Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #18477 Sitting 334 2015-11-30 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu – miżuri biex jiżdied it-turiżmu matul ix-xitwa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inizjattivi qed jieħdu l-Ministeru u l-entitajiet li tagħhom huwa responsabbli, sabiex jiżdied it-turiżmu lejn Malta u Għawdex fix-xhur tax-xitwa?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu illum qegħda tiffoka l-ħidma tagħha sabiex tkompli tkabbar it-Turiżmu ljen Malta u Għawdex fix-xhur inqas popolari bħalma huma dawk tax-xitwa, fejn l-luknadi u l-linji tal-ajru għandhom kemm il-bżonn kif ukoll potenzjal li jilqgħu iktar turisti. Fost l-inizjattivi li l-MTA qegħda tieħu nista’ nsemmi: 1. Saret reviżjoni tad-distibuzzjoni tal-baġits ta’ l-Awtorità fejn qegħdin tirrazzjonalizaw kif jintefqu l-flud f’promozzjoni ta’ perjodi stabbiliti bħalma huma ċerti xhur tas-sajf kif ukoll Festi Internazzjonali bħalma huma l-Milied u l-Għid il-Kbir. 2. Min-naħa l-oħra l- baġits ta’ promozzjoni għax-xhur l-ohra tas-sena żdidedu u qegħdin tikkonċentraw u niżvillpuaw u nkabbru l-promozzjoni ta’ niċeċ eżistenti kif ukoll oħrajn ġodda. Dan jikkumplimenta l-inizjattivi tal-lukandi, linji tal-ajru u l-operaturi kollha fis-settur li joffru rati vantaġġjużi fix-xhur tax-xitwa bl-iskop li jattiraw iktar viżitaturi lejn pajjiżna. 3. Fost in- niċeċ li żidna jew bdejn l-ħidma fihom insemmi turiżmu reliġjuż, btajjel qosra u weekend breaks, b’enfasi fuq il-Belt Valletta, t-tagħlim tal-Ingliż għall-adulti u professjonisti, Screen Tourism. Winter Training Camps, it-twaqqif ta’ Conventions Malta, Festivals Mużiklai diversi, turiżmu sportive attiv, gruppi kulturali, turiżmu għall-attivitajiet specifiċi bħalma huma l-festival ta’ l-Opera f’Għawdex, il-Festival Barokk, il-Festival tal-Korijiet, il-Festival ta’ l-Arti, il-Karnival tradizzjonali kif ukoll dak tas-sajf, il-Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar kif ukoll il-kalendarju kulturali tal-lokalitajiet madwar il-Gżejjer Maltin, Turiżmu Gastronomiku u AgroTuriżmu. Fuq kollox l-impenn ta’ l- Awtorità Maltija tat-Turiżmu huwa li flimkien ma’ entitajiet oħra kif ukoll inizjattivi privati, tibni kalendarju ta’ attivitajiet varji li permezz tagħhom kull xahar, partikolarment fix-xitwa, ikollna attivitajiet attrajenti li jolqtu l-gosti ta’ ħafna. Għaldaqstant qegħdin naraw li jkollna prodott li jinkludi attivitajiet kulturali, sportive, divertimenti u kulinarji mqassma tul il-perjodu.
Leg 12 PQ #18478 Sitting 334 2015-11-30 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Turiżmu — Tkabbir ta’ swieq ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar liema huma s-swieq li qiegħed jara li jista’ jkollna tkabbir fihom fis-snin li ġejjin?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għaddejja bi sforzi kontinwi sabiex tevalwa l-prospetti ta’ swieq ezistenti u tiddentifika swieq ġodda sabiex il-proċess ta’ diversifikazzjoni tas-swieq li jiġġeneraw it-turiżmu lejn pajjiżna tkompli għaddejja b’ritmu. Għas-snin li ġejjin l-Awtorità tipprevedi volumi pjuttost statiċi mis-swieq stabbiliti, tkabbir medju mis-swieq sekondarji bhal dawk Nordici, Iberici u miċ-Ċentru u l-Lvant tal-Ewropa. Jeżistu wkoll prospetti tajbin għall-volumi akbar ta’ turisti minn swieq aktar imbegħda bhal dawk Ażjatici, tal-Golf u mill-Amerika ta’ Fuq u ta’ Isfel.
Leg 12 PQ #18479 Sitting 334 2015-11-30 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Industrija tat-turiżmu – żvilupp ta’ niċeċ fil-qasam turistiku

Question

Jista’ l-Ministru jindika niċeċ li l-Ministeru u l-entitajiet li tagħhom huwa responsabbli, qegħdin jaħdmu fuqhom sabiex tibda ħidma u/jew tikber il-ħidma sabiex dawn in-niċeċ jiżviluppaw għall-vantaġġ tal-industrija tat-turiżmu ġewwa pajjiżna?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Industrija tat-Turiżmu hija waħda li qegħda tinbidel u tevolvi il-hin kollu u l-offerta tad-destinazzjonijiet trid tagħraf ix-xejriet dejjem jinbidlu fid-domanda tan-nies li jħobbu jivvjaġġaw. Illum il-ġurnata, aktar u aktar turisti qegħdin ifittxu destinazzjonijiet li jagħtuhom esperjenzi awtentiċi u uniċi jew li jippermettulhom jipparteċipaw b’mod dirett u kreattiv f’avvenimenti kulturali, sportivi, festivi, gastronomiċi u rurali fost oħrajn. Il-Ministeru għat-Turiżmu permezz tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu il-hin kollu jistħarrġu dawn l-iżviluppi u jgħinu sabiex jistimolaw prodotti, niċeċ u esperjenzi ġodda billi jużaw il-mezzi għad-dispożizzjoni tagħhom fl-oqsma ta’ żvilupp ta’ prodott kif ukoll ta’ marketing. Fost in- niċeċ ġodda li qegħdin jiġu sfruttati bħalissa wieħed jista’ jelenka it-turiżmu urban, turiżmu kulturali, avvenimenti mużikali għall-etajiet diversi, zwieġijiet u honeymoons, konvenzjonijiet internazzjonali, turi¿mu sportiv, turiżmu gastronomiku, eko u agri turiżmu kif ukoll turiżmu marittimu. Dawn huma kollha oqsma fejn nemmnu li għandna vantaġġ kompetittiv li għandu jgħinna sabiex inkomplu nwessgħu l-attrazzjonijiet turistiċi ta’ pajjiżna.
Leg 12 PQ #18480 Sitting 334 2015-11-30 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Nefqa mit-turisti f’Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tat-turisti f’pajjiżna matul is-sena 2014 u sa nofs is-sena 2015? Jista’ jgħid kemm kienet id-differenza perċentwali ta’ dan l-infiq turistiku meta mqabbel mas-snin 2012 u 2013?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, skont iċ-ċifri maħruġa mill-Uffiċċju ta’ l-Istatistika l-infieq turistiku rreġistrat fl-2014 kien ta’ €1,528,765,000. Dan ifisser tkabbir ta’ 6.1% fuq is-sena 2013. Dan ifisser ukoll li tul l-ewwel sentejn ta’ din il-leġislatura l-infieq turistiku kiber bi 15.3%. L-infieq turistiku matul l-ewwel 6 xhur ta’ din is-sena kien ta’ €625,617, jiġifieri żieda ta’ 6% meta kkomparat ma l-istess xhur tas-sena 2014. Din iż-żieda fl-infieq turistiku fl-ewwel nofs ta’ din is-sena issarraf f’€35 miljun aktar fi dħul dirett fl-ekonomija Maltija. B’hekk irriżulta li l-infieq turistiku ras għal ras żied b’0.5% meta mqabbel ma l-ewwel sitt xhur tas-sena 2014. It-turisti li qed iżuru Malta qed jonfqu aktar. Dawn ir-riżultati pożittivi miksuba biż-żieda qawwija fl-infieq turistiku ifisser li l-politika tal-Gvern li jattira turiżmu ta’ kwalita' qed tagħti l-frott, hekk kif iż-żieda fl-infieq turistiku qed jiżboq sew iż-żieda fin–numru ta’ wasliet. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, statistika aktar dettaljata in konnessjoni ma’ din id-domanda.
Leg 12 PQ #18469 Sitting 333 2015-11-25 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Malta Film Commission – investigazzjonijiet dwar prattiċi ta’ kontabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux xi investigazzjonijiet dwar prattiċi ta’ kontabilità tal-Malta Film Commission, hekk kif jitlob is-settur pubbliku?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-mod kif kienet titmexxa l-Malta Film Commission taħt l-amministrazzjoni preċedenti qanqal ħafna dubji. Jidher biċ-ċar li fil-passat il-Kummissjoni ma’ tmexxietx b’serjetà u skond il-proċeduri stabbiliti ta’ kif għandhom jitmexxew entitajiet tal-Gvern. Fost dawn in-nuqqasijiet insibu persuni li ġew ingaġġati direttament mill-Kummissarju tal-Films preċedenti mingħajr ma ġew osservati l-prattiċi stabilliti mis-settur pubbliku, fosthom l-approvazzjoni mill-PAHRO u mingħajr ma saret sejħa pubblika mill-ETC, liema persuni qatt ma kienu reġistrati skond il-liġi mal-ETC minkejja li tpoġġew fuq il-payroll tal-Kummissjoni. Dwar dan infetħet ukoll investigazzjoni mill-Uffiċju ta’ l-Ombudsman. Il-Film Fund ukoll ma kienx qed jitmexxa b’diliġenza u kontabilità taħt l-amministrazzjoni preċedenti. Kien hemm numru ta’ proġetti, fejn persuni jew kumpaniji li tħallsu eluf ta’ ewro m’osservawx il-kuntratt tagħhom u wħud minn dawn il-proġetti lanqas biss twettqu. Fuq dawn il-kazijiet fil-fatt inbdew proċeduri legali kontra żewġ kumpanij, waħda minnhom ħadet €15,000 għal dokumentarju li qatt ma sar, filwaqt li l-kumpanija l-oħra ppreżentat il-proġett tard minkejja li ngħatat diversi estenzjonijiet. Minn għand erba’(4) kumpaniiji jew persuni nġabru l-flus lura peress ma onorawx il-kuntratt, kontra liema ma ttieħdux proċeduri leagli. Fl-isfond ta’ dawn il-fatti, il-Kummissjoni attwali trid tassigura li l-Film Fund jitmexxa b’serjetà u qed jittieħdu passi legali kontra dawk li abbużaw. Għall-ewwel darba, l-Kummissjoni attwali introduċiet ukoll sistema ta’ awditjar fuq kull proġett li jikkwalifika għall-Film Fund, sabiex ikun żgurat li l-fondi pubbliċi jintużaw kif xieraq.
Leg 12 PQ #18470 Sitting 333 2015-11-25 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Malta Films Commission — films

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm irnexxielha tattira films lejn pajjiżna din is-sena, il-Malta Film Commission? Kemm hu mistenni jkun l-ammont ta' flus iġġenerat minn dawn il-films f'Malta u Għawdex?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din is-sena se tkun waħda rekord għall-industrija tal-films. Sentejn ilu sibna industrija li kienet qed tiggenera biss 5 miljuni. Dan il-Gvern irnexxilu jattira produzzjoni wara l-oħra biex is-sena 2015 hija waħda rekord f’disgħin sena ta’ storja mindu bdew jinġibdu l-films f’Malta. Din is-sena, inġibdu f'Malta aktar minn għaxar produzzjonijiet internazzjonali u nħadmu wkoll numru konsiderevoli ta' films lokali. B'kollox, l-industrija tal-films se tiġġenera aktar minn mitt miljun ewro direttament fl-ekonomija Maltija. Din il-figura titla' ħafna aktar meta wiehed jikkunsidra l- multiplier effect kbir li din l-industrija għandha fuq ħafna setturi oħra tal-ekonomija.
Leg 12 PQ #18471 Sitting 333 2015-11-25 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Malta Film Commission – ingaġġ tal-persuna

Question

Jista’ l-Ministru jispjega kif l-Assistenta Personali tal-Prim Ministru preċedenti li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, qed taħdem fil-Malta Film Commission u jagħti dettalji, jekk huwa il-każ, dwar l-ingaġġ tagħha?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament fl-2006 kienet appuntata ‘Press Secretary’ fl-Ufficju tal-Prim Ministru, u fil-legislatura ta’ l-2008 kienet ingħatat l-posizzjoni ta’ segretarja personali ta’ Lawrence Gonzi. Din l-istess persuna, ftit ġranet qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2013, ingħatat kuntratt ta’ tlett snin bhala ko-ordinatrici tal-Film Commission. Ta’ min wieħed jirrimarka li l-persuna in kwistjoni kienet ingaġġata bhala Manager mal-Malta Enterprise. Iżda fis-6 ta’ DIċembru, 2012, tlett xhur qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali, saret talba mill-MFC biex il-persuna tmur on secondment mill-Malta Enterprise għall-MFC. Dan is-secondment ġie milqugħ u approvas fil-11 ta’ Diċembru, 2012, iżda l-persuna kellha tirraporta għax-xogħol mal-MFC fil-11 ta’ Marzu, 2013. Dan minkejja li l-kuntratt mal-MFC kien datat u effettiv sa mit-18 ta’ Frar, 2013. Dan il-proċess kollu sar fi żmien meta l-persuna kienet diġa mibgħuta mill-Malta Enterprise biex taqdi dmirijietha fis-Segretarjat tal-Prim Ministru preċedenti. Dan il-proċess kollu sar fi żmien meta l-persuna kienet diġa mibgħuta mill-Malta Enterprise biex taqdi dmirijietha fis-Segretarjat tal-Prim Ministru preċedenti.
Leg 12 PQ #18472 Sitting 333 2015-11-25 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Malta Air Traffic Services Ltd –bini ta’ stazzjonijiet tar-radar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex kien hemm il-ħtieġa li jinbnew żewġ stazzjonijiet tar-radar tal-kumpanija Malta Air Traffic Services Ltd u kemm kien l-investiment totali fuqhom?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-investiment totali fuq iż-żewġ stazzjonijiet tar-radar f’Ħal Far u l-Fawwara laħaq is-somma ta’ €4.99 miljuni, li jinkludu spiża ta’ €218,000 fuq xogħol addizzjonali li ntalab mill-MATS Ltd. Iż-żewġ stazzjonijiet għandhom rwoli differenti imma komplimentari, wieħed jaqdi l-ħtiġijiet tal- Approach Operations jiġifieri sorveljanza tat-traffiku tal-ajru li jkun se juża l-ajruport ta’ Malta jew dak li jkun telaq minn Malta. L-ieħor jaqdi l-ħtiġijiet en route jiġifieri traffiku li jgħaddi mill-ispazju tal-ajru ta’ Malta mingħajr ma juża l-ajruport ta’ Malta. Dan tal-aħħar jista’ jintuża wkoll għall-ħtiġijiet tal- Approach Operations . Permezz ta’ dawn iż-żewġ radars, il-MATS issa għandha sistema doppja ta’ sorveljanza għall-ajruplani civili, u dan skond rakkomandazzjonijiet u standards internazzjonali.
Leg 12 PQ #18473 Sitting 333 2015-11-25 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Malta Air Traffic Services Ltd – proġetti kapitali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’infiq sar fuq proġetti kapitali li għamlet il-kumpanija Malta Air Traffic Services Ltd f’dawn l-aħħar sentejn, fiex kienu jikkonsistu dawn il-proġetti u min iffinanzjahom?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’dawn l-aħħar sentejn, il-Malta Air Traffic Services (MATS) bdiet u lestiet proġetti kapitali li jinkludu: Żewġ stazzjonijiet tar-radar; Estensjoni tat-Technical Workshops; Distance Measuring Equipment, Runway 13; Voice Communication and Switching System. Il-MATS għadha għaddejja b’ħidma fuq proġetti kapitali ta’ Ground Surveillance System (cameras) u Air Traffic Management System Upgrade. L-ispi¿a totali għal dawn il-proġetti laħqet iċ-ċifra ta’ €15,260,000. Il-proġetti huma kollha ffinanzjati mill-MATS, mingħajr ebda allokazzjoni mill-Ministeru tal-Finanzi.
Leg 12 PQ #18474 Sitting 333 2015-11-25 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Malta Air Traffic Services Ltd – effett tas-sitwazzjoni fil-Mediterran

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif qiegħda tkun milquta l-kumpanija Malta Air Traffic Services Ltd fl-operat tagħha, fid-dawl tal-problemi politiċi u oħrajn ta’ natura diversa li hawn bħalissa fil-Mediterran?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-Malta Air Traffic Services (MATS) issa ilha minn Frar tal-2011 b’xi mod jew ieħor milquta minn problemi politiċi fil-Mediterran. L-iktar li tolqot l-operat tal-MATS hi bla dubju s-sitwazzjoni fil-Libja. Dan għaliex kull meta l-ispazju tal-ajru Libjan jingħalaq mill-awtoritajiet Libjani jew inkella jkun iddikjarat mhux sikur biżżejjed minn entitajiet internazzjonali, t-traffiku tal-ajru li jkun ġej mill-Afrika lejn l-Ewropa, jew vice versa, jevita li jgħaddi minn fuq il-Libja u b’konsegwenza diretta t’hekk ma jtirx mill-ispazju tal-ajru Malti. Dan ifisser telf ta’ flus għall-Kumpanija li tmexxi l-operat tagħha permezz ta’ dħul finanzjarju li hu ġġenerat mit-traffiku tal-ajru. F’dawn l-aħħar snin, il-MATS ħadmet ħafna biex l-impatt tal-instabilita’ fil-Libja u xi pajjiżi oħra madwarna ma jkunx daqshekk kbir fuqha. Il-Kumpanija, bi sforzi kbar anki flimkien ma’ pajjiżi ġirien, u b’kontroll strett fuq l-infieq matul dawn l-aħħar erba’ snin, baqgħet miexja fi triqitha u rnexxiela żżomm fuq saqajha.
Leg 12 PQ #18463 Sitting 332 2015-11-25 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għat-Turiżmu

ITS – ingaġġ ta’ impjegti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif l-istaff tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi kien jiġi reklutat fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti? Kif inbidlet is-sitwazzjoni minn Marzu 2013 ‘il hawn?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant r-reklutaġġ fi żmien amministrazzjonijiet preċedenti ġewwa l-Istitut għall-Istudji Turistici (ITS) kien ħafna drabi jsir mingħajr l-ebda Sejħa għall-Applikazzjoni. Dan il-proċess kien isir billi l-impjegati kienu jingħataw kuntratt definit mal-White Rocks Holiday Complex fejn ħafna minn dawn l-impjegati kienu jiġu assenjati biex jaħdmu fl-ITS. Sussegwentement, fis-27 ta’ Settembru, 2011, dawn l-impjegati kienu ngħataw l-appointment fis-Servizz Pubbliku mingħajr ma ħarget Sejħa għall-Applikazzjoni u mingħajr ma sar l-ebda proċess ta’ għazla. Dan minkejja li paragrafu: 1.1.6 tal-Public Service Management Code (PSMC) jistipula’ li l-Kap tad-Dipartiment għandu/għandha toħrog Sejħa għall-Applikazzjoni taħt l-Awtorita’ tiegħu/ taghħa. Is-sitwazzjoni llum il-ġurnata nbidlet billi r-reklutaġġ ġewwa l-ITS qiegħed isir permezz ta’ Sejħa għall-Applikazzjoni biex tingħata opportunità lil dawk kollha nteressati. Wara li tagħlaq l-applikazzjoni, jsiru l-interviews minn bordijiet mwaqqfa apposta biex il-ħiliet tal-applikanti nteressati u li jkunu eliġibbli biex japplikaw jiġu evalwati b’mod serju.
Leg 12 PQ #18464 Sitting 332 2015-11-25 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għat-Turiżmu

MCC – kuntratt tal-catering

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt tal-catering attwali tas-Sala tal-Mediterran għall-Konferenzi (MCC) li kien iffirmat qabel l-elezzjoni tal-2013 u l-kuntratt preċedenti? Jista’ jgħid x’ħidma saret f’dawn l-aħħar sentejn sabiex jindirizza t-telf li kkawżaw tali kuntratti?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kuntratt ta’ catering attwali tas-Sala tal-Mediterran għall-Konferenzi (MCC) li kien iffirmat mic-Chairman Dr. Peter Fenech qabel l-elezzjoni tal-2013 u dak preċedenti qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. F’xenarju fejn is-settur tal-konferenzi qiegħed kull ma jmur jikber, il-Bord u t-tim ta’ ġestjoni ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi ħadem qatigħ sabiex jaħtfu l-opportunità ta’ influss kif ukoll jkkontrollaw l-ispejjeż sabiex l-entità tkun sostenibbli. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-telf irreġistrat minn dan il-kuntratt ta’ catering qed isir permezz tad-diversifikazzjoni f’niċeċ u swieq ġodda, u billi niffokaw iżjed fuq promozzjoni sabiex niġbdu aktar negozju lejn l-entità. Tajjeb ukoll insemmu, illi l-prestazzjoni finanzjarja tal-entità nbidlet minn waħda ta’ telf ta’ €95,000 fl-2013, għal waħda ta’ prattikament breakeven fis-sena 2014. Din is-sena huwa stmat li ser inkunu rreġistrajna riżultat pożittiv ta’ profit ta’ madwar €125,000. Dan jawgura iktar stabbilità w indipendenza mill-finanzjamnet tal-Gvern.
Leg 12 PQ #18465 Sitting 332 2015-11-25 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għat-Turiżmu

MCC — investiment

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’investiment qed isir għas-Sala tal-Mediterran għall-Konferenzi (MCC)?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Għas-sena kurrenti u t-tlett snin li gejjin, il-Gvern ser jahdem fuq diversi progetti bil-għan li jippreserva l-edifiċju, itejjeb is-servizz u jigi ġġenerat dħul ġdid għal-Dar il-Mediterran għall-Konferenzi. Sar ħafna xogħol preparatorju għal proġett ewlieni li nixtiequ nwettqu. Fil-preżent, l-ewwel fażi tal-proġett qed jiġi ffinalizzat permezz tal-Fondi ERDF 2008-2013. Dan jinkludi r-restawr tal-attiku tas-Sacra Infermeria li għandu ‘l fuq minn 400 sena. Permezz ta’ din il-parti tal-proġett, saru xogħlijiet ta' waterproofing u xogħlijiet strutturali biex tiġi evitata ħsara ulterjuri. Applikajna għal fondi ERDF 2014-2020 għal proġett illi ser ikun qed jiswa €5 miljun u li ser jinkludi l-ftuħ ta’ spazji varji li sal-lum m’humhiex aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali u mhux qed jiġu utilizzati. Dawn jinkludu: · Is-saqaf tas-Sacra Infermeria illi joffri veduti mill-isbaħ tal-Port il-Kbir; · Kamra oħra kbira u meraviljuza illi bħalissa hi użata biss biex iżomm tank kbir tal-ilma; · Is-sala msejħa ‘Slaves Hall’ li bħalissa qed tintuża bħala maħżen u mhux aċċessibbli għall-pubbliku; · L-iskola antika tal- catering ; · Il-Polverista u s-sotterjan li jwassal għaliha; · U żoni oħrajn żgħar li jistgħu jiġu utilizzati għall-benefiċċju taċ-ċentru. Permezz ta' dan il-proġett, għandna wkoll pjanijiet sabiex Dar il-Mediterran għall-Konferenzi jiġi espost u jitgawda mill-pubbliku permezz ta’ teknoloġija ġdida magħrufa bħala Augmented Reality and Holographic Technology, fejn il-pubbliku ser ikun jista’ jara kif kien il-bini aktar minn 400 sena ilu. Dan il-proġett ambizzjuż se jkun l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu fl-Ewropa. Permezz tal-GPS fuq l-ismart phones jew tablets li jistgħu jinkrew mall-wasla tagħhom, se nkunu qed nagħtu wkoll l-opportunita’ lit-turisti jitgħallmu iktar fuq il-Port il-Kbir. Se nagħmlu wkoll użu minn teknoloġija msejħa ‘time windows’ illi ser tkun qed tieħu l-viżitaturi lura fiż-żmien u jaraw il-ġrajjiet li seħħew matul it-Tieni Gwerra Dinjija u l-Assedju, fil-Port il-Kbir. Ser nirrestawraw ukoll mill-ġdid il-Kappella Perellos li ġarrbet ħsarat minn barra għal ġewwa wara li ġiet restawrata fis-sena 2005, minn ġewwa biss, mingħajr ebda intervent fuq barra. Permezz ta’ fondi nazzjonali, tul it-tlett snin li ġejjin, ser naħdmu wkoll fuq proġetti ta’ immodernizzar ta’ faċilitajiet bhal: · Tibdil fis-sistema tal-arja kkundizzjonata ma’ waħda iktar moderna u effiċjenti; · Proġett ambizzjuż sabiex is-swali jkunu soundproof ; · Flimkien ma’ Transport Malta, qed inħarsu lejn il-possibilita’ li noffru servizz ta’ shuttle bus illi ser tkun qed twassal viżitaturi minn spazji ta' parkeġġ madwar il-Belt Valletta sal-MCC, sabiex niffaċilitaw l-aċċess għal dan il-bini storiku; · Titjib fil-faċilitajiet kollha fejn isiru konferenzi; · Żvilupp ta’ tlett studios taż-żfin illi ser ikunu qed jospitaw lil Żfin Malta kif ukoll jiġu mikrijin lill-kumpaniji oħra lokali taż-żfin.
Leg 12 PQ #18466 Sitting 332 2015-11-25 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għat-Turiżmu

MCC – użu ta’ fondi Ewropej fuq proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif, fejn u kemm intużaw fondi Ewropej f’dawn l-aħħar sentejn għas-Sala tal-Mediterran għall-Konferenzi (MCC)? Jista’ jagħti informazzjoni dwar il-proġetti li għalihom se jintużaw dawn il-fondi?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul is-sena 2015 ser inkunu qed nużaw €950,000 mill-Fondi ERDF għar-restawr tal-attiku tal-kavallieri tas-Sacra Infermeria, għat-tkomplija tax-xogħlijiet tat-taraġ intern li twassal għall-istess attiku u x-xogħol fuq il-faċċata sabiex nipprevjenu milli jkompli jidħol l-ilma u jikkawża aktar ħsara. Is-sitwazzjoni fuq din il-parti storika tal-bini kien fil-bżonn urġenti ta' restawr illi jekk ma kienx ser isir, konna ser nissograw li nitilfu din il-parti tal-istorja arkitettonika tagħna billi l-ħsara kienet waħda estensiva. Qed ukoll nibbenefikaw minn dawl apposta b’valur ta’ €105,000 fis-Sacra Infermeria sabiex din is-sala titgawda bis-sħiħ mill-pubbliku hekk kif tkun restawrata b'mod sħiħ u għal darb'oħra miftuħa għall-pubbliku.
Leg 12 PQ #18467 Sitting 332 2015-11-25 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Industrija tal-Films

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar x’inhi l-politika ta’ dan il-Gvern fir-rigward tal-industrija tal-films f’Malta u Għawdex?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dan il-Gvern dejjem kellu viżjoni ċara u strateġija konkreta għall-industrija tal-films. Għarafna l-potenzjal ta' din l-industrija, kemm mill-aspett ekonomiku u anke mill-aspett artistiku. F'dawn l-aħħar sentejn, din l-industrija saret waħda mill-aqwa niċeċ ekonomici fl-ekonomija Maltija, li kibret b'rata mgħaġġla ħafna. Matul l-aħħar sentejn l-industrija tal-Films f'Malta ħadet dimensjoni ġdida u saret kontributur importanti għall-ekonomija ta' Malta. Dan il-Gvern irnexxielu jagħti spinta qawwija lil din l-industrija fejn ir-riżultati qed jinħassu, hekk kif matul l-2015 din l-industrija ser tkun ikkontribwiet mal-100 miljun ewro b’mod dirett fl-ekonomija ta’ pajjiżna. Biex ikompli jsaħħaħ dan is-settur, il-Gvern ħareg b'inizjattiva ġdida, dik li jfassal l-ewwel politika nazzjonali għall-industrija tal-films. Saret konsultazzjoni wiesgħa ma' dawk kollha li jaħdmu fl-industrija u mal-poplu inġenerali. Sa l-aħħar ta' din is-sena, il-Gvern ser ikun qed jippublika d-dokument finali li jagħti direzzjoni lill-industrija għas-snin li ġejjin. Il-viżjoni u l-istrateġija jeħtieġu li jiġu implimentati biex jiżguraw li Malta tibqa' kompetittiva’ u tibni fuq is-suċċessi nkoraġġanti li din l-industrija kisbet s'issa. Ħdimna fuq kampanja estensiva ta’ marketing madwar id-dinja u qed nesploraw ukoll swieq ġodda fosthom dak Ċiniz illi huwa meqjus bhala l-aktar suq li għandu potenzjal. Din l-industrija qed taqdi wkoll rwol importanti f’dak li hu reklamar ta’ pajjiżna bħala destinazzjoni turistika. Fost oħrajn, tattira nies li jkunu jridu jżuru lokalitajiet fejn inġibdu xeni tal-films, dak li jissejjaħ screen tourism. Qegħdin inħarsu lejn dan is-settur b’mod ħolistiku, biex b’hekk insaħħu ukoll il-kwalita’ tat-Turiżmu. Fil-preżent, produzzjonijiet li jissodisfaw kriterji kulturali, jistgħu jibbenefikaw minn tax rebate sa 25% tan-nefqa eligibbli b’addizzjoni ta’ 2% jekk il-produzzjoni tikkaratterizza lil Malta. Sabiex nattiraw iktar films lejn pajjiżna, il-Gvern ser ikun qed ikabbar dan il-fond li minnu, produzzjonijiet ta’ fama nternazzjonali jinvestu fil-pajjiż tagħna bħal ma ġara b’mod speċjali f’dawn l-aħħar sentejn. Fl-istess waqt li qed jirnexxilna nattiraw ħafna produzzjonijiet internazzjonali lejn Malta, qegħdin ukoll ninvestu ħafna fit-talent lokali. Fuq perjodu ta’ sentejn bejn l-2014 u l-2015, il-Film Commission se tkun investiet madwar miljun ewro f'taħrig għall-ħaddiema u artisti Maltin. Il-Malta Film Fund qed jitmexxa bi strateġija ġdida, sabiex nagħtu aktar għajnuna lil dawk il-proġetti li jikkwalifikaw. Inħolqu wkoll kategoriji ġodda sabiex ninkoraġġixxu talent ġdid, sabiex iktar nies ikollhom l-opportunita’ jaħdmu f’din l-industrija. L-għan prinċipali tal-Gvern hu li tiżviluppa wkoll l-industrija lokali tal-films sabiex ikollna work force li tkun lesta li tilqa’ numru ta’ produzzjonijiet barranin. Fuq din il-linja, permezz ta’ kontribut finanzjarju, tnieda wkoll l-ewwel programm postgraduate bl-isem ta’ Master of Arts in Film Studies li qed jiġi offrut mill-Fakultà tal-Arti tal-Università ta’ Malta. Dan il-programm ser jiffoka esklussivament fuq l-arti u l-industrija ċinematografika. Il-Gvern diġa ħabbar Expression of Interest għal dawk il-kumpaniji nteressati li jinvestu fil-Film Studios tal-Kalkara. Kif jitlesta dan il-proċess, fix-xhur li ġejjin toħroġ Request For Proposal (RFP) sabiex dan il-post jinbidel f'hub tal-films fil-Mediterran b'faċilitajiet ta' livell għoli ħafna. Il-Gvern qed jippjana nvestiment kbir f'dawn l-istudios, fosthom il-bini tal-ewwel sound stages f'Malta, li se jkomplu jiżviluppaw u jkabbru din l-industrija f'Malta.
Leg 12 PQ #18468 Sitting 332 2015-11-25 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Malta Film Commission – korsijiet ta’ taħriġ imħallsa mill- — Fond Soċjali Ewropew

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma, jekk proġett bil-Fond Soċjali Ewropew li kien intiż għall-korsijiet ta' taħriġ għal min irid jaħdem fl-industrija tal-films, kienx qed jitmexxa kif suppost taħt l-amministrazzjoni preċedenti? X’sar mill-management attwali tal-Malta Film Commission f’dan ir-rigward?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li taħt l-amministrazzjoni preċendenti, l-Film Commission kienet waqgħet lura ħafna fuq il-proġett iffinanzjajat mill-Fond Socjali Ewropew għal Taħriġ fl-Industrija tal-Films. Il-proġett tant kien waqa’ lura illi kien hemm il-possibilta' li dan kien se jkollu jieqaf u jintilfu l-flus allokati għalih. Iżda l-Gvern attwali ħadem bis-sħiħ sabiex reġa’ waqqaf il-proġett fuq saqajh. Mhux talli l-proġett seħħ, talli dan ġie estiż sabiex ħafna aktar Maltin u Għawdxin jibbenefikaw minn taħrig b'xejn. B'kollox, il-fondi allokati għal dan il-proġett huma ta' madwar miljun ewro.

Kunsilli lokali – memo dwar l-Ambaxxatur Lokali taż-Żgħażagħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li minn mindu ħarġet il-Memo baqgħu ma kellhomx Ambaxxatur Lokali taż-Żgħażagħ? Jista’ jgħid x’kienet ir-raġuni u x’passi qed jieħu jew se jieħu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 53 Kunsill Lokali li għandhom ambaxxatur taż-żgħażagħ. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba kif ukoll id-dettalji bir-raġuni il-għala xi wħud mill-Kunsilli Lokali m’għandhomx ambaxxatur taż-żgħażagħ.

Kunsilli Lokali – aġġudikazzjoni tal-proġetti maġġuri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-proċeduri addottati mill-kunsilli lokali fl-aġġudikazzjoni ta’ proġetti maġġuri? Jista’ jgħid kif jintgħażlu l-membri ta’ aġġudikazzjoni u jekk hemmx il-ħsieb li s-sistema tkun riveduta?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsilli Lokali jimxu mar-Regolamenti u Proċeduri dwar Kunsilli Lokali (Offerti), li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Barra minn hekk l-Att dwar il-Kunsilli Lokali KAP 363 jistipula illi: “40. (1) Meta Kunsill joħrog għall-offerti jew għallkwotazzjonijiet xi xogħlijiet, oġġetti jew servizzi li jkollhom x’jaqsmu mal-funzjonijiet tiegħu, jew għat-trasferiment ta’ xi art, dan għandu jagħti avviż tal-ħsieb tiegħu billi jippubblika avviż fil-Gazzetta. B’żieda ma’ din il-ħtieġa, Kunsill jista’ ukoll jagħti avviż tal-ħsieb tiegħu billi jippubblika avviż fil-Gazzetta u f’gazzetta waħda ta’ kull jum. Ir-regolamenti dwar il-pubblikazzjoni talofferti u kwotazzjonijiet għandhom isiru mid-Direttur u jiġu kkomunikati lill-Kunsilli Lokali. Avviż bħal dan għandu jkun fih dan l i ġej: (a) deskrizzjoni fil-qosor tax-xogħol; (b) dikjarazzjoni li matul perijodu speċifikat fl-avviż kull persuna tista’ mingħajr ħlas tispezzjona speċifikazzjoni dettaljata tax-xogħol f’post u ħin speċifikati fl - avviż; (ċ) dikjarazzjoni taż-żmien li matu lu għandu jsir ixxogħol; (d) dikjarazzjoni li matul dak il-perijodu kull persuna li titlob tingħata kopja tal-ispeċifikazzjonijiet dettaljati bi ħlas kif ikun speċifikat fl-avviż; (e) dikjarazzjoni li kull persuna li tkun tixtieq tagħmel ixxogħol għandha t avża dan il-fatt lill-Kunsill fiż-żmien speċifikat fl-avviż; u (f) id-data u l-post fejn l-offerti kollha jkunu se jinfetħu fil-pubbliku; (g) fil-każ ta’ trasferiment ta’ xi art, deskrizzjoni tagħha inklużi s-sit u l-medda tagħha u kull restrizzjoni li tista’ ssir dw ar l-użu tagħha, kif ukoll kull kondizzjoni li t-trasferiment jista’ jkun suġġett għaliha. (2) Il-Kunsill għandu - (a) iqiegħed għad-disposizzjoni ta’ kull persuna interessata, kopji tal-offerti kollha u dokumenti li jkollhom magħhom bi prezz xieraq; (b) jaħtar data u post fejn jisma’ s-sottomissjonijiet mingħand kull persuna interessata fuq l-offerti kollha li jkunu saru jew uħud minnhom; (ċ) jippubblika d-deċiżjonijiet tiegħu flimkien marraġunijiet għali ex ikun ħadhom u jipprovdi lil kull persuna interessata kopja tagħhom bi prezz xieraq. 41. F’każ ta’ proġetti ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea, ilproċeduri tal-offerti għandhom ikunu skont ir-regoli tal-Unjoni Ewropea u dawn għandhom ikunu regolati mid-D ipartiment tal- Kuntratti.” Il-membri tal-Bord tal-aġġudikazzjoni jintgħażlu skont P3.05 tal-Proċeduri dwar Offerti estratta hawn taħt. “P3.505 E żami tal-Offerti Il-proċess, l-evalwazzjoni u d-deċiżjoni fuq l-offerti jsiru jew mill-Kunsill jew minn kumit at maħtur apposta mill-Kunsill sabiex jiddeċiedi fuq l-offerti li jkunu ntefgħu. Il-Kumitat jista’ jaħtar assistenza minn barra jekk ikunu meħtieġa pariri tekniċi jew xort’oħra.” Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet sabiex il-proċess ta’ procurement jiġi revedut kollu, liema proċess ser jiġi in linea mal-Public Procurement Regulations. Ser jintbgħatu linji gwida lill-Kunsilli Lokali meta d-diskussjonjiet jiġu konklużi u jiġi maqbul fuq dokument finali. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tar- Regolamenti dwar Offerti lill-Kunsilli Lokali
Leg 12 PQ #18459 Sitting 331 2015-11-24 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għat-Turiżmu

ITS –standards strutturali u akkademiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’investiment qed isir fi ħdan l-Istitut għall-Istudji Turistiċi sabiex jitjiebu l-istandards strutturali u akkademiċi, kif ukoll l-impatt fuq l-esperjenza edukattiva tal-istudenti?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hekk kif inbidlet l-amministrazzjoni f’Marzu 2013, l-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) kien instab fi stat t’abbandun kemm fejn jidħlu aspetti infrastrutturali kif ukoll f’dak li jirriġwarda riżorsi umani. Fis-sajf tal-2014, saret ħidma fuq il-bini tal-Martin Luther King illi huwa wieħed mill-campusses tal-Istitut. Matul is-sajf li għadda, ingħatat importanza kbira għal titjib fil-campus prinċipali f’San Ġiljan sabiex l-istudenti jibdew is-sena skolastika f’ambjent aħjar. Hekk kif diġa’ ġie mħabbar fil-baġit f’Ottubru li għadda, ser nagħmlu wieħed mill-akbar proġetti li qatt saru għar-riżorsi umani fit-turiżmu fejn ser ninvestu €56 miljun fil-bini ta’ ITS ġdid fi Smart City. Ovvjament, matul l-aħħar sentejn sar ħafna xogħol sabiex wasalna fil-pożizzjoni li qegħdin fiha illum biex nibdew ix-xogħol fuq dan il-proġett ambizzjuż. F’medda ta’ għaxar snin taħt l-amministrazzjoni preċedenti, l-istruttura maniġerjali ġiet iddiġenerata tant illi l-proċeduri ta’ assikurazzjoni tal-kwalita’ ta’ din l-istruttura tbaxxew drastikament. Azzjonijiet, riżultat ta’ rapporti li ġew deċiżi mill-amministrazzjoni preċedenti tal-Istitut, kienu jitħallew fuq l-ixkaffa. Għalhekk, kien hemm bzonn ukoll li jittieħdu bosta deċiżjonijiet fejn jidħol dan il-qasam u llum qegħdin nimplimentaw pjan t’azzjoni għall-assigurazzjoni tal-kwalità b’mod estensiv biex jipprepara l-istitut għal futur. Sibna wkoll sitwazzjoni fejn staff akkademiku u non-akkademiku kellhom nuqqas kbir ta’ motivazzjoni. Fejn qabel staff akkademiku qatt ma kien jigi kkonsultat u d-deċizjonijiet kienu jittieħdu wara bibien magħluqa, illum dawn qed jiġu involuti fil-proċess kollu. Min-naħa l-oħra, staff non-akkademiku kien f’sitwazzjoni fejn ħafna minnhom kienu impjegati billi ntbatu fil-kampus ta’ San Ġiljan bla struzzjonijiet mill-White Rocks Holiday Complex u fejn id-dettaljar neċessarju qatt ma sar. Fil-preżent, għaddejjin bil-proċess ta’ dettaljar tal-impjegati kollha tal-Istitut u ninsabu f’pass avvanzat sabiex jiġi iffirmat l-ewwel ftehim kollettiv bejn l-Istitut u l-istaff non-akkademiku. Il-vi¿joni ta’ dan il-Gvern hija li l-Istitut għall-Istudji Turistiċi ikompli jikber professjonalment. Issa għandna pjan komprensiv li ser iwassal mhux biss għaż-żmien meta l-Istitut kien fl-aqwa tiegħu iżda għal livelli għola li jiggarantixxu kwalita’ u eċċellenza fis-settur turistiku. Il-bidla li saret matul l-aħħar sena fl-Istitut, inkluż fil-kurrikulu, tinħass anke mill-istudenti illi huma iktar motivati li jiżviluppaw il-karriera tagħhom fis-settur tat-turiżmu.
Leg 12 PQ #18460 Sitting 331 2015-11-24 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Relazzjonijiet bejn l-ITS u l-industrija tat-turiżmu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inizjattivi qed jieħu l-Ministeru sabiex jassigura relazzjonijiet tajbin bejn l-industrija tat-turiżmu u l-Istitut għall-Istudji Turistiċi?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi għal kuntrarju tal-impressjoni li tat l-oppozizzjoni nazzjonalista illi l-Istitut għall-Istudji Turistiċi donnu waqat dalma fuqu f’dawn l-aħħar sentejn, is-sitwazzjoni fl-Istitut kienet ilha li marret lura tul dawn l-aħħar 10 snin. Sibna sitwazzjoni fejn l-Istitut kienet totalment maqtugħ mill-Industrija tal-Ospitalita’ u t-Turiżmu. Bħalissa, qed naħdmu ħafna mill-qrib mal-partijiet interessati ewlenin fl-Industrija sabiex niżguraw illi dak li qed nagħmlu huwa għall-aħjar mhux biss għall-industrija tat-turiżmu, iżda għall-ġid tal-ekonomija ta’ pajjiżna fuq skala ġenerali. Tajjeb insemmi l-ftehim uniku li l-Istitut għall-Istudji Turistiċi għamel mal-Malta Hotels and Restaurants Association (MHRA) f’Lulju 2015, liema kollaborazzjoni ser twassal għall-benefiċċju kemm tal-istudenti kif ukoll tal-industrija turistika nnifisha. Dan għaliex il-ftehim ser iwassal biex aktar studenti jsiru professjonisti fis-setturi tat-turiżmu u tal-ospitalità, u fl-istess ħin jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ kapital uman meħtieġ li l-operaturi qed jiffaċċjaw minn sena għal sena. Mill-aspett akkademiku, il-formazzjoni ta’ Kunsill Xjentifiku ser iservi sabiex jgħaqqad l-Istitut mal-Industrija f’diskussjonijiet regolari dwar żviluppi fis-settur tal-ospitalità u turiżmu. L-għan ta’ dan il-kumitat huwa li jiġu analizzati sitwazzjonijiet ta’ nuqqas li l-Istitut għall-Istudji Turistiċi jista’ jindirizza sabiex jitkompla t-titjib u tiżdied il-kompetittivita’. Dan il-Gvern ser jinvesti wkoll aktar minn €56M f’wieħed mill-akbar proġetti li qatt saru għar-ri¿orsi umani fit-turiżmu - kampus ġdid għall-Istitut għall-Istudji Turistiċi, li ser jħalli frott kbir fis-settur turistiku li bih se nbidlu l-kwalita’ fit-tagħlim u apprentistat fl-ospitalita’. Dan ser ikun kampus state of the art illi ser iservi mhux biss fl-operazzjoni attwali tal-Istitut, imma l-Gvern se jkun qed jirreloka għal darb'oħra mudell ta' negozju ġdid ta' kampus internazzjonali fin-nofsinhar ta’ pajjizna.