Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu impjegati full-time jew part-time fil-Malta Freeport Corporation bejn Marzu 2008 u Marzu 2013, sena b’sena b’mod separat, u minn liema lokalitajiet kienu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fis-sena 2014 il-MITA ibbenifikatx minn xi Fondi Ewropej? Jekk iva, kemm kienu u kif intużaw?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill Onor. Interpellant li fis-sena 2014 il-MITA ibbenifikat min fondi mill-Unjoni Ewropea, dawn kienu jammontaw għal kwazi mitejn u għaxart elef ewro (€210,000) Parti min dawn il-fondi ntużaw biex il-MITA pparteċipat f’proġetti pilota f’diversi oqsma tas-servizz pubbliku elettroniku u proġetti oħra li kienu jinkludu kampanji ta’ għarfien għall-ħiliet u mpjiegi fis-setturi tal-ICT u f’networks tematiċi, kif ukoll biex ġiet akkwistata parti mill-eLearning Platform għall-iskejjel tal-Gvern.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li bbenefikaw mill-iStudent Advantage Scheme?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għall-iskema “Student Advantage Scheme” bbenifikaw madwar 40,000 student,dawn kienu eleġibli b’mod awtomatiku.
Dan kien possibli wara li ġie milħuq ftehim bejn il-MITA u Microsoft, fejn wara li għal perjodu li l-istudenti setghu jirregistraw b’mod faċli online għal din l-iskema, din l-istess skema ġiet estiża għall-istudenti kollha illi jattendu skejjel tal-Istat, MCAST u Giovanni Curmi Higher, filwaqt li is-skejjel tal-Knisja u dawk indipendenti kellhom iċ-ċans illi jagħmlu l-arrangamenti meħtiega direttament mal-kumpanija Microsoft.
Skond statistika hekk kif provduta sal-bidu ta’ Ġunju 2015, jirriżulta li dan is-software ġie mniżżel madwar 72,000 darba. Dan peress illi kull student kellu l-opportunita li jinstalla dan is-software b’xejn sa massimu ta’ 5 darbiet.
Jista’ l-Ministru jagħti update rigward id-Digital Malta Strategy?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-attivitajiet prinċipali li saru jew qed isiru tul din l-aħħar sena huma:
- Fil-bidu tal-2015, inġabar il-program ta’ inizzjattivi għas-sena 2015. F’dan il program hemm iktar min 200 inizjattiva li bħalissa qed isir xogħol fuqhom minn diversi dipartimenti u entitajiet.
- Dan ifisser li fl-2015 kien għaddej xogħol fuq 56 azzjoni (79%) mill-71 azzjoni tal-istrateġija.
- Sa nofs is-sena 2015, 62 mill-inizjattivi kienu 75% jew aktar kompleti.
- Fid-9 u l-10 ta’ Settembru 2015 ġew organizzati żewġ
workshops
ta’ konsultazzjoni. L-iskop ta’ dawn il-
workshops
kien biex partijiet interessati jinżammu aġġornati b’dak li qed isir, kif ukoll ikollhom ċ-ċans li jagħtu l-idejat taħhom għal program ta’ inizzjattivi tal-2016. Għal dawn il-
workshops
kien hemm mistiedna rappreżentanti tal-ġvern u entitajiet pubbliċi, kumpaniji privati, kif ukoll ċittadini u l-pubbliku ġenerali.
- Bejn Jannar u Frar 2016, qed jinġabar il-program ta’ inizzjattivi għas-sena 2016 u qed isir ir-rapport tax-xogħol li sar fuq l-inizjattivi li kienu qegħdin jitwettqu fl-2015.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jeżistix xi sit online fejn wieħed ikun jista’ jikkompara prezzijiet rigward servizzi ta’ komunikazzjoni offruti f’pajjiżna?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita’ ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni tixtieq tikkonferma li s-sit elettroniku www.telecosts.com huwa sit li jservi ta’ gwida u assistenza għall-konsumaturi sabiex jidentifikaw liema huma dawk il-pakketti offruti minn operaturi lokali li huma l-aktar approprjati għall-bżonnijiet individwali tagħhom. Din l-assistenza tkun ibbażata fuq informazzjoni mogħtija mill-konsumaturi lis-sit dwar il-mod individwali li huma normalment jagħmlu użu mis-servizz jew għall-mod individwali li huma bi ħsiebhom jagħmlu użu mis-servizz.
Malta Freeport Corporation – taħriġ lill-impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux jingħata xi tip ta’ taħriġ lill-impjegati tal-Malta Freeport Corporation?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li uħud mil-mpjegati attendew għal taħriġ li sar matul is-sena 2015, fosthom il-Basic Oil Terminal refresher security course, train the trainer course u Oiltanking Malta Ltd refresher course.
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qegħdin jittieħdu rigward is-sigurtà ġewwa l-Malta Freeport Corporation?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lil-Onor Interpellant li permezz tal-Uffiċjali tas-sigurta’ l-kontejners jiġu mmoniterjati waqt li jkunu fuq il-moll tat-Terminal permezz ta’ ronda sabiex ikun ivverifikat illi ma ġewx immanipulati sakemm ikunu fuq stennija għal Transitu minħabba l-kontenut tagħhom. Ġiet introdotta ukoll sistema ġdida li jiġu iċekjati l-ammont ta’ kontejners bis-siġilli ta’ kuljum waqt li jkunu f’posthom sabiex tiżdied is-sorveljanza li jibqgħu ntatti waqt li jkunu prezenti.
Mad-dħul u ħruġ il-kontejners jgħaddu mill-iskenners apposta tar-radjazzjoni sabiex tkun issalvagwardjata s-saħħa pubblika kif ukoll minħabba l-pozizjoni ta’ Malta li nistgħu nkunu ta’ pont għall-Ewropa minn kontejners li ġejjin min barra. Meta jinstabu kontejners b’kontenut riskjuż jew ta’ ċertu kontenut bħal sigaretti ,xorb u armi dawn jitpoġġew f’post apposta jew taħt solverjanza stretta sabiex ikun żgurat li ma jintmissux minħabba n-natura tagħhom.
Minħabba traffikar t’oġġetti llegali bħal armi, drogi u kutrabandu relatat jiġu effetwati ukoll tfittxijiet mal-gates kemm fuq vetturi kif ukoll fuq il-persuni waqt id-dħul u l-ħruġ tagħhom. Barra minn hekk jitwettqu wkoll tfittixijiet intensivi fuq erba’ vetturi kull tmien siegħat sabiex tizdied is-sigurta ġewwa u barra t-Terminal.
Min naħa tas-sigurta qed jiġu mmoniterjati wkoll vapuri li jiġu minn pajjizi li għandhom ċertu rabtiet magħhom ta’ ġlied jew gwerrer ċivili fejn jista’ jwassal għal traffikar t’armi jew splussiv fejn isiru spezzjonijiet u tfittxijiet fuq crew jew ħaddiema waqt id-dħul u l-ħruġ tagħhom.
L-Port mgħammar ukoll b’sistema ta’cameras ta’ sigurta mill-awqa fejn jkun hemm uffiċjali tas-sigurta’ magħhom il-gurnata kollha f’kamra apposta ta’ kontroll armata b’monitors ikkonetjati sabiex jissorvelja l-andament fuq it-Terminal ‘on real time’
Jista’ l-Ministru jgħid x’taħriġ jingħataw ir-rekluti fil-Forzi Armati ta’ Malta? Sar xi tip ta’ tibdil fuq dan it-taħriġ f’din il-leġiżlatura?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li membri tal-Forza waqt ir-reklutaġ bażiku tagħhom jingħataw taħriġ fuq suġġetti vari bħal weapon handling, drill, navigazzjoni, sparar, International Humanitarian Law, Malta Armed Forces Act, eżerċizzju fiżiku, etc... L-għan ta dan it-taħriġ huwa li jipprepara lir-rekluta għad-dmirijiet militari. Matul din il-leġislatura il-Gvern żied iktar fondi għat-taħriġ fl-Armata u ċertu taħriġ/courses militari qed jiġu issa rekonoxxuti f’livelli vari mil-MQRIC ħalli b’hekk it-taħriġ li jingħata jiġi rikonoxxut fis-settur ċivili u qed jsiru wkoll courses speċjalizzati b’kollaborazzjoni ma istituzzjonijiet rikonoxxuti kemm lokalment u anki barra l-pajjiż.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk inxtarax apparat ġdid għall-Forzi Armati ta’ Malta minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun qed tinqara din l-interpellanza, sabiex ittejjeb il-ħidma tal-Forzi Armati ? X’apparat inxtara u x’kienet in-nefqa ?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Marzu 2013 sal-aħħar tas-sena 2015, inxtraw diversi apparat fosthom armi, vetturi, search and rescue equipment, clothing equipment fost oħrajn. Aktar informazzjoni tinsab fuq it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk inxtrawx vetturi ġodda għall-Forzi Armati ta’ Malta? Jekk iva, kemm inxtraw u x’tip ta’ vetturi nxtraw? Għal liema raġuni nħasset il-ħtieġa li jinxtraw dawn il-vetturi?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Marzu 2013 sal-lum inxtraw tmintax il-vettura għal-Forzi Armati ta’ Malta. Dawn kienu mqassma kif ġej:
Fis-sena 2013 – 2 Land Rovers
Fis-sena 2015 – 7 Land Rovers
Fis-sena 2015 – 4 IVECO VM Troop Carrier Vehicles
Fis-sena 2015 – 5 Low Emission Staff Cars
Dawn il-vetturi nxtraw biex tiżdied l-effiċenza ta’ l-operat tal-Forza fil-qagħdi ta kuljum u biex tibda timbidel il-flotta ta vetturi antiki li teżisti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il helicopter inxtara għall-Forzi Armati ta’ Malta bejn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun qed tinqara din l-interpellanza? Hemm xi ħsieb li jinxtraw aktar? Jista’ jgħid x’użu jsir minn dawn il-helicopters?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul dan il-perjodu waslu żewġ helikopters ġodda u ġie ffirmat ukoll ix-xiri tat-tielet wieħed li għandu jasal aktar tard din is-sena. L-għan ta’ din il-flotta ġdida hija biex il-pajjiż jkollu assi moderni biex l-Armata tkun tista tisvolgi l-opert ta Search and Resecue (SAR) u Border Control b’aktar effiċenza. Dawn il-helikopters ha jkunu qedin jibdlu il-flotta antika li bħal issa l-Armata qed topera bihom.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta jingħatawx taħriġ kontinwu? Jekk iva, jista’ jgħid jekk dan it-taħriġ isirx biss ġewwa pajjiżna? Fiex jikkonsisti dan it-taħriġ?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri tal-Forza jingħataw taħriġ kontinwu kemm Malta kif ukoll barra l-pajjiż. It-taħriġ li jingħata huwa iffukat fuq speċjalizzjonijiet varji biex jkabbru l-ħiliet u l-effiċenza ta’ l-Armata waqt l-operat tagħha.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk qattx inxtraw klieb għat-Taqsima tal-Protezzjoni Ċivili matul din il-leġiżlatura? Jista’ jgħid kemm inxtraw kull wieħed? Jista’ jgħid meta l-aħħar li kienu nxtraw dawn il-klieb?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din il-leġislatura d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili xtara sitt (6) t’iklieb tar-razza German Shepherd. Dawn inxtraw fl-1 ta’ Settembru, 2014 għas-somma ta’ 2,400 Euro l-wieħed.