Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — membri tal-bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-membri kollha tal-bordijiet fl-entitajiet, korporazzjonijiet, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji eċċ. li jaqgħu taħtu, bejn l-1999 u l-2012, sena b’sena, b’mod separat? Jista’ jgħid x’kien il-pakkett ta’ remunerazzjoni u benefiċċji oħra li kellhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat illi l-ismijiet tal-membri kollha tal-bordijiet fl-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali bejn l-1999 u l-2012 huwa kif ġej fit-Tabella li qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. L-istess Tabella turi l-ħlasijiet fejn kien il-każ.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — membri ta' bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-membri kollha tal-bordijiet fl-entitajiet, korporazzjonijiet, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji eċċ. li jaqgħu taħtu, bejn l-1999 u l-2012, sena b’sena, b’mod separat? Jista’ jgħid x’kien il-pakkett ta’ remunerazzjoni u benefiċċji oħra li kellhom?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — membri ta' bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-membri kollha tal-bordijiet fl-entitajiet, korporazzjonijiet, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji eċċ. li jaqgħu taħtu, bejn l-1999 u l-2012, sena b’sena, b’mod separat? Jista’ jgħid x’kien il-pakkett ta’ remunerazzjoni u benefiċċji oħra li kellhom?
Response (VELLA, GEORGE)
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant għall-fatt li mistoqsijiet bħal dawn fejn tintalab informazzjoni dettaljata fuq medda ta' snin, jieħdu ħafna xogħol sabiex jinġabru. L-Onor Interpellant għandu japprezza illi dan il-Ministeru m'għandux la r-riżorsi u lanqas iż-żmien sabiex jiġbor din l-informazzjoni. Għalhekk nitolbu sabiex jindika x'informazzjoni għandu bżonn speċifikament fejn hija meħtieġa.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — membri ta' bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-membri kollha tal-bordijiet fl-entitajiet, korporazzjonijiet, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji eċċ. li jaqgħu taħtu, bejn l-1999 u l-2012, sena b’sena, b’mod separat? Jista’ jgħid x’kien il-pakkett ta’ remunerazzjoni u benefiċċji oħra li kellhom?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ18684 2MAR - PAPERS LAID GHRC.xlsPQ18684 2MAR - PAPERS LAID TRANSPORT MALTA.xls
Jista’ l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-membri kollha tal-bordijiet fl-entitajiet, korporazzjonijiet, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji eċċ. li jaqgħu taħtu, bejn l-1999 u l-2012, sena b’sena, b’mod separat? Jista’ jgħid x’kien il-pakkett ta’ remunerazzjoni u benefiċċji oħra li kellhom?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostennibli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — membri ta' bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-membri kollha tal-bordijiet fl-entitajiet, korporazzjonijiet, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji eċċ. li jaqgħu taħtu, bejn l-1999 u l-2012, sena b’sena, b’mod separat? Jista’ jgħid x’kien il-pakkett ta’ remunerazzjoni u benefiċċji oħra li kellhom?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — membri ta' bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-membri kollha tal-bordijiet fl-entitajiet, korporazzjonijiet, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji eċċ. li jaqgħu taħtu, bejn l-1999 u l-2012, sena b’sena, b’mod separat? Jista’ jgħid x’kien il-pakkett ta’ remunerazzjoni u benefiċċji oħra li kellhom?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-membri kollha tal-bordijiet fl-entitajiet, korporazzjonijiet, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji eċċ. li jaqgħu taħtu, bejn l-1999 u l-2012, sena b’sena, b’mod separat? Jista’ jgħid x’kien il-pakkett ta’ remunerazzjoni u benefiċċji oħra li kellhom?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jelenka x-xogħlijiet ta' restawr li qed isiru madwar Għawdex?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-elenku tax-xogħlijiet ta’ restawr li qed isiru f’Għawdex huwa kif muri fuq il-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x’embellishments u xogħlijiet saru sabiex jitjieb il-prodott offrut lit-turisti f’Għawdex minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li saru diversi embellishments u xogħlijiet sabiex ikompli jitjieb il-prodott offrut lit-turisti f’Għawdex, fosthom dawk elenkati fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid min kien responsabbli għax-xogħlijiet li saru fi Pjazza Indipendenza u Pjazza Sabina?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kunsill Lokali tar-Rabat (Għawdex) kien responsabbli għax-xogħolijiet li saru fi Pjazza Indipendenza u Pjazza Sabina.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li impjegat tal-Malta Public Transport, permezz ta’ website partikolari, qed jikteb ċerti kummenti li l-għan ewlieni tagħhom huwa li jagħmel ħsara lill-operat tat-trasport pubbliku?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-operatur għandu l-obbligu li kull fejn jara lok ta’ abbuż, jieħu l-passi meħtieġa.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti l-ismijiet tal-membri kollha tal-bordijiet fl-entitajiet, korporazzjonijiet, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji eċċ. li jaqgħu taħtu, bejn l-1999 u l-2012, sena b’sena, b’mod separat? Jista’ jgħid x’kien il-pakkett ta’ remunerazzjoni u benefiċċji oħra li kellhom?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba. Għar-rigward tal-MEPA ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — membri ta' bordijiet
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jagħti l-ismijiet tal-membri kollha tal-bordijiet fl-entitajiet, korporazzjonijiet, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji eċċ. li jaqgħu taħtu, bejn l-1999 u l-2012, sena b’sena, b’mod separat? Jista’ jgħid x’kien il-pakkett ta’ remunerazzjoni u benefiċċji oħra li kellhom?
Response (GRECH, LOUIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2638.
Għawdex — Ix-Xagħra – sit okkupat mill-miżbla fil-Qortin
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'sar u qed isir mis-sit preċedentament okkupat mill-miżbla fil-Qortin, ix-Xagħra, u dan fid-dawl tal-ħidma li qed issir flimkien ma' WasteServ? Jista' jaġġorna dwar is-sit tal-Kus fix-Xewkija?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dawn is-siti huma amministrati mill-Wasteserve, għalhekk nitlob lill-Onorevoli jirreferi din d-domanda lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti Għawdxin fl-Università ta' Malta u l-MCAST f'Malta u kif assista tali studenti fl-aħħar sentejn u nofs?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li a rigward l-ewwel parti tad-domanda l-informazzjoni hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra; u bħala informazzjoni addizzjonali jrid jingħad illi l-Gvern preżenti kien u għadu kommess illi jgħin lill-istudenti Għawdxin, dawk li jattendu l-Universita’ ta’ Malta, l-MCAST u l-ITS. Eżempju ta’ dan huma:
· Lockers fl-Universita’ għall-istudenti Għawdxin;
· żieda ta’ €100 kull term;
· Kważi l-istudenti Għawdxin kollha għandhom il-benefiċċju li jagħmlu l-eżamijiet Għawdex;
· a rigward l-istudenti tal-ITS gie introdott s-suġġett tal-
hospitality
fil-livell sekondarju.
Sptar Ġenerali t’Għawdex –servizzi ġodda lil pazjenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kif il-pazjent Għawdxi qiegħed jibbenefika minn servizzi ġodda li bdew jingħataw mill-Isptar Ġenerali t'Għawdex minn Marzu 2013 sal-lum?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din id-domanda lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'ifisser għal Għawdex l-investiment tal-iskola medika ta' Barts?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan hu investiment qawwi għal Għawdex li ser iġib iktar opportunitajiet ta’ xogħol u investmenti anċillari. Ser jiżdiedu n-numru ta’ sodod, speċjaliżazzjonijiet fil-qasam tal-mediċina, sa 300 student, li mhux biss ser iħallsu għat-tagħlim imma li ser iġibu magħhom tip ta’ xogħol ġdid (bżonnijiet ta’akkommodazzjoni, ikel, trasport, divertiment), turiżmu mediku li wkoll għandu ‘-multiplier effects’ tiegħu fl-ekonomija ta’ Għawdex. Barts u il-London School of Medicine and Dentistry għandhom isem internazzjonali li ser iġġib professjonalita fis-servizzi li jingħataw fl-isptar t’Għawdex. Fuq kollox il-ħaddiema ta’ l-isptar ser ikunu parteċipi f’din il-bidla għall-aħjar u l-kundizzjonijiet tax-xogħol ser jitjiebu, barra l-fatt li ser jibqgħu ħaddiema tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jghid jekk hemmx il-ħsieb li jkun varat fast ferry service bejn il-gżejjer?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif intqal diversi drabi l-Gvern preżenti hu kommess biex ikompli jtejjeb l-aċċessibilità b’kull mezz.
Dwar is-servizz ta’ fast ferry service twaqqaf kumitat ad hoc li jien infurmat wasal fl-istadju li jiddeċiedi l-konkluzzjonijiet tiegħu.