Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Mater Dei – bini ta’ binja ġdida

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se tkun lesta l-binja l-ġdida fl-Isptar Mater Dei, bisiwt l-Emereġenza?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanti li din il-binja biswit id-dipartiment tal-emerġenza tlestiet is-sena li għaddiet. Bit-tlestija ta’ din l-ewwel fażi din il-binja qed takkomoda 68 sodda. Il-Gvern jinsab għaddej bi pjanijiet biex ‘il quddiem din il-binja tkun estiza u tkun tista tesa 299 sodda

Bereġ devoluti lill-komunità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm s’issa ġew devoluti bereġ lill-komunità u jekk hemmx pjanijiet biex aktar bereġ jiġu devoluti lill-komunità?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tul dawn l-aħħar xhur il-Qasam tal-Kura Primarja fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa għaddej bi proċess intiż proprju sabiex il-bereġ mifruxa madwar Malta u Ghawdex jissahhu u jitjiebu. Ezercizzju li qieghed isir b’mod innovattiv, id f’id mal-kunsilli lokali. L-għan aħħari huwa li s-servizz minn dawn il-bereg jigi estiz u jsir dejjem aktar sostenibbli. Dan il-proċess ta' devoluzzjoni mid-Dipartiment tas-Saħħa lejn id-diversi kunsilli lokali ghaddej b'mod metikoluż, bil-kunsilli lokali individwali jiġu mitluba jagħtu l-ideat tagħhom dwar kif is-servizz mill-bereġ jista' jsir dejjem aktar utli għall-komunità tal-lokalitajietrispettivi. Matul l-ahhar sena numru ta' kunsilli lokali raw dan il-proċess jiġi konkluż. Dan jinkludu l-lokalitajiet tal-Għarb u Kerċem f'Għawdex, iż-Żurrieq, il-Kalkara, is-Siġġiewi, L-Imsida, Ħal Ghaxaq u Ħal Tarxien f'Malta. Il-proċess miexi ġmielu wkoll fil-każ tal-kunsilli lokali ta' Ta' Xbiex, Ħaż-Żabbar u Santa Luċija, waqt li fil-gimghat li gejjin ser jinfethu diskissjonijiet ma' numru ta' kunsilli lokali oħra.

Qasam tal-Kura Primarja – kliniċi speċjalizzati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kliniċi speċjalizzati fil-qasam tal-Kura Primarja?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’kollox hawn 34 –il klinika specjalizzata fil-qasam tal-kura primarja. Centru tas-Sahha KLINICI SPECJALIZZATI FURJANA RAHAL GDID GZIRA MOSTA HAL-QORMI B'KARA RABAT BORMLA GP Review P P P P P P P P Anticoagulant clinic-Point of Care P P P P P P Wound Clinic P P P P P P P P Speech Language Pathology P P P P P P P P Physiotherapy P P P P P P Podiatry P P P P P P P P Ophthalmic Refraction (nuccalijiet) P P P P P P Gluacoma Clinic (Consultant) P P P P Diabetic Retinophaty Screening (retinal cameras) P P Gluacoma Screening (nurse led) P P P P P P Immunisation service and advice clinic P P P P P P P P Diabetes clinic P P P P P P P P ECG clinic P P P P P P P P Medical Consultants Clinic P P P P P P P P Schedule V Clinic P P P P P P P P Digital Imaging P P P P P Gynae clinic P P P P P P P Well Baby clinic P P P P P Chronic Disease Management Clinic P P P Plaster Slabs P P P P P Chronic Kidney Disease Prevention Clinic P P Down' Syndrome P Naprotechnology clinic P Lifestyle Clinics * P Orthopaedic Clinics P P P P Orthopaedic Minor oper. P Avastin injections clinic P Minor General Surgery P Dermatology clinic P Gynae Minor surgery P Fibromyalgia clinic P Cardiology Clinic P P Scoliosis Clinic P Psychiatry clinic P P P P *Dan is-servizz huwa ipprovdutt ukoll mill-bereg ta’ San Gwann, Msida, Zabbar, Zurrieq, Tarxien, San Pawl il-Bahar, Kercem, Gharb u Gudja

Dipartiment tal-Kura Primarja – nefqa f’apparat ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, matul l-aħħar sentejn, kemm intefaq mid-Dipartiment tal-Kura Primarja f’apparat ġdid? Jista’ l-Ministru jelenka x’kien dan l-apparat u għalxiex jintuża?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-pirjodu indikat id-Dipatiment tal-Kura Primarja investa is-somma ta’ Euro783,000 f’apparat gdid. Dan kien jikkonsisti f’16 lead ECG machines biex wieħed jiddentifika mard tal-qalb, Portable AED biex wieħed jagħti xokkijiet elettriċilill-qalb f'każijiet ta' emerġenza, Digital X-rays biex jittieħdu X-Rays diġitali sabiex ikunu jistgħu jiġu diskussi dak il-ħinstess ma' speċjalisti ġewwa Mater Dei, Non Dilating Retinal Cameras biex jittieħdu ritrattitar-retina u jkunu jistgħu jipparagunaw il-progress/regress tal-kundizzjoni tar-retinopatija tal-għajn, Doppler Units biex jiċċekjaw iċ-ċirkolazzjoni fis-saqajn, Vital Signs Monitor biex jiġusegwiti s-sinjali vitali tal-pazjent, Pulse Oximeter apparatelettroniku biex tiċċekja l-polz u l-ossiġnu fid-demm, Torniquet Dual Cuff biex tittieħed il-pressjoni, kif ukoll apparat iehor bhal ma humaTrolleys , Couches, Interferential Units għall-użu bhala trattament ta' fiżjoterapija, Ultrasound Units, Nail Clippers u Portable auto refractometer biex issir il-vista elettronika ghal nuċċali.

Sptar Mater Dei – ftuħ ta’ Emerġenza għat-tfal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se tkun lesta u tilqa’ l-ewwel pazjenti tagħha l-Emerġenza tat-Tfal?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Emergenza specifikament iddedikata ghat-tfal u l-bzonnijiet taghhom f'Mater Dei se tkun ufficjalment miftuha dan ix-xahar

Qasam tal-Kura Primarja – anticoagulant clinics

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm persuni użaw l-anticoagulant clinics fil-qasam tal-Kura Primarja, jista’ l-Ministru jaqsam din l-informazzjoni skont iċ-Ċentri tas-Saħħa fejn dan is-servizz huwa offrut?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn l-2014 u l-2015 in-numru ta’ pazjenti li ghamlu uzu mill-anticoagulant clinics jidher fit-tabella t’hawn taht: RABAT 3080 QORMI 3052 B'KARA 2781 FLORIANA 2746 PAOLA 2569 Gozo 618 Cospicua 708

Lifestyle Clinics

Question

Jista’ l-Ministru jispjega kemm s’issa kienu l-persuni li rrikorew għas-servizz tal-lifestyle clinics?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sa Settembru 2015, attendew 248 –il pazjent ghas-servizz tal-lifestyle clinic.

Ftehim bejn id-Dipartiment tas-Saħħa u l-Isptar St James

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ operazzjonijiet se jsiru wara li dan is-sajf ġie mħabbar ftehim bejn id-Dipartiment tas-Saħħa u l-Isptar St James? Kemm se jibbenefikaw pazjenti minn dan il-ftehim?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bil-ftehim imħabbar matul is-Sajf li għadda s’issa saru mal-145 operazzjoni fl-Isptar St James, imħallsa mid-Dipartiment tas-Saħħa. Dawn l-operazzjonijiet huma meqjusa intermedjarji u huma day surgeries. Fost l-operazzjonijiet hemm dawk tal-Ears Nose and Throat (ENT) fosthom operazzjonijiet tat-tunsilli, operazzjonijiet tal-ftuq, kif ukoll operazzjonijiet vaskulari. F'Novembru dahal fis-sehh ftehim iehor dwar hip u knee replacements. Sa Issa saru 12 minn dawn l-operazzjonijiet.

Sptar Mater Dei – tul ta’ stennija fid-Dipartiment tal-Emerġenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, fuq medja, kemm qiegħed jistenna pazjent fl-Emerġenza? Jista’ jgħid ukoll kemm, fuq medja, kien idum jistenna pazjent fl-Emerġenza fil-ħames snin li għaddew?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ghal dawn l-ahjar sitt xhur madwar 90% ta’ dawk kollha li jidħlu l-Emerġenza jinqghed f'anqas minn 4 sieghat. Dan jikkontrasta bi kbir ma' dak li kien jigri sa sentejn ilu, meta l-medja ta' stennija fl-emergenza kienet ta' 13-il-siegha.

Qasam tas-Saħħa – infermieri ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu jsir biex nassiguraw li jkollna biżżejjed infermiera fid-dawl tal-fatt li bil-proġetti l-ġodda mħabbra fil-qasam tas-saħħa, mistennija tiżdied id-domanda għall-infermiera?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mis-sena skolastika li ghadha kemm bdiet ftit tax-xhur ilu dawk l-istudenti li qegħdin jieħdu l-kors fl-MCAST, Advance Diploma in Health and Social Care, se jkollhom il-kwalifiki tagħhom rikonoxxuti mill-Università ta’ Malta u se jkunu jistgħu jkomplu jistudjaw in-nursing fl-Università ta’ Malta. Permezz ta’ dan il-ftehim huwa stmat li l-infermiera l-ġodda fis-snin li ġejjin jiżdiedu b’mod sostanzjali. Dan jikkontrasta bil-kbir ma’ dak li kien jiġri bejn l-2006 u l-2010 meta gvern preċedenti kien daħħal numerus clausus fuq il-kors tan-nursing biex kien illimita n-numru ta’ studenti li setgħu jagħżlu dan il-kors. Ta’ kull sena wkoll id-Dipartiment tas-Saħħa, jipparteċipa f’kampanji mtella’ mill-Unjin tal-Infermiera u Qwiebel (MUMN) bil-għan biex aktar żgħażagħ jagħżlu karriera fin-nursing.

Sptar Mater Dei –Servizz ta’ IVF b’xejn

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il koppja bbenefikat mis-servizz tal-IVF b’xejn fl-Isptar Mater Dei?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn Jannar u Dicembru 2015, 177 kopja ibbenefikaw mis-servizz b'xejn tal-IVF fl-Isptar Mater Dei. B’kollox sa issa, din is-sena twieldu ħames trabi, hekk kif koppja kellhom tewmien. It-trabi kollha li twieldu huma bniet. Bħalissa hemm 27 koppja li għadha qed tistenna tarbija, ghalkemm ir-rizultati tal-IVFs li saru dan ix-xahar ghandhom mhux mgharrufa .

Proċess ta’ IVF – miżuri biex aktar koppji jagħmlu użu minn dan il-proċess

Question

Minħabba li għad hawn koppji li bis-sistema tal-IVF preżenti xorta ma jistax ikollhom tfal, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern biex aktar koppji jkunu jistgħu jużaw l-IVF?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-Gvern hatar "Review working Group" kompost minn esperti mill-Ministeru tal-Energija u s-Sahha, mill-Ministeru tal-Gustizzja kif ukoll mill- Ministeru tal-Libertajiet Civili biex jevalwa t-tibdiliet necessarji fil-Ligi prezenti tal-IVF u jhejji rapport dwar dan.

Ċittadini minn pajjiżi milquta bil-gwerra jingħataw kura f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ikollna sejħiet minn pajjiżi milquta bi gwerra biex ċittadini ta’ dawn il-pajjiżi jiġu għall-kura f’Malta?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul it-tieni konflitt fil-Libja ‘l hawn kellna 165 –il talba ghall-kura f’Malta. Barra minn hekk fl-ahhar zmien kellna ukoll 300 mitt talba ghal kura elletiva. Din minhabba li s-sistema tas-sahha fil-Libja hija batuta sew.

Mediċini Out of Stock

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-mediċini out of stock fil-preżent u jgħid kemm kienu l-mediċini out of stock fl-istess perjodu fil-ħames snin li għaddew?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-11 ta’ Marzu 2013, u skont mistoqsija parlamentari 274, kien hemm 183 mediċina out-of stock. B’sodisfazzjon kbir, fil-preżent m’hemm l-ebda mediċina out-of stock f’Mater Dei u għat-18-il ġimgħa din is-sena, ma hemm l-ebda medicina out of stock fil-POYC. Il-mediċini out-of-stock hija waħda mill-miżuri li huma meqjusin bħala prijorità fil-ħidma tagħna biex intejbu s-settur tas-saħħa.

Operazzjoni tal-Kataretti – lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li qegħdin jistennew li ssirilhom operazzjoni tal-kataretti? Jista’ jgħid kemm, fil-preżent, persuna qed iddum fuq il-waiting list għall-operazzjoni tal-kataretti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tnaqqis tal-waiting lists għall-operazzjonijiet hija waħda mill-prijorità li qed naħdmu fuqha fil-qasam tas-saħħa. Bħala Gvern nemmnu li biex jitjieb is-servizz tas-saħħa f’pajjiżna jeħtieġ li l-pazjenti ikun fiċ-ċentru tal-politika tagħna tas-saħħa u għalhekk jeħtieġ li ntejjbu l-patient outcomes biex il-pazjent ikun moqdi aħjar u f’inqas ħin. Filwaqt li sal-2013 persuna kienet iddum madwar tlett snin fuq il-lista ta’ stennija biex tagħmel operazzjoni, llum persuna ddum madwar sitt xhur tistenna. Bħala operazzjonijiet tal-kataretti żdied in-numru ta’ kemm qed isiru operazzjonijiet fejn din is-sena se jkunu saru 4,332 operazzjoni tal-kataretti meta mqabbel ma’ 2,564 fl-aħħar sena ta’ Gvern Nazzjonalista. Dan ifisser li kien hemm żieda ta’ madwar 68% fl-operazzjonijiet li saru. Fl-aħħar sena ta’ Gvern Nazzjonalista kien hemm 3,443 persuna fuq il-waiting list u bħalissa hemm madwar 1,385 fuq il-lista ta’ stennija għall-kataretti.

Smart City – Bini tal-Isptar Privat Ġwanni Pawlu II

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda jinbena l-Isptar privat Ġwanni Pawlu II fi Smart City?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan huwa investiment privat, u ninsab infurmat li l-applikazzjoni ġiet sottomessa u qegħda quddiem il-MEPA.

Sptar Mater Dei – lista ta’ stennija għal MRI

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li qegħdin jistennew biex isirilhom MRI? Jista’ jgħid ukoll kemm qed iddum persuna tistenna biex isirilha t-test tal-MRI?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn 18-il xahar fl-2013, illum persuna ddum tistenna madwar tlett u erba’ xhur biex tagħmel MRI.

Test tal-bone density – lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm fil-preżent qiegħda tistenna persuna biex isirilha t-test tal-bone density? Kif naqset jew żdedet din il-lista ta’ stennija fl-aħħar snin?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-aħħar xhur sar tibdil żgħir iżda sinifikanti dwar kif issiru l-appuntamenti għall-Bone Density Unit fl-Isptar Mater Dei. Dan it-tibdil wassal biex minflok kif kien isir qabel u persuna tispiċċa ddum xhur twal sakemm jasal iż-żmien għall-appuntament tagħha fil-Bone Density Unit, issa f’madwar erba’ ġimgħat qed tinqeda. Fil-passat is-sistema kienet li t-tabib tal-familja jew dak taċ-Ċentru tas-Saħħa, jibgħat ittra ta’ referenza għall-Out Patients tal-ġinekoloġija jew ortopedija, fejn l-appuntament kien jingħata lill-pazjent għal xhur wara. Meta jasal dan l-appuntament, kienet issir ittra ta’ referenza għal test fil-bone density unit, li mill-ġdid kienet tfisser stennija ta’ numru ta’ xhur għall-pazjent. Meta kien isir it-test tal-bone density, il-pazjent kien ikun mill-ġdid referut għall-Out Patients tal-ġinekoloġija jew ortopedija biex jingħataw ir-riżultat. Għal dan l-appuntament mill-ġdid il-pazjent kellu jistenna numru ta’ xhur. B’dan il-mod, il-proċess kollu kien idum madwar 18-il xahar. Dan kien dewmien bla bżonn ta’ ħafna burokorazija żejda. Illum it-tabib tal-familja jew taċ-Ċentru tas-Saħħa jagħmel l-ittra ta’ refernza għal bone density unit direttament. Dan fisser li minn sena u nofs issa persuna qed tinqeda fi żmien erba’ ġimgħat. Wara t-test tal-bone density il-pazjent jista’ jitlob ir-riżultat direattament lit-tabib tal-familja jew fiċ-Ċentru tas-Saħħa. Il-Bone Density Unit żied ukoll il-ħinijiet tal-ftuħ tiegħu. Dan id-Dipartiment minn wieħed li jiftaħ ħamest ijiem fil-ġimgħa, mit-Tnejn sal-Ġimgħa, issa qiegħed jiftaħ kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd inkluż il-btajjel publiċi.

Soċjetà li qieghda tixjieħ – miżuri biex jindirizzaw din il-realtà

Question

Fid-dawl li qegħdin ngħixu f’soċjetà li qiegħda kulma tmur tixjieħ, jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu biex fil-futur ikollna strutturi adegwati f’dak li għandu x’jaqsam mal-ġerjatrija?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm working group dwar il-qasam tal-ġerjatrija kemm ghall inpatients, outpatients u outreach, liema pjanijiet ser jithabbru dalwaqt.
Leg 12 PQ #18493 Sitting 337 2015-12-07 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Linji tal-Ajru Ewropej li għadhom 100% tal-Istat

Question

Jista’ l-Ministru jelenka liema huma l-linji tal-ajru Ewropej li għadhom 100% tal-Istat?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għat-Turiżmu, inkluż l-entitajiet li jaqgħu taħtu, ma jżommux tali nformazzjoni. Din l-informazzjoni tappartjeni lill-operat ta’ kumpaniji barranin.