Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-pulizija jingħatawx taħriġ kontinwu matul is-sena? Jekk iva, jista’ jispjega jekk dan it-taħriġ isirx biss internament jew jekk hemmx xi konnessjoni mal-Univeristà ta’ Malta jew saħansitra barra minn pajjiżna? Jista’ jgħid jekk kienx hemm xi tibdil f’din il-leġiżlatura sabiex jissaħħaħ dan it-taħriġ?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interepellant li ninsab infurmat li l-uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija jingħataw taħriġ kull meta jkun meħtieġ. Jekk tinħass il-ħtieġa, jingħataw ukoll taħriġ ta’ speċjalizzazzjoni f’suġġetti bħal fl-Immigrazzjoni jew fuq il-Vjolenza Domestika. Il-Korp jaħdem ukoll f’partnership mal-Universita’ ta’ Malta fuq ċertu korsijiet bħal dak tad-Diploma in Policing sabiex jiġu appuntati spetturi tal-Pulizija. Fuq livell reġjonali u internazzjonali, membri tal-Korp jattendu wkoll għall-korsijiet residenzjali organizzati mis-CEPOL, il-EUROPOL, il-FRONTEX kif ukoll f’kulleġġi jew akkademji tal-pulizija barranin oħra. Infurmat ukoll li membri tal-Korp jieħdu sehem fi programmi ta’ skambjar fuq livell reġjonali bħal dawk imniedija mis-CEPOL magħruf bħala The European Police Exchange Programme kif ukoll f’web seminars edukattivi fuq diversi suġġetti tal-Pulizija. Din il-leġislatura qed taħseb biex issaħħaħ aktar l-Akkademja tal-Pulizija, fosthom billi jiġi ntroddot, wara nuqqas ta’ ħafna snin, Direttur tal-Istudji, li xogħlu jkun it-tfassil ta’ kurrikula ġenerali u speċjalizzati għall-membri kollha tal-Korp.
Jista’ l-Ministru jispjega x’miżuri ħa dan il-Gvern sabiex titnaqqas il-kriminalità ġewwa pajjiżna kif ukoll tiżdied il-preżenza tal-pulizija fit-toroq tagħna?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li bħala miżuri sabiex titnaqqas il-kriminalita', id-Dipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali, apparti l-investigazzjonijiet, jagħti taħriġ speċifiku fil-crime prevention lil diversi kunsilli lokali, kif ukoll fl-iskejjel li jitolbu l-għajnuna tal-Pulizija.
Din is-sena flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tal-Persuni b'Dizabilità, dan id-dipartiment ta taħriġ lill-anzjani li jattendu ċ-ċentri ta' matul il-jum f'diversi lokalitajiet biex jiddentifikaw istanzi ta' abbuz u jkunu jafu x'għandhom jagħmlu u fejn għandhom jirrikorru.
Min-naħa tat-taqsima tar-Rizorsi Umani tal-Korp, minn Marzu 2013 infetħu zewġ ingaġġi għal kuntistabblijiet u ingaġġ għall-spetturi. Daħlu numru ta’ Kuntistabbli tar-Rizerva.
Dalwaqt jinfetaħ ukoll ingaġġ ieħor għall-kuntistabblijiet. Illum hemm 1,033 membru tal-Korp li jagħmlu xogħol fid-distretti ta’ Malta u Għawdex.
Korp tal-Pulizija – xiri ta’ vetturi u muturi moderni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk minn Marzu 2013 ‘il hawn, inxtrawx vetturi jew muturi moderni għall-Korp tal-Pulizija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi matul il-perjodu ta’ bejn Marzu 2013 sas-sena 2015 inxtraw sebgħin vettura u muturi għal-uzu tal-Korp tal-Pulizija, kif jidher fit tabella t’hawn taħt.
Sena
Vetturi
Muturi (Scooters)
Total
2013
12
2
14
2014
4
10
14
2015
42
-
42
Total
70
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jispjega l-inizjattivi ewlenin li se jkunu qed jagħtu opportunitajiet ġodda lill-SMEs tagħna permezz ta’ Fondi Ewropej? Kemm hemm SMEs proġettati li mistennija jibbenefikaw?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li SMEs f'setturi differenti ser ikunu jistgħu jibbenefikaw minn inizjattivi kofinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali. Dan għandu jwassal biex titjieb il-kompetitivita' tagħhom permezz ta' grants li se jkun jistgħu jiġu utilizzati biex ikopru parti mill-ispiża għall-proġetti ta' l-investiment tagħhom.
Inizjattiva f'dan ir-rigward hija l-SME Initative li hija strument finanzjarju li ser joffri garanziji għal self meħtieġ bl-għan li jkunu ffaċilitat l-aċċess għal finanzjament meħtieġ għall-investiment, b'rati ta' self aktar vantaġġjużi.
Huwa mistenni li minn dawn il-miżuri ser jibbenifikaw mijiet ta' SMEs.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm hemm fondi allokati għar-riċerka f’pajjiżna? X’tip ta’ għajnuniet qed jingħataw lill-istudenti tagħna?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li taħt l-Fondi Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, Malta ser tibbenefika minn aktar minn 70 miljun ewro li ser ikunu immirati lejn investiment ta' natura infrastrutturali.
Ninsab infurmat ukoll li mill-Fondi Soċjali Ewropew 2014-2020 Malta ser tkun qed tibbenefika minn madwar 24 miljun ewro sabiex nżidu l-opportunitajiet ta' taħriġ u riċerka miż-żgħażagħ u l-ħaddiema f'azjendi privati. Dawn jinkludu taħriġ għal matul il-ħajja (Life Long Learning), programmi ta' riċerka avvanzata kif ukoll programmi ta' Alternate Paths and Learning sabiex nagħtu opportunitajiet ġodda lill-istudenti li jkunu waqgħu lura fit-taħriġ tagħhom.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jispjega b’mod speċifiku kemm hemm fondi li ġew allokati għall-post-docs jew inkella boroż ta’ studji oħra mill-programm finanzjarju 2014-20?
Jista’ l-Ministru jgħid, minn Marzu 2013 sal-lum, kemm-il rekluta ġdid/a kellna fil-Korp tal-Pulizija? Kemm żdied il-complement tal-Korp s’issa, taħt din il-leġiżlatura?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li minn Marzu 2013 sal-lum, kien hemm 229 il-rekluta ġdid fil-Korp. Taħt din il-leġislatura, il-‘compliment’ tal-Korp żdied b’451. Dawn kienu mqassma kif ġej:
· Rekluti – 229
· Re-instatements – 81
· Kuntistabbli tar-Riżerva – 138
· Spetturi tal-Pulizija (kandidati minn barra l-Korp) - 3
Korp tal-Pulizija – Rapid Intervention Unit — membri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri li jagħmlu parti mir-Rapid Intervention Unit fil-Korp tal-Pulizija? Jista’ jgħid jekk dan l-ammont żdiedx minn kif kienu qabel fl-iskwadra mobbli u fl-iSpecal Assignment Group rispettivament? Kemm-il vettura hemm illum li qed jintużaw fuq ronda mir-Rapid Intervention Unit?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li sal-31 ta’ Diċembru 2015, fis-sezzjoni tar-Rapid Intervention Unit kien hemm mija, tnejn u tletin (132) membru. Bħalissa dan hu tmintax (18) il-membru tal-Korp inqas milli kien meta l-SAG u l-Mobile Squad ingħaqdu flimkien fl-Lulju 2013. In-numru ta’ vetturi li jintużaw għar-rondu mill-RIU huwa ta’ tletin (30).
Jista’ l-Ministru jgħid x’tibdil kien hemm fl-Akkademja tal-Pulizija minn Marzu 2013 sal-lum? X’taħriġ jingħata lil kull min jattendi?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li t-tibdil sinifikanti li kien hemm fl-Akkademja tal-Pulizija kien it-trasferiment tal-operat minn Sta Venera għall Ta’ Kandja. Kien hemm tibdil tal-Kmandant wara li spiċċa da ta’ qablu u inħatar direttur responsabbli mill-Operations – HR & Police Academy. Ma’ din it-tweġiba qiegħed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tlett tabelli li juru it-tahrig li sar fl-Akkademja minn Marzu 2013 sa Settembru 2015.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jelenka dawk il-proġetti ffinanzjati minn Fondi Ewropej li kienu l-aktar fil-periklu li jitilfu l-fondi u li tlestew fil-ħin grazzi għall-intervent f’waqtu?
Fondi Ewropej – proġetti marbuta ma’ ħarsien tal-kosta Maltija
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid x’ammont ta’ Fondi Ewropej għall-perjodu 2014-2020 se jintefqu fuq proġetti marbuta mal-ħarsien tal-kosta Maltija?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li madwar ħdax-il miljun ewro ser jintefqu fuq inizjattivi relatati mal-ħarsien tal-kosta mill-Fond għall-Affarijiet Marittimi u Sajd 2014-2020.
Fost l-inizjattivi hemm it-titjib fil-portijiet tas-sajd, modernizzar ta' siti ta' ħatt u bini ta' postijiet ta' kenn fil-portijiet. Ser ikun hemm ukoll titjib tal-għarfien dwar l-istat tal-ambjent marittimu inkluż l-ambjent tal-kosta.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid x’inhuma l-iskemi ta’ taħriġ għaż-żgħażagħ li qed jiġu ffinanzjati minn fondi Ewropej 2007-2013?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninsab infurmat li kien hemm erba' proġetti ffinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew li kienu jindirizzaw speċifikament is-settur taż-żgħażagħ bl-iskop ewlieni li dawn jintegraw fis-suq tax-xogħol. Dawn il-fondi kienu jammontaw għal € 12.7 miljun.
Dawn il-proġetti huma:
· Youth Employment Programme;
· Embark for Life – Integration for socially excluded youths;
· Inclusion for Employment;
· Youth Guarantee.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jispjega kif jaħdem il-programm LEADER? Min huwa eleġibbli u x’tip ta’ interventi jistgħu jiġu ġġustifikati?
Response (GRECH, LOUIS)
Il-Programm LEADER huwa wieħed mill-miżuri fil-Programm għall-Iżvilupp Rurali iffinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Dan il-programm jagħti opportunita' lill-diversi għaqdiet u Kunsilli Lokali sabiex iwettqu diversi inizjattivi biex jkun hemm żvilupp u titjib fiż-żoni Rurali ta' Malta. Il-Programm LEADER huwa mmexxi minn Gruppi Azzjoni Lokali (GAL). Dawn il-Gruppi Azzjoni Lokali jaraw li titfassal strateġija wara konsultazzjoni sħiħa mal-partijeit ikkonċernati.
L-entitajiet/Kunsilli Lokali li huma f'żoni Rurali jistgħu jipparteċipaw f'dan il-Programm. L-inizjattivi huma varji iżda dejjem iridu jkunu bbażati fuq l-istrateġija li titfassal mill-GAL wara li tiġi approvata mill-Awtorita' ta' Ġestjoni.
Pannelli Fotovoltajċi –sussidju b’fondi Ewropew lil familji
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm ġew allokati Fondi Ewropej għal din is-sena biex jingħataw bħala sussidju lil dawk il-familji li japplikaw biex jistallaw pannelli fotovoltajċi? Kemm daħlu applikazzjonijiet? Kemm hemm familji li mistennija jibbenefikaw?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li matul l-2015 ġew allokati ħmistax-il miljun ewro minn Fondi Ewropej għal min jixtieq jinvesti f'pannelli fotovaltajiċi. Huwa stmat li din l-iskema għandha l-potenzjal li tgħin madwar 7,000 familja.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-test tal-gait analysis bediex isir Malta u jekk iva, kemm s’issa bbenfikaw pazjenti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li permezz ta' ftehim li intlahaq mal-Universita ta' Malta, minn Marzu ta' din is-sena ser jibda jigi offrut servizz gdid tal-Gait Analysis lill-pazjenti minghajr hlas. Il-ftehim bejn l-Universita ta’ Malta u d-Dipartiment tas-Sahha gie ffinalizzat u t-tghamir specjalizzat necessarju inxtara. Bhalissa qed isir l-instalazzjoni ta’ dan l-apparat flimkien mal-ahhar preparamenti biex jibda jinghata dan is-servizz lill-pazjenti.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda jsir l-iscreening tal-għonq tal-ultru? Kemm se jintefqu flus fuq dan l-iscreening?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz tal-iscreening ghall-kancer tal-ghonq tal-utru diga beda f'Ottubru li ghadda. L-ewwel appuntamenti ntbaghtu fis-6 t’Ottubru u sa Dicembru 2015 ntbaghtu 1098 stedina u matul din il-Gimgha ntbaghtu 200 invit iehor.
Kura ta’ tfal barra minn Malta akkumpanjati minn żewġ ġenituri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, kemm ilha li daħlet il-miżura li anke t-tieni ġenitur jakkumpanja lill- uliedu għal kura barra l-pajjiż, kemm kien hemm ġenituri li marru għall-kura ma’ uliedhom? Kemm ġiet tiswa din il-miżura?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-ewwel ta’ Jannar 2014 meta dahlet fis-sehh din il-mizura, sa nofs Dicembru 2015 kien hemm 359 –il familja li bbenefikaw mill-mizura li l-passagg tat-tieni persuna li takkumpanja pazjenti taht it-tmintax il-sena li imorru ghall-kura barra il-pajjiz jigi kopert mil-gvern.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm studenti u tobba ta’ kull sena qegħdin jużaw is-Simulation Centre li hemm fl-Isptar Mater Dei?
Response (MIZZI, KONRAD)
: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn meta gie inawgurat ic-Centru ta’ Simulazzjoni Medika fil-25 t’Ottubru 2014 sallum, kien hemm 3186 episodju ta' taghlim lil tobba u student fic-Centru ta' simulazzjoni gewwa Mater Dei.