Legislature:
Category:
Reset
Active:

Protezzjoni Ċivili – Assistant Rescue Officer – rekluti ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta u kemm daħħlu rekluti ġodda fi ħdan il-Protezzjoni Ċivili? X’taħriġ ingħataw sabiex saru Assistant Rescue Officers? Jista’ jgħid meta sar l-aħħar reklutaġġ għall-membri ġodda mal-Protezzjoni Ċivili?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li reċentement daħlu 42 Assistance and Rescue Officers ġodda. 41 minnhom ġew ingaġġata b’effett mit-30 ta’ Marzu, 2015 filwaqt li wieħed (1) beda fis-17 ta’ Awwissu, 2015. Huma ġew mogħtija kors ta’ tagħlim ta’ tnax il-ġimgħa u ġew mgħallma s-suġġetti u l-iskills imsemmija fid-dokument li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Protezzjoni Ċivili – Assistant Rescue Officers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jissieħbu aktar voluntiera fi ħdan il-Protezzjoni Ċivili, dan peress li ħafna mill-voluntiera issa daħlu jaħdmu bħala Assistant Rescue Officers?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-bidu ta’ dan ix-xahar saru l-interviews għall-voluntiera fi ħdan il-Protezzjoni Ċivili. Minn dawn, disa’ u sittin persuna ssieħbu bħala voluntiera.

Immigranti Irregolari

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm waslu immigranti irregolari ġewwa pajjiżna bejn l-2008 u l-2015, sena b’sena b’mod separat?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn is-sena 2008 u s-sena 2015 daħlu 10,443 immigrant irregolari f’pajjiżna. Dawn kienu mqassma kif ġej: Fis-sena 2008 – 2,775 Fis-sena 2009 – 1,475 Fis-sena 2010 – 47 Fis-sena 2011 – 1,579 Fis-sena 2012 – 1,890 Fis-sena 2013 – 2,008 Fis-sena 2014 – 569 Fis-sena 2015 - 100

Ċentri magħluqa u Ċentri miftuħa — refurbishment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx refurbishment ġewwa ċ-Ċentri Magħluqa kif ukoll ġewwa ċ-Ċentri Miftuħa?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fiċ-Ċentri Miftuħa qiegħed isir refurbishment f’dak tal-Marsa, sabiex parti minnhu isir Initial Reception Centre għall-adulti . Kien sar fil-passat refurbishment simili f’Ħal Far biex sar Initial Reception Centre għal minorenni.

Ftehim ma’ pajjiżi Ewropej rigward stabbilità u sigurtà f’pajjiżna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx xi ftehim ma’ pajjiżi Ewropej sabiex jassigura aktar stabbilità u sigurtà f’pajjiżna, speċjalment fejn tidħol il-problema tal-immigrazzjoni?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jikkjarifika l-mistoqsija.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – taħriġ edukattiv u sportiv lill-inmates

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma qed issir ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin sabiex ir-residenti jkollhom taħriġ, kemm edukattiv kif ukoll sportiv?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bl-iskop li jintlaħaq l-għan riabilitattiv għall-priġunieri, is-Servizzi Edukattivi ġewwa l-Faċilita’ qiegħed kull ma jmur jikber. Matul is-sena 2015, b’kollox ġew offruti 54 kors lil priġunieri nisa, rġiel u dawk żgħażagħ. Is-servizz edukattiv ġewwa l-Faċilita’ Korrettiva jinkludi l-edukazzjoni formali u dik mhux formali. Dan jikkonsisti f’taħriġ akkademiku, taħriġ fl-i¿vilupp personali u l-qasam sportiv. Tingħata wkoll importanza lill-aspett vokazzjonali u lill-qasam tax-xogħol. Kull qasam joffri firxa ta’ opportunitajiet ta’ taħrig, bi stili differenti li jkunu addattati għall-ħtiġijiet tal-popolazzjoni kurrenti tal-Faċilita’. F’dan l-isfond, ġew offruti korsijiet f’suġġetti akkademiċi differenti; korsijiet ta’ għarfien personali permezz tal-arti, mużika, drama u fotografija; u korsijiet ta’ taħriġ fir-riżorsi umani, customer care, management, ICT, food handling, first aid u stone masonry, fost l-oħrajn. Apparti minn dan, diversi priġunieri qiegħdin jattendu korsijiet varji minn Livell MQF 1 sa livell MQF 6 ġewwa l-MCAST u l-ITS. Fi ħdan il-qasam sportiv, ġew offruti b’mod kostanti programmi differenti ta’ taħriġ fi¿iku u programmi ta’ taħriġ tekniku. Dawn jinkludu kampjonati u attivitajiet varji tal-football, ġieli anke bil-parteċipazzjoni ta’ players nazzjonali, li jservu wkoll ta’ role models po¿ittivi għall-priġunieri. Għat-tieni sena konsekuttiva, it-team uffiċjali tal-Faċilità qed jieħu sehem ukoll fil-Kampjonat Masters, kampjonat rikonoxxut mill-MFA. Attivitajiet ta’ weightlifting, yoga u boċċi ġew ukoll organizzati minn żmien għal żmien, bil-kollaborazzjoni ta’ entitajiet sportivi oħra. Barra minn hekk, sabiex ir-residenti jkollhom aktar opportunita ta’ eżerċizzju fiżiku, il-ħinijiet tal-ftuħ tal-gym tal-Faċilita’ ġew imtawla. Sabiex is-Servizz Edukattiv fi ħdan il-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin jibqa’ jikber qiegħdin jiġu sostunti l-kuntatti ma’ diversi imsieħba soċjali, fosthom id-Direttorat tal-Life Long Learning, l-ETC, l-Universita ta’ Malta, l-MCAST, l-ITS, Koperattivi Malta, EPEA Malta Branch u Mid-Dlam għad-Dawl.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – kollaborazzjoni bejn uffiċjali korrettivi u residenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif qed issir, bil-fatti, il-kollaborazzjoni bejn l-uffiċjali korrettivi u r-residenti tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin bħala parti mir-riabilitazzjoni tal-istess residenti?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kollaborazzjoni bejn l-uffiċjali korrettivi u r-residenti tal-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin, bħala parti mir-rijabilitazzjoni tar-residenti hija waħda kontinwa. Din ġiet riflessa fi proġetti bħal rinovar ta’ diviżjoni 7 u anke fost oħrajn xogħol fuq id-dar residenzjali Sister Maria Adele Baldacchino fil-Belt Valletta. Taħt is-superviżjoni ta’ l-uffiċjali korrettivi isir ukoll xogħol ta’ manutenzjoni f’diversi taqsimiet tal-Faċilita’ Korrettiva.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – residenti eleġibbli għal xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-residenti ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin humiex eleġibbli sabiex ikollhom xogħol kemm ġewwa l-Faċilità kif ukoll fuq barra? Jista’ jgħid jekk saritx xi ħidma fuq dan il-qasam jew jekk hemmx xi pjanijiet għal quddiem?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-eġibilita’ ta’ xogħol kemm ġewwa l-Faċilita’ Korrettiva, kif ukoll fuq barra, hu regolarizzat mir-Regolamenti tal-Ħabs (S.L.260.3). Kull persuna ġewwa l-Faċilita’ Korrettiva li mhix qiegħda tagħmel perjodu ta’ Division Confinement tiġi kkunsidrata sabiex ikollha xogħol ġewwa l-Faċilita’. Sabiex persuna tagħmel xogħol fuq barra, jiġu implimentati d-direttivi tal-Prison Leave. Preżentament qed issir reviżjoni sabiex id-direttivi jiġu addattati skont il-ħtiġijiet kurrenti.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – rwol ta’ Care Plan Coordinator

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’se jkun ir-rwol ta’ Care Plan Coordinator ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u għaliex inħass il-bżonn sabiex jiġu impjegati?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-rwol ta’ dawn il-Care Plan Coordinators huwa kif deskrit hawn isfel; a) Evalwazzjoni tal-priġunieri b) Kontribut fit-tfassil ta' pjanijiet ta' kura għall-priġunieri c) Jassisti priġunieri fl-implimentazzjoni ta' pjanijiet ta' kura d) Jimmotiva priġunieri sabiex jinvolvu ruħhom fit-twettiq tal-pjan ta' kura tagħhom e) Jimmonitorja li l-piġunieri jkunu konformi mal-pjan ta’ kura tagħhom f) Jagħmel żjarat u jikkoordina ma' organizzazzjonijiet u/jew professjonisti oħra, kif meħtieġ g) Iżomm rekords aġġornati tal-każijiet kollha h) Iħejji rapporti dwar priġunieri, kif meħtieġ i) Jaħdem f’ambjent mutli-dixxiplinarju sabiex jikkontribwixxi lejn approwċ ħolistiku fis-servizz provdut j) Jipprovdi feedback u jikkontribwixxi waqt li t-tim mutli-dixxiplinarju jkun qiegħed jirrevedi l-pjanijiet ta' kura, permezz tas-Sezzjoni tal-Kura u r-Reintegrazzjoni k) Jinżamm kuntatt ma' sezzjonijiet oħra fi ħdan id-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi b'konsiderazzjoni speċjali għall-implimentazzjoni tal-pjan ta' kura tal-priġunieri l) Jagħti xhieda fil-każijiet quddiem il-Qorti, skont il-ħtieġa m) Jassisti lil min ikun ħati biex jifhem il-ħsara li hu seta’ kkawża lill-vittma/i u/jew lis-soċjetà, u jippromwovi programmi ta’ medjazzjoni mal-vittma/i Inħass il-bżonn li jiġu impjegati l-Care Plan Coordinators sabiex jagħtu appoġġ fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Att dwar Ġustizzja Riparatriċi (Kap 516), b’mod speċjali sabiex jaħdmu flimkien ma’ professjonisti oħra bħal ħaddiema soċjali u psikologi. B’hekk l-istruttura tal-professjonisti hija mistennija li tissaħħaħ. Il-proċess ta’ ingaġġ għal dawn il-professjonisti jinsab fil-fażi finali.

Protezzjoni Ċivili – vetturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il vettura hemm stazzjonata mal-Protezzjoni Ċivili? Jista’ jgħid kemm ilhom jiġu użati dawn il-vetturi?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm tlieta u tmenin (83) vettura stazzjonata mal-Protezzjoni Ċivili. Dawn il-vetturi ilhom jiġu wżati skont it-tabella t’hawn taħt. Year of ownership Total of vehicles 1992 3 1996 3 1997 1 1998 23 1999 2 2000 2 2002 5 2004 3 2006 3 2007 2 2009 5 2010 3 2011 2 2012 1 2013 13 2014 6 2015 6

Protezzjoni Ċivili – Protective Personal Equipment — Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f’protective personal equipment li ngħata lill-membri tal-Protezzjoni Ċivili minn Marzu 2013 ‘il hawn? Jista’ jgħid jekk kienx hemm xi tip ta’ apparat ieħor li nxtara sabiex ikunu jistgħu jaħdmu aħjar l-istess membri tal-Protezzjoni Ċivili?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din l-amministrazzjoni qeda kontinwament tinvesti fl-immodernizzar tad-dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Nemmnu fil-valur tal-ħidma offruta mill-pumpiera u għalhekk ħsibna biex dawn ikunu mgħammra b’ilbies protettiv li jsaħħaħ is-sigurta’ tagħhom waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Fl-aħħar sentejn investejna f’ilbies protettiv ġdid għal-membri kollha li llum ilaħħqu il-mija, sitta u sebgħin membru. L-akbar numru tad-dipartiment f’dawn l-aħħar sittax - il sena b’valur ta’ € 215,900 inxtraw fost l-oħrajn fire kits, safety shoes, safety helmets, gas masks, flash hoods u fire fighting suits. Imqassam fuq pjan ta’ ħames snin b’investiment ta’ aktar minn 8 miljuni, l-flotta tal-vetturi ta’ dan id-dipartiment diġa bdiet tinbidel. Fl-aħħar sentejn il-valur ta’ vetturi mibdula jammonta għal € 2,250,000. Inxtara wkoll apparat ieħor għal valur ta’ € 98,386 li jinkludi extension ladders, apparat għal-USAR, rescue tripods, upsailing ropes u rescue stretchers.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – titjib fis-sitwazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tibdil sar fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin sabiex titjieb is-sitwazzjoni diżastruża li nstabet fiha din il-Faċilità?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-2013 sal-lum saru dawn it-tibdiliet: Ġie rinovat il-post fejn isiru il-visti lill-priġunieri. Ġiet rinovat Division 7 mil-ġdid. Inxtraw sitt (6) iklieb ġodda biex jgħinu fil-ġlied kontra droga. Id-divizjoni tan-nisa ġiet mibdula għal division akbar u aktar spazzjuza billi ġew trasferiti mil Ex-female għal fejn kienu jin¿ammu Juvinille. Il-Juvinille section inħarġet mil-facilita’ ta’ Kordin u illum qed jinżammu ġewwa Imtahleb. Iddaħlu 64 uffiċċjal korrettiv ġdid. Bdiet titħaddem is-sistema tal-parole li qabel ma kienitx titħaddem u sa issa ibbenifikaw minnha madwar 60 priġunier. Inbniet playroom ġdida għat-tfal tal-inmates li ma kinitx tezisti qabel. Żdied konsideravolalment it-tagħlim ta’ suġġetti varji fil-faċilita’. Ħatra ta’ direttur tal-ħabs. Upgrade tas-sistema tat-telefonija. Wasal fl-aħħar il-proċess ta’ ingaġġ ta’ professjonisti.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – programm ta’ rijabilitazzjoni għal inmates

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inmates li attendew għal programm ta’ rijabilitazzjoni bejn is-sena 2003 u s-sena 2015, sena b’sena?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — klieb

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm klieb ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin? Meta nxtraw u kemm inxtara kull wieħed? Jista’ jgħid kemm kien hemm klieb stazzjonati ġewwa l-istess Faċilità qabel Marzu 2013?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li din l-amminsitrazzjoni sabet il-qasam tat-tfittxija tad-droga fil-ħabs tas-sezzjoni tal-K9 fi stat ta’ abbandun. Ninfurmak li qabel Marzu 2013 il-klieb tal-Faċilita’ kienu spiċċaw meqjusa bħala pets tal-priġunieri mingħajr taħrig addattat u l-kapaċita li jaqdu d-doveri tagħhom fit-tfittxija ta’ kontra sustanzi illegali. Dawn il-klieb li kienu jammontaw għal għaxra (10) bil-maġġoranza tagħhom tkun tar-razza Springer, kienu spiċċaw jiġu mitmugħa u mħarsa mir-residenti infushom. Dawn lanqas biss kellhom il-faċilita’ ta’ dog handler personali peress li n-nuqqas fin-numru ta’ personnel fl-entita kien wassal biex dawn id-dog handlers jintbagħtu jaħdmu fid-diviżjonijiet. Din l-amministrazzjoni ħadet din is-sitwazzjoni bis-serjeta u bdiet tieħu diversi mi¿uri biex issaħħaħ il-ġlieda kontra d-droga. Għal dan il-għan fis-sena 2014 sar investiment f’sitt (6) iklieb tar-razza German Shepard li inġibu mir-Repubblika Ċeka. Huma inxtraw għal valur ta’ elfejn u erba’mija li għal daqstant fit-total jammontaw għal erbatax-il elf u erba’ mitt Ewro. Kull kelb ġie assenjat dog handler personali u ingħataw taħrig ta’ livell għoli. Dan it-taħrig baqa fuq bażi regolari u fiż-żmien qarib se jibdew taħriġ crowd control. Infurmat li matul is-sena 2015 dawn il-klieb ġew utilizzati f’aktar minn elfejn u tlett mitt spezzjoni fil-Faċilita’. Illum il-ġurnata dawn il-klieb jinżammu f’binja addattata ‘il bogħod mill-Faċilita’ f’Kordin. Għat-transport tagħhom sar ukoll ix-xiri ta’ vann apposta li jinkludi l-arja kkundizzjonata.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – Urine test fuq priġunieri u gwardjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il urine test sar fuq il-priġunieri ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin bejn l- 2009 u l-2013, sena b’sena, b’mod separat? Jista’ jgħid jekk kienx isir l-istess test fuq il-gwardjani ġewwa l-Faċilità?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammonti ta’ urine test li saru fuq il- priġunieri ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin bejn l- 2009 u l- 2013 jinsabu fit-tabella t’hawn taħt. Ninsab infurmat li l-istess test fuq il-gwardjani beda jsir fl-2014. Sena Total ta’ urine test 2009 252 2010 263 2011 262 2012 1,440 2013 1,125

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – Urine test fuq priġunieri u gwardjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm–il urine test sar fuq il-priġunieri u fuq il-gwardjani ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin bejn Marzu 2013 sad-data li fiha se tinqara din l-interpellanza?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn Marzu 2013 u llum ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin saru 3732 urine test fuq il-priġunieri u 220 urine test fuq il-gwardjani.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – post fejn jiltaqgħ l-ulied tal-inmates

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn jiltaqgħu ulied l-inmates meta dawn jattendu bħala viżitaturi ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li wlied l-inmates taħt is-seba’ snin li jattendu bħala viżitaturi ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin jiltaqaw fil-playroom li saret fl-2014 u it-tfal ta’ eta akbar jiltaqaw fil-visiting areas normali.

Korp tal-Pulizija – rekluti ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rekluti ġodda fil-Korp tal-Pulizija bejn is-sena 2008 u sena 2013?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi mis-sena 2008 sa 2013 ġew ingaġġati erba’ mija wieħed u tletin (431) il-kuntistabbli ġdid fil-Korp tal-Pulizija.

Korp tal-Pulizija –kundizzjonijiet ta’xogħol aħjar

Question

Jista’ l-Ministru jispjega b’mod konkret kif qed jaħdem favur kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar għall-membri tal-Korp tal-Pulizija, wegħda li għamel dan il-Gvern qabel l-elezzjoni tal-2013?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif wiegħed il-Gvern qabel l-elezzjoni tal-2013 ,ir-rata fuq l-‘extra duty’ nizzlet għal 15%, il-membri f’Korpi dixxiplinati għandhom il-possibilità li jidħlu membri f’unjin u kien hemm emendi fil-liġi fiz-zieda ta’ pieni għal perusni li jheddu u jaggredixxu uffiċjali tal-pulizija waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.

Korp tal-Pulizija – membri ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il membru ġdid ingħaqad mal-Korp tal-Pulizija, minn Spettur ‘il fuq, minn Marzu 2013 ‘il hawn?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interepellant li ninsab infurmat li mis-sena 2013 sal-lum ġew ingaġġati sitt (6) membri fil-Korp li kellhom ir-rank ta’ Spettur ‘il fuq. Dawn kienu Supretendent li ġie re-instated u ħames Spetturi li tnejn (2) minnhom kienu re-instated.