Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #18494 Sitting 337 2015-12-07 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta – telf ta’ flus

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar meta bdiet titlef il-flus l-Air Malta u x’kienu r-raġunijiet għal dan?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Air Malta bdiet tirreġistra telf mill-operat tagħha sa mis-Sena Finanzjarja li tagħlaq f’Lulju 2003 – b’telf ta’ €21.8miljun. Ir-raġuni ewlenija għal dan it-telf kienet tikkonsisti fid-deterjorazzjoni tal-prestazzjoni operattiva, attribwita l-iktar għal żieda fil-kompetizzjoni u cost-structure inflessibbli. B’żieda ma’ dan, kif ġie spjegat mis-CEO ta’ dak iż-żmien fil-Financial Statements li jkopru s-sena Finanzjarja li għalqet fil-31 ta’ Lulju 2003, jirriżulta li: “Dan l-ammont huwa kważi ekwivalenti għal telf mill-operat tal-AzzurraAir fl-aħħar sena finanzjarja. Huwa neċessarju li l-management tal-Air Malta b’mod immedjat jirranġa l-pożizzjoni tal-Kumpanija, jilqa’ għal sfidi u opportunitajiet ġodda. Il-management huwa iffukat li jwettaq tibdil sostanzjali fl-operat tal-kumpanjia u fl-istrateġija li trid tadotta fil-futur.”
Leg 12 PQ #18495 Sitting 337 2015-12-07 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta – investiment kapitali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta kienet l-ewwel darba li l-amministrazzjoni preċedenti ddeċidiet li tinjetta kapital fl-Air Malta? X’kienet ir-raġuni għal dan? Din l-injezzjoni ta’ flus, kienet minn xi riforma li saret jew kellha ssir fl-Air Malta?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ewwel darba li l-amministrazzjoni preċedenti effettivament injettat kapital fl-Air Malta kienet f’Settembru 2012 fl-ammont ta’ €20 miljun sabiex il-kumpanija jkollha fondi sabiex timplimenta l-Pjan ta’ Ristrutturar. Infatti, din l-injezzjoni ta’ kapital kienet parti mill-Pjan ta’ Ristrutturar. Din l-injezzjoni ta’ kapital kompliet fis-snin ta’ wara kif spjegat: a) Sena 2012 - €20m b) Sena 2013 - €40m c) Jannar 2014 - €15m d) Jannar 2015 - €3m Minbarra dan, il-Gvern injetta wkoll €52m bħala self kummerċjali lill-Air Malta, li jiġi kkonvertit f’ekwità fil-linja tal-ajru, bl-ewwel €40m konvertiti fl-2015 u €12m konvertiti fl-2016. Fl-2004, il-Gvern kien ukoll għadda art lill-Air Malta b’valur ta’ Lm22,890,000 (€53,333,700) u ħallas it-taxxa tal-boll għan-nom tal-Air Malta fl-ammont ta’ Lm1,379,912 (€3,215,195). In kontro-kambju, il-Gvern ingħata equity fil-kumpanija b’valur ta’ Lm24,269,912 (€56,548,895).
Leg 12 PQ #18496 Sitting 337 2015-12-07 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta – Kuntratti tat-Teknoloġija Informatika

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar min ħa l-kuntratti tat-teknoloġija informatika fl-Air Malta, matul dawn l-aħħar 15-il sena? X’għamel il-management f’din l-aħħar sena f’dan ir-rigward?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kmieni din is-sena, il-management tal-Air Malta irnexxielu jagħmel negozjar mill-ġdid f’diversi kuntratti li kellu fis-seħħ ma’ service providers differenti f’dan is-settur u rnexxielu jġib termini aħjar għall-kumpanija. B’hekk l-Air Malta ser tiffranka €1m, fis-sena, li jibda mis-sena finanzjarja 01 ta’ April 2015 sal 31 ta’ Marzu 2016 u jkompli sas-sena 2018.
Leg 12 PQ #18497 Sitting 337 2015-12-07 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta –riformi biex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-operat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’riformi għamel il-management il-ġdid tal-Air Malta f’din l-aħħar sena bħala inizjattivi sabiex il-kumpanija tnaqqas l-ispejjeż tal-operat tagħha?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Management il-ġdid tal-Air Malta wettaq numru kbir ta’ riformi f’din l-aħħar sena, prinċipalment ir-reviżjoni u negozjar mill-ġdid ta’ kuntratti bħal dawk tal-catering, tal-IT u t-Telecoms, u tal-Kiri ta’ Ajruplani, kif ukoll l-eżerċizzju ta’ razzjonalizzazzjoni tal-flotta, iffrankar fl-operat ġenerali bħal kirjiet ta’ uffiċini u safar, kif ukoll kontroll ikbar fuq l-ispejjeż kurrenti b’immaniġjar aħjar tal-kuntratti. Matul is-Sena Finanzjarja li għalqet f’Marzu 2015, ittieħdu dawn l-inizjattivi: · Ingħalaq kompletament il-Promise of Sale mal-Gvern fuq proprjetajiet li kellha l-Air Malta fiż-żona tal-mitjar l-antik f’Ħal Luqa. · Iffrankar ta’ €4.1m fis-sena wara negozjar fuq il-kuntratt mal-kumpanija tal-Catering Sky Gourmet. · Sar il-Bejgħ tal-kumpanija sussidjarja Osprey Insurance bl-aħjar offerta li kienet ta' €1.36m. · Iffrankar ta’ €1.25m fis-sena wara negozjar mill-ġdid tal-kuntratti tal-IT u t-Telecoms għal servizzi mogħtija lill-Air Malta. · Innegozjar ġdid ta’ ftehimiet mal-GSAs madwar id-dinja. · Sar il-Promise of Sale għat-trasferiment tal-ishma f’Selmun Palace Hotel Co.Ltd lil-Gvern b’valur ta’ €10.9m. · Iffrankar ta’ €800k fuq innegozjar tal-kiri ta’ żewġ ajruplani fuq lease renewals. · Iffrankar ta’ €8.2m fis-sena fuq razzjonalizzassjoni tal-flotta; Matul din is-Sena Finanzjarja 2016, l-Air Malta: · Tinsab fil-proċess ta’ negozjar tal-kuntratt ta’ Revenue Accounting. · Tinsab fil-proċess ta’ negozjar tal-kuntratt tal-Call Centre.
Leg 12 PQ #18498 Sitting 337 2015-12-07 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Selmun Palace Hotel – valur tat-trasferiment lill-Gvern ta’ Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet ġiet ivvalutata Selmun Palace Hotel fl-amministrazzjoni preċedenti u x’inhu l-valur li ġiet trasferita bih l-istess lukanda minn Selmun Palace Hotel Company Limited lill-Gvern ta’ Malta?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #18487 Sitting 336 2015-12-02 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA – rapport tal-IAID

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm rapport tal-IAID in konnessjoni mal-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu bejn is-snin 2008 u 2013? Jista’ jgħid jekk il-Ministru ta’ dak iż-żmien ippubblikax tali rapporti?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant Illi kien hemm rapport wieħed (1) tal-IAID in konnessjoni mal- Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu (MTA) bejn is-snin 2008 u 2013. Dan ir-rapport ma ġiex ippubblikat mill-Ministru ta’ dak iż-żmien.
Leg 12 PQ #18488 Sitting 336 2015-12-02 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta – pożizzjoni fuq bordijiet minn impjegati fil-livell ta’ senior management – sejħa għall-applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk waqt il-perjodu 2008-2013 kienx hemm membri tas-senior management tal-Air Malta li kellhom karigi oħrajn li ngħataw direttament mingħajr sejħa ta’ applikazzjonijiet, fuq bordijiet ta’ awtoritajiet jew kumpaniji tal-Gvern?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn l-2008 u l-2013, l-Air Malta kellha rappreżentanti tas-senior management tagħha appuntanti mill-Ministru tat-Turiżmu bħala Diretturi fuq il-Bord tal-Malta Tourism Authority, preċiżament lis-Sur Joe Capello (2008-2011) u sussegwentement lis-Sur Philip Saunders (2011-2013). Fl-istess snin, bejn l-2008 u l-2013, ic-Chief Financial Officer tal-Air Malta Nick Xuereb kien ukoll jokkupa l-kariga ta’ Chairman tal-Lotteries and Gaming Authority. Dawn in-nomini ma jirriżultax li saru b’sejħa ta’ applikazzjonijiet.
Leg 12 PQ #18489 Sitting 336 2015-12-02 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta – konsulenti/impjegati fil-livell ta’ senior management barranin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu impjegati fil-livell ta’ management u konsulenti barranin tal-Air Malta, bejn is-snin 2008 u 2013? Jista’ jgħid jekk il-ħatriet kollha ta' barannin fil-livell ta’ senior management sarux wara sejħa ta' applikazzjoni internazzjonali? Hemm minn dawn il-barranin li kienu jaħdmu jew kellhom kumpanijia flimkien?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, għas-snin 2008 u 2009, l-Air Malta m’għandhiex aċċess għal informazzjoni dwar il-ħlas ta’ impjegati fil-livell ta’ management. Il-ħlasijiet ta’ salarji ta’ impjegati fil-livell ta’ management bejn is-snin 2010 u 2013 jammonta għal €4,704,303.70. Fl-istess perjodu, bejn l-2008 u l-2013, il-ħlasijiet li saru lill-konsulenti barranin, jammontaw għal €14,342,044. Fir-rigward tal-kumplament tal-mistoqsija parlamentari, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel referenza għat-tweġiba li ser tingħata għall-mistoqsija parlamentari numru 18490.
Leg 12 PQ #18490 Sitting 336 2015-12-02 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta — Ħatriet ta’ barranin wara sejħa internazzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk waqt il-perjodu 2008-2013 il-ħatriet kollha ta' barannin fl-Air Malta fil-livell ta’ senior management (CEO, CCO, HR, Chief Pilot, Chief Restructuring Officer, Head of Projects Management eċċ) sarux wara sejħa ta' applikazzjoni internazzjonali? Hemm minn dawn il-barranin li kienu jaħdmu jew kellhom kumpanijia flimkien?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ħatriet ta’ persuni barranin fil-livell ta’ senior management saru tramite aġenziji ta’ reklutaġġ, is-CEO u c-CCO kienu reklutati mill-aġenzija SpencerStuart, is-CFO kien reklutat mill-aġenzija PSD Group, u s- CRO kien ingaġġat b’kuntratt dirett mogħti lill-kumpanija Catalise. L-Air Malta ma għandhiex informazzjoni kompleta dwar relazzjonijiet kummerċjali privati li setgħu kellhom flimkien jew b’mod assoċjat dawn l-uffiċjali barranin. Madankollu, l-eks CEO Peter Davies u l-eks CCO Philip Saunders kienu kollegi fil-linja tal-ajru BWIA/Caribbean Airlines kif ukoll fl-SN Brussels Airlines qabel ma saru kollegi mill-ġdid fl-Air Malta. L-eks CEO Peter Davies kellu wkoll rabtiet professjonali mal-kumpanija Catalise, li tqabbdet mill-Air Malta sabiex tagħti konsulenza rigward il-proċess ta’ Ristrutturar.
Leg 12 PQ #18491 Sitting 336 2015-12-02 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta — Persuni barranin f’pożizzjonijiet ta’ Management – sejħa internazzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-barranin li bħalissa nħatru f'pożizzjonijiet ta’ management, inħatrux wara sejħa internazzjonali u kompettitiva?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-barranin li jiffurmaw parti mit-‘top management’ attwali tal-kumpannija, inħatru wara proċess ta’ għażla rigoruż. Il-proċess kien wieħed kompetittiv tant li saru numru ta’ intervisti mal-kandidati ‘short-listed’ u li evenwalment wassal sabiex jintgħazlu l-aħjar persuni. L-Air Malta qatt ma eskludiet l-ingaġġ ta’ persuni Maltin għal dawn il-karigi, iżda fin-nuqqas ta’ ‘expertise’ lokali fil-kompetenzi rispettivi mitluba, l-ingaġġ kellu jkun wieħed internazzjonali.
Leg 12 PQ #18492 Sitting 336 2015-12-02 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Linja tal-Ajru Ewropej li għandhom Strategic Alliance ma’ linji tal-ajru oħrajn

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-linji tal-ajru Ewropej li għandhom strategic alliance ta’ xi forma jew oħra ma' linji tal-ajru oħrajn? Liema huma l-alliances li saru f’dawn l-aħħar ftit snin?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Nterperlant illi l-Ministeru għat-Turiżmu, inkluż l-entitajiet li jaqgħu taħtu, ma jżommux tali nformazzjoni. Din l-informazzjoni tappartjeni lill-operat ta’ kumpaniji barranin li għandhom dan it-tip ta’ ftehim.
Leg 12 PQ #18481 Sitting 335 2015-12-01 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Turisti – iljieli mqatta’ f’pajjiżna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-iljieli mqatta’ mit-turisti ġewwa pajjiżna matul is-sena 2014 u sa nofs is-sena 2015? Jista’ jgħid kemm kienet id-differenza perċentwali ta’ dawn l-iljieli mqatta’ meta mqabbel mas-snin 2012 u 2013?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi fl-2014 it-turisti f’Malta qattgħu 13,522,112 lejl. Dan ifisser żieda ta’ 4.9% fuq l-2013 u 14% fuq l-2012. Tul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena l-iljieli mqatta mit-turisti fil-Gżejjer Maltin ammonta għal 5,450,208 lejl. Dan ifisser żieda ta’ kważi 170,000 lejl fuq l-istess perjodu tas-sena 2014, jiġifieri tkabbir ta’ 3.2%. Ġiet reġistrata żieda ta’ 10.6% fuq l-ewwel sitt xhur tas-sena 2013. Żieda fin-numru ta’ l-iljieli mqatta jfisser żieda fl-infieq tat-turisti. Dan qed jiġi kkonfermat hekk kif iż-żieda fl-infieq turistiku qed jilħaq livelli eċċezzjonali u jissupera t-tkabbir fin-numru ta’ wasliet u b’hekk irriżulta f’żieda fl-infieq turistiku ras għal ras. Il-politika tal-Gvern li jattira turiżmu ta’ kwalita’ qed tagħti l-frott b’żieda sostanzjali ta’ wasliet, fl-iljieli mqatta u fl-infieq turistiku. Ifisser li t-turisti li jasslu Malta u jqattgħu l-iljieli f’pajjiżna, qed jonfqu aktar. Dan kollu qed jikkontribwixxu bil-kbir sabiex ikompli jkollna lil Malta b’ekonomija b’saħħitha. Qed tipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, statistika aktar dettaljata in konnessjoni ma’ din id-domanda.
Leg 12 PQ #18482 Sitting 335 2015-12-01 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Turisti — għadd

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ wasliet minn turisti fl-2014 u fl-2015, sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jgħid kemm kienet id-differenza perċentwali ta’ dawn il-wasliet meta mqabbel mas-snin 2012 u 2013?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kif turi t-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra, in-numru ta’ wasliet minn turisti fl-2014 jammonta għal 1.68 miljun (din il-figura teskludi cruise passengers li qattgħu ljieli Malta). Iż-żieda perċentwali fuq is-sena 2013 hi ta’ 6.8% u dik fuq is-ena 2012 hi ta’ 17.1%. L-aħħar figure ppubblikati għas-sena 2015, huma għall-ewwel disa’ xhur tas-sena, fejn 1,409,119 turisti żaru Malta (din il-figura teskludi cruise passengers li qattgħu ljieli Malta). Iż-żieda perċentwali fuq l-istess perjodu tas-sena 2014 hi ta’ 4.9%, dik fuq is-sena 2013 hi ta’ 13.3% u fuq is-sena 2012 hi ta’ 23.1%.
Leg 12 PQ #18483 Sitting 335 2015-12-01 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Cruiseliners — viżitaturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kellna wasliet minn viżitaturi bil-cruiseliners fl-2014 u sal-ewwel nofs is-sena 2015? Jista’ jgħid kemm kienet id-differenza perċentwali ta’ dawn il-wasliet ta’ viżitaturi bil-cruiseliners meta mqabbel mas-snin 2012 u 2013?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi fl-2014 pajjiżna rnexxielu jagħmel rimonta tajba fuq is-sena 2013 meta l-ammomt ta’ passiġġieri fl-2014, żdiedu b’aktar minn 40,000 u lħaqna iċ-ċifra ta’ 471,554 passiġġier. Dan ifisser tkabbir ta’ 9.3% fuq l-2013 u ta’ 16.2% fuq fl-2012. Fl-ewwel nofs ta’ din is-sena pajjiżna rreġistra 225,877 passiġġier fuq il-cruiseliners. Dan ġab żieda ta’ 39.9% fuq l-istess perjodu tal-2014, 62% fuq l-2013 u saħansitra tkabbir ta’ 8.2% fuq l-istess perjodu tal-2012. L-aħħar rapport annwali mill-Bank Ċentrali ta’ Malta jikkumenta pożittivament fuq is-sena tajba li pajjiżna kellu fil-qasam tal-cruiseliners. Il-Valletta Cruise Port qed tistenna li tirreġistra total ta’ 325 port call li jġibu madwar 640,000 passiġġier sa l-aħħar ta’ din is-sena. Inħarsu l-quddiem lejn l-2016, meta l-bookings għadhom fl-aqwa tagħhom, naraw li skont l-aħħar informazzjoni, s-sena d-dieħla tidher ukoll waħda pożittiva u sa issa jidher li ukoll se tissupera t-tkabbir li mistenni din is-sena. L-industrija tal-cruiseliners tagħmel parti mportanti ferm fl-istrateġija tat-turiżmu ta’ pajjiżna. Skont studji kkummisjonati minn Valletta Cruise Port huwa stmat li l-industrija tal-cruiseliners ikkontribwixxiet mat-€82.81 miljun f’infieq dirett fl-ekonomija Maltija u dan ikompli joħloq anki aktar benefiċċji ekonomiċi b’dak li jissejjaħ bħala multiplier effect. L-inizzjattivi u x-xogħol huma kontinwament għaddejjin sabiex naraw kif nistgħu intejbu anki aktar is-servizz u l-prodott u saħansittra naqbżu l-aspettativi. Flimkien ma l-imsieħba kollha fl-industrija tal-cruiseliners nimmiraw li nżidu l-isforzi u l-investiment tagħna sabiex nilħqu l-objettivi tagħna ta’ tkabbir fin-numru ta’ home porting u tal-passiġġieri u b’hekk inżommu s-sostenibilita u nibqgħu kompetittivi f’din l-industrija. Qed tipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, statistika aktar dettaljata in konnessjoni ma’ din id-domanda.
Leg 12 PQ #18484 Sitting 335 2015-12-01 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Entitajiet privati li bbenefikaw minn skemi għall-Intrapriżi Żgħar u Medji

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm entitajiet privati bbenefikaw mill-iskema għall-Intrapriżi Żgħar u Medji f’dawn l-aħħar sentejn, u x’inhu maħsub li hu l-impatt inġenerali fuq l-ekonomija lokali?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi, l-iskema għal proġetti turistiċi minn intrapriżi żgħar u medji, kienet parti mill-fondi tal-Unjoni Ewropeja tal-perjodu 2007-2013. Taħt din l-skema kien hemm erba’ sejħiet li taħthom intrarpriżi illi kellhom proġett turistiku setgħu japplikaw u jibbenefikaw minn għajnuna finanzjarja. L-aħħar sejħa (ir-raba’ waħda) għalqet fl-aħħar tal-2014 u taħt din is-sejħa kien hemm 15-il benefiċarju illi bbenefika minn għajnuna. Taħt l-aħħar sejħa kien hemm ko-finanzjament ta’ madwar €1,210,802 li jwassal għal investiment totali fl-ekonomija ta’ madwar €2,703,469. Permezz tas-sejħiet kollha, l-Ministeru għat-Turiżmu għen sabiex aktar minn €7,742,483 jiġu mogħtija bħala għajnuna lill-privat sabiex iwettqu proġetti turistiċi. Dan ifisser investiment totali, bejn fondi tal-Unjoni Ewropeja, Gvern u privat, ta’ aktar minn €16-il miljun fl-ekonomija lokali. Permezz ta’ din l-skema huwa stmat illi ġew iġġenerati numru ta’ madwar 250 xogħol ġdid (Full-time equivalent).
Leg 12 PQ #18485 Sitting 335 2015-12-01 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Turisti – tixrid ta’ informazzjoni fin-Nofsinhar ta’ Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm sabiex jiżdied it-tixrid tal-informazzjoni lit-turisti fin-Nofsinhar ta’ Malta? Jista’ jgħid fiex wasal il-proġett tal-bini taċ-ċentru turistiku f’Marsaxlokk u jgħid jekk dan hux qed isir minn fondi tal-Unjoni Ewropea u jekk dawn kenux fondi li kienu fir-riskju li Malta titlef?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi, l-Ministeru għat-Turiżmu flimkien mal-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu qegħdin jaħdmu qatigħ sabiex iżidu ċ-ċentri minn fejn titaqassam l-informazzjoni lit-turist. Il-Gvern huwa komess illi jara li żoni turistiċi importanti jkollhom servizz ta’ tourist information sabiex inkomplu ntejbu l-livell ta’ servizz li qegħdin nagħtu lit-turisti li jżuruna. Il-Gvern preżenti huwa ukoll kommess illi jagħti nifs ġdid lin-nofsinhar ta’ Malta, żona illi ma ingħatatx importanza kbira fil-qasam turistiku taħt leġislaturi preċedenti. L-inizjattivi illi qegħdin nagħmlu huma varji u ser jiżguraw illi ngħollu l-livell tas-servizz turistiku f’dan ir-reġjun. Għaldaqstant, bħala waħda mill-inizjattivi illi ħadna, ħdimna sabiex fin-nofsinhar ta’ Malta, propju ġewwa Marasxlokk, ikun hemm tourist information centre ġdid. Dan iċ-ċentru ġie inawgurat fit-22 ta’Ottubru 2015 u ser iservi sabiex nagħtu informazzjoni lit-turisti b’emfasi partikolari fuq dak kollu li wieħed jista’ jagħmel fl-irħula u l-ibliet tan-nofsinhar ta’ Malta. Dan il-proġett, l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu, qed isir b’fondi tal-Unjoni Ewropeja taħt il-programm Agrikolu Ewropew – LEADER. Huwa proġett ta’ madwar €170,000 Ewro bi kważi mitt elf ġejjin mill-Unjoni Ewropeja. Dawn huma ukoll fondi tal-programm Ewropew illi għadda (perjodu 2007-2013) li kienu fondi fir-riskju illi jintilfu. Permezz tal-inizjattiva tal-Ministeru għat-Turiżmu, flimkien mall-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk, sar dan il-proġett biex b’hekk issa ser inkunu nistaw nagħtu servizz lokalizzat u dirett lit-turisti illi jżuru wieħed mill-aktar irħula pittoreski illi għandna fin-nofsinhar ta’ Malta u b’hekk nistednuhom sabiex iżuru destinazzjonijiet oħra daqstant sbieħ u uniċi f’din iż-żona.
Leg 12 PQ #18486 Sitting 335 2015-12-01 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Proġett dwar l-Avjazzjoni "TEMARA" – fondi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett dwar l-avjazzjoni TEMARA (Teaming to Extend Maltese ambitions in the Aerospace Sector)? Kemm ittieħdu fondi mill-Unjoni Ewropea u x’inhu l-pass li jmiss?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġett tat-TEMARA jinstab fi stadju avvanzat sabiex jigi ifformulat il-Business Plan. Il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Aġenzija Nazzjonali Maltija għall-Aerospace qed jifformolaw dan il-pjan flimkien mal-Kunsill Malti għax-xjenza u t-teknoloġija kif ukoll l-NLR li hija l-Aġenzija Nazzjonali Olandiża fl-Aerospace. Dan proġett inkiseb minn fondi diretti ta’ madwar €375,783 mill-Unjoni Ewropeja taħt TEAMING Project Horizon 2020. Minn Jannar 2016, l-Aġenzija Nazzjonali Maltija għall-Aerospace ser tkun qed tapplika għall-fondi tal-ERDF u barra minn hekk f'Marzu 2016 ser tkunu qed tapplika għat-tieni stadju tat-TEAMING Project fejn l-Aġenzija Nazzjonali Maltija għall-Aerospace tkun tista’ tikseb aktar fondi.

Kunsill Lokali – PPP ta’ latrini pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kunsilli lokali li għandhom PPP tal-latrini pubbliċi? Jista’ jgħid kif saret is-sejħa u kemm huwa s-sehem tal-kunsilli lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda Kunsill Lokali ma daħal għal PPP rigward latrini pubbliċi. L-unika xebħ li jista’ jkun hemm huwa dak tal-Kunsill Lokali Valletta, li żgur mhux l-eżempju li wieħed għandu jikkoppja. Il-Kunsill Lokali Valletta daħal għal ftehim ma żewġ kuntratturi li joperaw dawn il-latrini li għandhom fakulta li jitolbu ħlas għas-servizz li jingħata. Il-ftehim ma kienx ikopri l-ebda ħlas għar-renta u konsum ta’ dawl u ilma. Dawn jitħallsu mill-Gvern ċentrali u mhux mill-kunsill lokali. Ta min jgħid li d-Direttorat għat-tindif fi ħdan MTI qatt ma kien involut fl-ebda arranġamenti bejn il-Kunsill Lokali u l-kuntratturi. Mis-sena 2014 lil hawn id-Direttorat għat-Tindif fi ħdan MTI iddeċieda li jibda jibgħat il-kontijiet ta’ kera tal-art u dawl u ilma lill-kuntratturi rispettivi. Mhux ġust li dawn il-kuntratturi jitħallsu tas-servizz minghand il-pubbliku u l-ispejjeż jibqa jħallashom il-Gvern ċentrali.
Leg 12 PQ #18475 Sitting 334 2015-11-30 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Malta Air Traffic Serivces Ltd – investigazzjoni dwar l-immaniġġar ta’ finanzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-eżitu tal-investigazzjonijiet li għamlu l-Pulizija dwar allegati abbużi fl-immaniġġar ta’ finanzi fil-kumpanija Malta Air Traffic Services Ltd?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-eżitu tal-investigazzjonijiet li kienet saret mill-Internal Audit and Investigations Department (IAID) tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru fl-2011 u fl-2013 wassal biex jibdew iktar investigazzjonijiet mill-Pulizija. Dan wassal sabiex l-ex Chief Executive Officer (CEO) u l-ex Chief Financial Officer (CFO) tal-MATS jitressqu l-Qorti Kriminali b’akkużi ta’ abbuzi fl-immaniġġar ta’ finanzi tal-Kumpanija. Bi ftehim bejn l-Avukat tar-Repubblika u l-avukat difensur, l-ex CEO ammetta l-akkużi miġjuba kontrieh u nstab ħati. Weħel sentenza sospiża ta’ ħabs, interdett ġenerali u ħallas lura somma ta’ €25,000 lill-Kumpanija. Il-każ tal-ex CFO għadu jinstema’ quddiem il-Qorti.
Leg 12 PQ #18476 Sitting 334 2015-11-30 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Malta Air Traffic Services Ltd – immaniġġar ta’ finanzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux u kif se jkunu rkuprati fondi li setgħu ntefqu b’mod abbużiv fl-immaniġġar ta’ finanzi fil-kumpanija Malta Air Traffic Services Ltd?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa l-Malta Air Traffic Services (MATS) għandha każ fil-Qorti Ċivili bil-ħsieb li jkunu rkuprati fondi li skont il-Kumpanija kienu ntefqu b’mod abbużiv mill-ex Chief Executive Officer u mill-ex Chief Financial Officer. Fiż-żewġ każijiet is-somma li qegħda tintalab tintrad lura mill-ex impjegati hi sostanzjali u tammonta għal €200,000 u €125,000 rispettivament. Fost oħrajn, l-abbużi kienu jikkonsistu f’xiri ta’ oġġetti għal użu personali, safar ta’ natura personali, ikliet li ma kellhomx x’jaqsmu max-xogħol, akkomodazzjoni f’lukandi ta’ ħbieb kemm lokali kif ukoll barranin li ma kienux ġew Malta għal raġunijiet ta’ xogħol, xiri ta’ settijiet ta’ televiżjoni u xiri ieħor fosthom minn spiżerija, negozji tax-xorb alkoħoliku u oħrajn. Dawn l-ispejjeż tħallsu kollha minn flus il-Kumpaniji.