Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna għamlet użu mir-Responsible Gaming Foundation?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-benefiċjarji tar-responsible gaming foundation huma dawk in-nies li sfortunatament jkollhom problema bil-logħob, b’kollox daħlu 31 applikazzjoni li minnhom ġew magħzula 21.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ applikazzjonijiet ġodda li rċeviet il-Malta Gaming Authority għal kull settur li tirregola, sena b’sena bejn l-2008 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-garanziji li ngħataw mill-2008 sal-lum lill-entitatijiet pubbliċi? X’kienu l-ammonti? Għal-liema perjodu ngħataw?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
It-taghrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Każijiet ta’ kontrabandu ta’ sigaretti, xorb u affarijiet oħra
Question
Jista’ l -Ministru jagħti statistika dwar kemm inqabdu każijiet ta’ kuntrabandu ta’ sigaretti, xorb u affarijiet oħra, minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jingħata l-valur tas-sisa u dazju mitluf ta’ kull qabda?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew assistiti klijenti mill-Business Care Unit tal-Commerce Department bejn is-sena 2013 sal-lum?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-publiku ġie assisit mill-Business Care Unit tal-Commerce Department permess ta’ telefon,e-mails kif ukoll mill-offiċini. Bejn is sena 2013 sa l-aħħar t’Awissu ġew assisti total ta’ 31,922 klijent.
Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti saru jew qegħdin isiru permezz tal-MITA Innovation Hub?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-MITA Innovation Hub (MIH) tgħin lil żagħżagħ u studenti jiżviluppaw ideja li tista’ twassalhom biex iwaqqfu startup, jew intrapriża żgħira fil-kamp diġitali.
Dan isir permezz ta’ sejħiet kompetittivi li għalihom l-istatups ikunu jridu jippreparaw proposta ta’ kif isolvu xi problema partikolari permezz tal-użu tat-teknoloġija. Il-MIH tagħtihom għajnuna teknika, taħriġ u gwida biex jirnexxu fis-soluzzjoni tagħhom.
S’issa ġew żviluppati tlett mobile apps:
· L-app tal-Park Majjistral biex tintuża bħala gwida għal min iżur il-park
· App biex tgħin liċ-ċittadini biex jistħarrġu dwar applikazzjonijiet għall-iżvulupp u l-ippjanar ta’ bini, u biex jirrapurtaw illegalitajiet
· App biex tħarreġ lit-turisti u ttejjeb l-esperjenza lil kull min iżur it-tempji megalitiċi ta’ ħal-Tarxien.
L-app tal-Park Majjistral kienet imnedija f‘Ottubru li għadda, waqt li tnejn l-oħra ser ikunu imnedija aktar tard din is-sena.
Barra minn hekk, bħalissa qegħdin jinbnew żewġ logħbiet elettroniċi ta’ natura edukattiva, għal studenti tal-iskola sekondarja. Waħda hija bit-tema tal-bioloġija u l-oħra dwar l-Assedju il-Kbir.
Huwa ppjanat li aktar tard din is-sena se tinbena logħba elettronika oħra ta’ natura edukattiva, din id-darba dwar l-għarfien għal bżonn tas-sigurta tal-informazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid x’servizzi online ġew imnedija mis-sena 2013 sal-lum sabiex is-servizz pubbliku jitjieb?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni tixtieq tikkonferma li fis-sena 2014 kompliet ittejjeb is-servizz online biex liċenzji għall-użu ta' apparat tar-radjukomunikazzjoni jkunu jistgħu jitħallsu mis-sit elettroniku tal-MCA. Dan is-servizz iffaċilita l-ħlasijiet ta' dawn il-liċenzji kemm mill-pubbliku kif ukoll minn entitajiet kummerċjali.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lil din il-Kamra dwar il-proġett tal-Crafts Village f’Ta’ Qali?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f'dawn l-aħħar sentejn u nofs il-proġett ta' Ta Qali ħa spinta l-quddiem. Tlestew id-disinji kollha relatati mal-proġett, saru konsultazzjonijiet estensivi ma tenants li kellhom konvenji fuq l-art gewwa Ta’ Qali, saret ħidma estensiva fuq l-aspett legali, ġew ippreparati u ffirmati l-kuntratti ma’ tenants, għamilna konsultazzjoni mal entitajiet pubbliċi u privati minħabba servizzi bħal komunikazzjoni, ilma, dawl u dranaġġ, applikajna u ġibna l-permess tal-MEPA biex il-proġett jkun jista’ jseħħ u applikajna għall fondi tal-Unjoni Ewropeja skond is-sejħa li ħarġet dan l-aħħar.
Bħallissa qedgħin nistennew li jiġu approvati l-fondi sabiex nkunu nistaw nibdew inwettqu l-proġett.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm attendew individwi għal Project Enter li kien provdut mill-Malta Communications Authority?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni tixtieq tikkonferma li għal Project ENTER s'issa attendew 4,022 persuna. Sa l-aħħar ta Settembru in-numru ta' individwi se jitla' għal 4,400.
Jista’ l-Ministru jagħti update ta’ numru ta’ wi-fi access points ġewwa Malta?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni tixtieq tikkonferma li s‘issa hawn 198 WIFI access points madwar Malta u Għawdex. Bħalissa għaddejjin xogħlijiet fejn qed jiġu installati aktar Wifi hotspots f’diversi lokalitajiet bl-għan li jintlaħaq in-numru ta’ 300 connection sas-sena id-dieħla.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm attendew studenti fl-iSTEM Summer Clubs tal-MITA?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li madwar 450 student tal-età bejn il-5 snin u l-14-il sena, u madwar 30 edukatur u youth worker ipparteċipaw fl-iSTEM Club li l-MITA nediet dan is-sajf.
Permezz tal-iSTEM Club, dawn l-istudenti għamlu attivitajiet prattiċi biex b’hekk jifhmu aħjar u jinġibdu iktar lejn il-matematika u suġġetti xjentifiċi, tekniċi u ta’ inġinerija.