru 2013
39.70%
Diċembru 2014
40.19%
April 2015
40.25%
Ir-risposta nħadmet billi ttieħed it-total ta’ nisa li jaħdmu
(
Full Time u Part Time Only
)
fuq it-total ta’ nisa u rġiel li jaħdmu
(
Full Time u Part Time Only
).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il borża ta’ studju ngħatat minn Marzu 2013 ‘l hawn u taħt liema skema? Jista’ jagħti l-valur kumplessiv ta’ dawn il-boroż ta’ studju?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li taħt l-iskema Malta Arts Scholarship Scheme ingħataw 33 borża ta’ studju bejn Marzu 2013 u Settembru 2015. Il-valur kumplessiv tagħhom jammonta għal 820 elf Euro.
Taħt l-iskema
Malta Sports Scholarships Scheme
minn Marzu 2013 sa Settembru 2014 ingħataw 25 borża ta’ studju li l-valur kumplessiv tagħhom jammonta għal 240 elf Euro.
Bejn Marzu 2013 u Settembru 2014 ingħataw 89 borża ta’ studju fil-livell Postgraduate taħt l-iskema
Malta Government Scholarships Scheme – Post Graduate
għall-valur kumplessiv ta’ miljun u tmien mitt elf Euro (€1,800,000.00).
Skema oħra fil-livell Post Graduate kienet l-iskema MASTER it! Bejn Marzu 2013 u Jannar 2015 taħt din l-iskema ngħataw 651 borża ta’ studju fil-livell ta’ Master għall-valur kumplessiv ta’ kwazi ħames miljun Euro. Din l-iskema kienet iffinanzjata 80% minn fondi tal-Unjoni Ewropea u 20% minn fondi lokali.
Taħt l-iskema STAR – S
cholarships to Achieve Results in ICT and Finanacial Services,
f’Marzu 2013 ingħataw 30 borża ta’ studju fil-livell
undergraduate
għall-valur kumplessiv ta’ erba’ mija u tletin elf Euro (€430,000.00).
Skema oħra ta’ sapport għal studenti li jkunu qed isegwu korsijiet ma’ Universitajiet barranin fil-livell
undergraduate
kienet l-iskema
Malta Government Scholarships Scheme – Undergraduate (MGSS – UG)
li illum tissejjaħ
Malta Government Undergraduate
Scheme
.
238 studenti żgħażagħ qed jibbenefikaw minn din l-iskema għall-valur kumplessiv ta’ aktar minn nofs miljun Euro.
Dan ifisser li b'kollox ġew investiti qrib id-disa' miljun ewro biex aktar żgħażagh u adulti jibqgħu jistudjaw fil-livell terzjarju tal-edukazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-investiment annwali fl-MCAST mill-Gvern f’dawn l-aħħar ħames snin? Jista’ jinkludi wkoll l-ispiża rikorrenti u t-tipi differenti ta’ investimenti li saru?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-investiment annwali, kif ukoll l-ispiża rikorrenti u t-tipi differenti ta' investimenti li saru fl-MCAST mill-Gvern fl-aħħar ħames snin, hu kif se nsemmi:
Dettal
2010
2011
2012
2013
2014
Fondi rikorrenti mill-Gvern
14,524,991
14,899,981
15,370,000
18,199,999
€ 19,799,989
Fondi kapitali mill-Gvern
1,000,000
500,000
850,299
699,999
€ 499,999
Fondi kapitali mill-Gvern - Masterplan
83,163
98,598
-
-
€ 0
Fondi għall-bini tal-kampus ġdid - Masterplan
-
128,253
1,957,650
1,986,873
€ 0
Fondi mill-Ewropa
2,536,100
3,385,981
1,733,154
3,996,601
€ 3,412,504
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-investiment annwali fl-Università ta’ Malta f’dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub fil-mistoqsija jkun jista’ jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif tingħatali din l-informazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-investiment fl-iskema taċ-childcare u kemm familji gawdew minnha minn mindu bdiet u kemm operaturi qed jieħdu sehem fiha?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-iskema taċ-Childcare bla ħlas daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ April 2014. Bejn din id-data u l-aħħar ta’ Awwissu 2015 ibbenefikaw 5,503 tifel u tifla u fl-istess perjodu n-nefqa fuq l-iskema kienet ta’ €12.7 miljun (April 2014 – Diċembru 2014: €5.2 Miljun; Jannar 2015 – Awwissu 2015: €7.5 Miljun). In-numru ta’ Ċentri reġistrati fl-iskema s’issa (Settembru 2015) huwa ta’ 90.
Informazzjoni ta’ kemm ibbenefikaw familji mhux possibbli tingħata f’dan l-istadju, peress li l-proċess li qed jitħaddem huwa wieħed manwali, u kull applikazzjoni tiġi kkunsidrata b’mod individwali. Mill-1 ta’ Jannar 2016 id-Dipartiment se jimplimenta sistema diġitali li waħda mill-funzjonijiet tagħha tkun li tista’ tinġabar din it-tip ta’ informazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid x’użu għad għandhom il-Bereġ li hawn madwar Malta u Għawdex u kemm hawn bereġ fil-pajjiż?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li madwar Malta u Għawdex insibu 55 berġa. Minn kull berga jinghata servizz ta’ tabib tal-familja u nfermiera.
Jinghata ukoll is-servizz ta’ Speech Language Pathologist mil-bereg ta: Attard, B’Bugia, Dingli, Għargħur, Ħamrun, Kirkop, Mellieħa, Mġarr, Mtarfa, Naxxar, Qrendi, Safi, St. Paul’s Bay, Sta Venera, Tarxien, Żebbuġ, Żejtun u Żurrieq.
Bl-inizjattiva ta’ devoluzzjoni tal-bereġ lill-Kunsilli Lokali, il-gvern se jkun qiegħed isaħħaħ dawn il-bereġ u jintroduċi aktar servizzi fosthom il-lifestyle clinics.
S’issa diġa ġew devoluti lill-kunsilli lokali il-bereġ tal-Għarb u Kerċem ġewwa Għawdex u l-Kalkara, is-Siġgiewiei, Ħal Tarxien, iż-Żurrieq, l-Imsida u Ħal Għaxaq f’Malta. Il-proċess jinstab miexi ġmielu wkoll biex jiġu devoluti l-bereġ ta’, Ta’ Xbiex, Tas-Sliema u Santa Luċija.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-ħsieb wara l-ftuħ tal-lifestyle clinics?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Lifestyle Clinics huma kunċett ġdid fejn il-klijent jersaq lejn is-Servizz tas-Saħħa anke mingħajr ma jkollu l-ebda b¿onn mediku u jersaq biex jieħu pariri dwar dieta bilanċjata, eżerċizzju fiżiku u kura ta’ saħħitna li huma bażi importanti li j¿ommuna bogħod minn ċertu kundizzjonijiet.
Il-Lifestyle clinics qed joperaw minn numru ta’ Bereġ li huma dawk fiż-Żurrieq, San Ġwann, Ħal Tarxien, il-Kalkara, l-Imsida, Gżira u l-Gudja.
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir differenti mill-amministrazzjoni preċedent sabiex il-lista ta’ medicini out of stock qed tibqa baxxa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li lejn nofs is-sena 2014 is-sistema tal-POYC bdiet tibbenefika minn introduzzjoni ta’ mekkanizmu ta’ xiri ta’ medicini ahjar fi hdan is-CPSU. Giet introdotta s-sistema ta’ Just in Time – delivery of just received items. Permezz ta’ din is-sistema, l-ispizeriji ma baqghux jistennew gimgha shiha minn ordni ghall-ohra, izda jekk meta saret l-ordni fil-gurnata stippulata kien hemm xi medicini bi stock baxx u dan waslu ezatt wara, dawn jitqassmu immedjatament u mhux wara gimgha shiha.
Inbidel ukoll il-process li bih jigi ordnati u mixtrija l-medicini. Is-CPSU identifikat lill-POYC u l-Isptar Mater Dei bhala klijenti ewlenin taghha, flimkien ma’ entitajiet ohra. Dawn gew mitluba jaghmlu l-previzjoni tal-konsum annwali taghhom u li dawn jigu riveduti kull erba’ xhur. B’hekk is-CPSU beda jixtri dak li ghandu bzonn il-klijent bl-ammonti li ghandu bzonnhom.
Giet introdotta wkoll sistema online fejn il-POYC, l-MDH u entitajiet ohra jirregistraw kuljum dawk il-medicini li l-istock taghhom jinzel ghal taht it-30 jum.
Wahda mill-affarijiet li ghamilna kienet wkoll li naqasna drastikament il-proceduri burokratici li kienu qeghdin itellfulna hafna hin. Fost ohrajn giet mahlua Urgent Procurment Unit, li tiehu hsieb ordnijiet urgent minghajr ma jigi mfixkel l-andament normal ital-procedura.