Jista’ l-Ministru jirrapporta l-konsulenzi li ngħataw fi ħdan l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu (MFSA, CBM, NSO, FIAU), sena b’sena mill-2008 sal-lum, ir-remunerazzjoni għal dawn il-konsulenzi u l-perjodu tal-ħatra ?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Jista' l-Ministru jelenka kemm waslu cruiseliner passengers, sena b’sena f'dawn l-aħħar ħames snin f'Għawdex? Kien hemm xi żieda fl-2015 meta pparagunat ma' snin preċedenti?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Nikkonferma li matul is-sena 2015 kien hemm żieda konsiderevoli ta’ passiġġieri fuq cruise liners li daħlu Għawdex meta mqabbel mas-snin preċedenti.
Jista' l-Ministru jinforma kemm kienet ġiet tiswa l-baga li tniżżlet fix-Xlendi taħt l-amministrazzjoni preċedenti, kemm-il darba intużat, għalfejn ma baqgħetx tiffunzjona, u xi pjan hemm għall-futur?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-baga li tniżżlet fix-Xlendi taħt l-amministrazzjoni preċedenti giet tiswa €195,029. Dan l-ammont jinkludi ix-xiri u t-tpoggija tal-baga u €9,600 f’manutenzjoni. Din intużat darba waħda. Din il-baga ma baqgħetx tiffunzjona għaliex il-pożizzjoni tagħha u il-baga nnifisha ma kienux adekwati għal użu intenzjonat u l-livell ta’ sigurta’ meħtieġ.
Ser tiġi disinjata baga oħra li ser titpoġġa f’post differenti barra l-bajja tax-Xlendi
Jista' l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar id-digital hub li l-Gvern fi ħsiebu jistabbilixxi f'Għawdex u għalfejn tali hub hija tant essenzjali għal Għawdex? Kien sar xi żvilupp f'dan ir-rigward mill-amministrazzjoni preċedenti?
Response (REFALO, ANTON)
Il-Gvern għandu intenzjoni li jiżviluppa l-qasam tas-servizzi f’Għawdex u, bil-għan li tingħeleb l-insularità u jiżdied it-tkabbir ekonomiku, saret sejħa għal offerti f'Ġunju 2014 (CT 3114/2014 ko-finanzjat 85% ERDF u 15% fondi lokali) biex sar studju bejn Jannar u Ġunju 2015 bil-għan li ssir analiżi socjo-ekonomika dettaljata dwar il-potenzjal, fattibilita' u vijabilita' li tkun żviluppata Digital Hub f’Għawdex.
Peress li l-implimentazzjoni ta’ din id-Digital Hub, kif ukoll kull investimet ieħor f’Għawdex, jiddependu minn konnettivita diġitali b’saħħitha, effettiva u li tista’ torbot fuqha, dan l-istess studju kien ikopri wkoll studju tekniku u finanzjarju dwar l-implimentazzjoni tat-tieni submarine fibre optic link bejn il-g¿ejjer.
L-istudju issa huwa lest u l-konklużjonijiet prinċipali huma li kemm id-Digital Hub, kif ukoll it-tieni submarine fibre optic link bejn il-gżejjer għandhom jitwettqu it-tnejn li huma għaliex fil-fatt jikkumplimentaw lil xulxin. Barra minn hekk, l-istudju wera wkoll il-bżonn li jiġu żviluppati aħjar business ecosytems relatati ma’ tassazzjoni, infrastrutturi edukattivi, business development u l-utilizzar aħjar tal-fond soċjali Ewropew. Bħalissa qed isiru wkoll diskussjonijiet biex ikun determinat l-aħjar mod kif issir l-infrastruttura kollha tal-cable bejn Malta u Għawdex.
Jista’ l-Ministru jagħti statistika bir-rata tal-inflazzjoni minn 2008 sal-lum, sena b’sena b’mod separat?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella mehmuża hawn taħt:
20084.26%
20092.09%
20101.51%
20112.72%
20122.42%
20131.38%
20140.31%
20151.10%
It-tabella mehmuża turi kemm kienet ir-rata tal-inflazzjoni mis-sena 2008 sas-sena 2015.
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni tal-appelli li saru lid-Dipartiment tal-Kuntratti sena b’sena, mill-2008 sal-lum? Jista’ juri ż-żmien li dam kull appell biex jiġi maqtugħ, kemm minnhom inqatgħu favur u kemm minnhom kontra?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Ministeru għall-Finanzi – nefqa fuq festini, ikliet u spejjez simili
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq festini, ikliet u spejjez simili bejn l-2008 sal-lum, mill-Ministeru tiegħu u l-entitajiet, awtoritajiet, aġenziji, korporazzjonijiet eċċ. li jaqgħu taħtu?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
(
Korrezzjoni: Ara Dokument PL 6587 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 357 nhar it-Tlieta 16 ta' Frar 2016)
Ministeru għall-Finanzi – nefqa fuq rapporti/studji
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'ċifra ta' flus għar-rapporti/studji li saru għall-Ministeru u/jew id-dipartimenti u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru mill-2008 sal-lum?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Settur finanzjarju u settur tal-igaming – kumpaniji ġodda reġistrati
Question
Jista' l-Ministru jagħti l-figuri ta' kemm ġew reġistrati kumpaniji ġodda fis-settur finanzjarju u tal-igaming minn Marzu 2008 sal-lum, sena b’sena b’mod separat?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba rigward is-settur finanzjarju qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Rigward il-figure tal-
igaming
nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' impjegati fis-Segretarjat tiegħu mill-2008 sal-lum? Kemm minn dawn kienu impjegati bħala nies f'position of trust?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Skema tal-First Time Buyers ta’ proprjetà – persuni li bbenefikaw
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet ta’ suċċess l-iskema tal-first time buyers ta’ proprjetà u jagħti indikazzjoni ta’ kemm nies ibenefikaw minn din is sistema?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru għall-Finanzi.
Tnaqqis tat-taxxa tad-dħul – persuni li bbenefikaw
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ibbenefikaw individwi mit-tnaqqis tat-taxxa tad-dħul, wara li din ġiet imniżżla minn 35% għal 25% fuq perjodu ta’ tliet snin? Kemm hu l-ammont li ffrankaw il-ħaddiema b’din il-miżura?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-individwi li matul l-2013 ibbenefikaw mit-tnaqqis tar-rata tat-taxxa minn 35% għal 32% huma 44,857 li b’kollox iffrankaw €15,368,992 f’taxxa filwaqt li l-individwi li matul l-2014 ibbenefikaw mit-tnaqqis tar-rata tat-taxxa minn 32% għal 29% huma 48,501 li b’kollox iffrankaw €18,724,065 f’taxxa. Id-Dipartiment mhux f’pożizzjoni li jagħti tagħrif dwar in-numru ta’ individwi li bbenefikaw mit-tnaqqis tar-rata tat-taxxa minn 29% għal 25% matul l-2015 u t-taxxa nvoluta għaliex din tkun disponibbli biss wara li jintbagħtu u jiġu pproċessati l-formoli tat-taxxa għas-sena bażi 2015 u dan iseħħ lejn l-aħħar parti tal-2016.