Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li qed jagħmlu użu mill-Pixxina Nazzjonali ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li bħalissa hemm dan l-għadd ta’ membri u sportivi li jużaw il-Pixxina Nazzjonali:
Persuni
Membri
589
Għawwiema fi klabbs
475
Membri tat-Triathlon
80
Membri tal-Canoe Polo
30
Players tal-Waterpolo
643
60+ Members
243
Għawwiema tas-Synchronized
60
Jista’ l- Ministru jgħid fiex wasal ir-ristrutturar li kellu jsir fil-Kunsill Malti għall-Isport?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-proċess tar-ristrutturar għaddej skont il-pjanijiet imfassla u maqbula mal-Bord tad-Diretturi tal-Kunsill Malti għall-Isport. Minbarra li tlesta l-proċess tat-tibdil fl-isem għal 'Sportmalta', tlestew ukoll l-emendi neċessarji għall-Liġi tal-Isport biex jitressqu l-Parlament u qed isiru l-laqgħat meħtieġa mal-union fuq job descriptions. Bħala parti mir-riforma diġà ġew varati żewġ dipartimenti ġodda. Dawn huma d-Dipartiment tal-Attivitajiet u d-Dipartiment ta` Riċerka relatata mal-Unjoni Ewropeja . Minn Jannar li għadda l-uffiċini ta` Sportmalta kellhom estensjoni tal-ħin is-Sibt filgħodu għas-servizz tal-Għaqdiet reġistrati.
Jista’ l-Ministru jgħid x`inizjattivi ttieħdu biex jgħinu l-Isport fil-gżira Għawdxija?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ttieħdu diversi inizjattivi biex jgħinu l-isport f’Għawdex. Ix-xogħol u l-attivitajiet organizzati mill-Gozo Sports Board huma kif se nsemmi:
• Mnedija l-Għażliet Sportivi Għawdxin wara nuqqas ta’ 12-il sena.
• Saru diversi attivitajiet għat-tfal fosthom waqt il-World Children’s Day u Family Fest.
• Tfassal pjan għal 10 snin bl-isem ‘Project 2025’ sabiex l-Għaqdiet sportivi u l-atleti Għawdxin jingħataw servizzi aħjar.
• Ġiet organizzata l-attività ‘Activity Matters’ fejn l-arti kienet amalgamata mal-isport.
• Sar Sports Weekend bil-parteċipazzjoni ta’ diversi timijiet u atleti minn Malta.
• Saret għall-ewwel darba Skola Sajf għall-8 ġimgħat, tlett darbiet fil-ġimgħa t-tfal segwew sessjonijiet sportivi.
• Għall-ewwel darba ġiet estiża fil-gżira Għawdxija, #OnTheMove SkolaSport, sessjonijiet ta’ sport fix-xitwa mifruxa fuq 28 ġimgħa.
• Sar kamp ta’ taħriġ internazzjonali tal-Arti Marzjali.
• Sar kamp ta’ taħriġ internazzjonali tal-badminton.
• Saret esebizzjoni tal-Air Modelling.
• Ttellgħet esebizzjoni tal-mudelli tal-Yachts.
• L-Għaqda tal-mudelli tal-ajruplani ngħatat spazju fejn jistgħu jipprattikaw dan l-isport.
• Kienu mtejba bosta faċilitajiet tal-futbol fosthom il-grawnd ta’ Għawdex, il-grawnds ta’ Kerċem, tal-Għarb, tax-Xewkija, tan-Nadur, tal-Oratorju, tax-Xagħra, ta’ Għajnsielem, u l-grawnds tal-iskejjel primarji taż-Żebbuġ, ta’ Għajnsielem u ta’ San Lawrenz.
• Sar titjib fil-faċilitajiet tal-Motocross fin-Nadur, fir-range tal-isparar fiż-Żebbuġ, fit-trakka taż-Żwiemel fin-Nadur u saru xogħlijiet fil-Gozo Sport Complex.
Jista’ l-Ministru jgħid hemmx inizjattivi sportivi u oħrajn immirati partikolarment biex jgħinu persuni vulnerabbli u żvantaġġjati?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li SportMalta nieda fil-bidu ta` Jannar il-programm MOVE 360 li qed jagħti servizz fil-komunità tal-Kottonera u lil madwar 30 tifel u tifla tal-ħames sena primarja f`sessjoni ta` jumejn wara l-iskola bla ħlas. Barra minn hekk infetħu żewġ akkademji tal-Baskitbol, Handball u anke Ġinnastika li wkoll qed jiġu offruti bla ħlas.
Jista’ l-Ministru jgħid x`xogħol ta` manutenzjoni u tisbiħ sar fil-Pixxina Nazzjonali f`dawn l-aħħar sentejn? Kemm kien l-investiment?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-investiment li sar f'dawn l-aħħar sentejn fuq il-Pixxina Nazzjonali kien:
2014 - €40,329.82
2015 - €1,559,427.81
Ix-xogħol ta` manutenzjoni u tisbiħ li sar fil-Pixxina Nazzjonali kien jikkonsisti kif se nsemmi:
2014
Proġett ta' South Block - €1,510.00
Tisbiħ - €3,802.86
Spejjeż elettroniċi u mekkaniċi- €11,980.00
Spejjeż strutturali - €2,830.00
Spejjeż oħra - €20,206.96
2015
Proġett ta' South Block (jinkludi r-rimodernizzar ta' tmien changing rooms u żewġ squash courts (spiża tal-esperti inkluża)) - €678,689.90
Proġett tal-ERDF (jinkludi l-installazzjoni ta' heat pumps, Solar Collectors, Pool Covers u sistema VRF tal-ACs) - €821,472.90
Tisbiħ - €9,835.17
Spejjeż elettroniċi u mekkaniċi - €26,929.11
Spejjeż strutturali - €2,406.33
Spejjeż oħra - €20,094.40
Jista’ l-Ministru jgħid x`sar f`dawn l-aħħar sentejn biex id-dilettanti tal-karozzi u l-muturi f`Malta jkollhom il-faċilitajiet li għandhom bżonn u li jixirqilhom u li iżda qatt ma kellhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Kif kien imwiegħed fil-manifest elettorali li flimkien mal-istakeholders involuti jkun identifikat sit għall-iżvilupp ta’ korsa tal-motorsport bl-involviment tas-settur privat, fid-29 ta’ Settembru 2015 il-Gvern ippubblika sejħa ta’ interess għad-Disinn, Bini u l-Operat ta' Motor Recreation and Education Park. Din is-sejħa għalqet u kienu ħamsa (5) l-offerti li ntefgħu, liema offerti dalwaqt jibdew ikunu evalwati.
Jista’ l-Ministru jgħid x`sar f’dawn l-aħħar sentejn biex id-dilettanti tat-tiġrijiet taż-żwiemel ikollhom faċilitajiet aktar moderni u addattati għaż-żminijiet tal-lum? Jista’ jgħid jekk hemmx il-possibilità li l-isport ekwestru f`Malta jmur 'l hinn mit-tiġrijiet taż-żwiemel biss?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li sar ħafna xogħol f'dawn l-aħħar sentejn biex id-dilettanti tat-tiġrijiet taż-żwiemel ikollhom faċilitajiet aktar moderni. Dawn jinkludu:
Xogħlijiet fuq il-korsa l-antika:
1) Għoti ta' ramel ġdid fuq wiċċ il-korsa;
2) Tħawwil ta' siġar tul il-korsa kollha biex iservu ta' lqugħ għal kanal tal-ilma li hemm miftuħ u li kien ta' periklu kemm għaż-żwiemel kif ukoll għas-sewwieqa;
3) Kanal tul il-korsa kollha fin-naha tat-triq biex l-ilma li jigi mit-toroq ma jgharraqx il-korsa;
4) Stand biex il-pubbliku jkun jista’ jara t-tiġrijiet bil-kumdità;
5) Service track biex dawk iż-żwiemel li jkunu jridu jduru lura jagħmlu dan mingħajr periklu.
Xogħlijiet fuq il-korsa prinċipali:
1) Infetħet entratura sekondarja flok l-entratura l-qadima li ma kinetx aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità u anzjani;
2) Sar Tote Shop ġdid li reġa’ tkabbar ftit tax-xhur ilu;
3) Saru bandli u logħob ieħor għat-tfal li jiġu jaraw it-tiġrijiet mal-ġenituri tagħhom;
4) Ġiet irranġata l-art tal-istand prinċipali li kienet fi stat perikoluż;
5) Inqala’ ċint tal-ġebel li kien qed ikerrah l-ambjent u minflok twaħħal railing tal-ħadid;
6) Żieda fil-flood lights għal dawk is-sidien li jagħmlu użu mill-korsa filgħodu kmieni;
7) Inbnew wieħed u għoxrin (21) paddock ġdid biex is-sidien ikollhom fejn jitilqu ż-żwiemel tagħhom;
8) Qed jingħata r-ramel tal-korsa tlett darbiet fis-sena minflok darba kull sentejn biex id-dilettant ikun moqdi aħjar.
Servizzi:
1) Il-Malta Racing Club beda joffri servizz ġdid ta' intermedjarju mingħajr ħlas biex is-sidien ikunu jistgħu jixtru polza tal-assikurazzjoni bi prezz issussidjat;
2) Ġiet introdotta sistema biex is-sidien jitħallsu l-premjijiet tat-tiġrijiet dovuti lilhom ġimgħa wara li tkun saret it-tiġrija biex b'hekk inqata' d-dewmien fil-ħlas tal-premjijiet.
Minbarra li f'Malta diġà jeżistu diversi tipi ta' sport ekwestru ieħor, il-Kunsill tal-Malta Racing Club minn żmien għal ieħor bl-għajnuna tal-Kunsill Malti għall-Isport, jorganizza Equestrian Festivals fejn fihom ikunu mistednin dixxiplini oħra bħal show jumping u dressage. Barra minn hekk, hemm il-ħsieb kemm mill-Gvern kif ukoll mill-Kunsill tal-MRC li jinbnew faċilitajiet moderni għal dixxiplini oħra ekwestri fil-konfini tal-Korsa biex dawn id-dixxiplini l-oħra jkunu aktar aċċessibbli.
Jista’ l-Ministru jgħid x`kienu l-inizjattivi li ttieħdu f`dawn l-aħħar sentejn favur iż-żgħażagħ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar l-inizzjattivi li ttieħdu minn Aġenzija Żgħażagħ. Dawn l-inizzjattivi favur iż-żgħażagħ jikkonċernaw:
Youth Village u l-Programm Youth.Inc.
Youth Hubs
Youth Cafes
Programm - Empowerment
Programm - Youth Engagement
Youth Help
Sapport lill-organizzazzjonijiet taz-żgħażagħ li jinkludu l-kiri ta' tagħmir, użu ta’ faċilitajiet, appoġġ fl-attivitajiet taż-żgħażagħ, Skema A4U u Skema Kun Attiv: Niżviluppaw l-ideat flimkien.
Taħriġ Mużikali taż-Żgħażagħ
Karta Żgħażagħ
Jista’ l-Ministru jgħid x`kienu l-inizjattivi li ttieħdu biex il-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni jingħataw l-importanza li jixirqilhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ttieħdu ħafna inizzjattivi biex il-qasam tar-riċerka u innovazzjoni jingħata l-importanza li jixraqlu.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dettaljata dwar ix-xogħol li sar f'dan il-qasam.
Attachments:PQ 18825 - Riċerka u Innovazzjoni - Inizzjattivi.docx
Jista’ l-Ministru jgħidlina fiex wasal il-proġett Esplora li qed isir f`Bighi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Proġett taċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza, Esplora, wasal fl-aħħar fażi tiegħu. Ix-xogħlijiet ta’ infrastruttura jinsabu fi stat avvanzat. Fil-fatt il-parkeġġ huwa fi stat komplut. L-esebiti li ġew manifatturati minn kumpaniji barranin esperti f’dan il-qasam, bħalissa qegħdin jiġu installati.
F’Novembru saret attività għall-istudenti tal-iskola fl-istess sit.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq is-Sgħajtar il-Mosta taqax taħt ir-responsabiltà tal-gvern ċentrali jew tal-Kunsill Lokali rigward manutenzjoni tal-istess triq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-triq ma taqax taħt ir-responsabilità ta’ Transport Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-ispiża medja tal-konsum tad-dawl tal-Pixxina Nazzjonali llum u jekk kienx hemm xi tibdil fl-ispiża meta kkomparat ma` żmien l-amministrazzjoni preċedenti ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ_18813 - Pixxina Nazzjonali - konsum tad-dawl.xlsx
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus fi printing il-Kunsill Malti għall-Isport (KMS) sena b`sena tul dawn l-aħħar ħames snin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-flus li ntefqu fi printing fil-Kunsill Malti għall-Isport (KMS) sena b`sena tul dawn l-aħħar ħames snin huwa kif ġej:
EUR
2011
10,874.10
2012
38,685.37
2013
42,499.11
2014
6,718.99
2015
20,011.00
Rigward l-ammont li ntefaq fl-2015, €8,708.42 mis-somma indikata kien fir-rigward ta' rebranding li sar fl-entità, minn Kunsill Malti għall-iSport għal SportMalta.
Kunsill Malti għall-Isport — Spejjeż f’kowċis għall-Summer on the Move
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f'kowċis waqt l-attività Summer on the Move li tiġi organizzata mill-Kunsill Malti għall-Isport, f`dawn l-aħħar ħames snin sena b’sena b’mod separat?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li r-rekords tal-pagamenti lill-kowċis fl-2011, 2012 u 2013 ma kinux maqsuma skont il-programmi sportivi iżda sar eżerċizzju sabiex l-informazzjoni tkun korretta kemm jista’ jkun. It-tabella t’hawn taħt turi n-nefa fil-programm Summer on the Move mis-sena 2011 sas-sena 2015, kif se nsemmi:
Sena
Nefqa f’kowċis fis-sajf (Euros)
2011
Euro 70,468.73
2012
Euro 223,561.73
2013
Euro 218,739.76
2014
Euro 108,941.09
2015
Euro 143,890.86
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus biex jitħallsu l-kowċis f`dixxiplini differenti fix-xitwa tul dawn l-aħħar ħames snin, sena b’sena b’mod separat?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-nefqa tal-kowċis fil-programmi differenti tax-xitwa tul dawn l-aħħar ħames snin, sena b’sena, kienet kif ġej:
2011 Euro 200,985.48
2012 Euro 323,885.88
2013 Euro 420,536.83
2014 Euro 218,443.23
2015 Euro 175,652.52
Infurmat ukoll li s-sistema ma tippermettix li tingħata n-nefqa b’mod separat skont id-dixxiplini.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies mal-Kunsill Malti għall-Isport minn April 2013 sal-lum u kemm ġew impjegati nies mal-istess entità fl-amministrazzjoni preċedenti bejn l-2008 u t-8 ta’ Marzu 2013?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li mill-bidu ta’ Jannar 2008 sat-8 ta’ Marzu 2013 ġew impjegati ħamsa u tletin (35) persuna mal-Kunsill Malti għall-Isport. Tnejn u għoxrin (22) minnhom kienu impjegati b’mod dirett filwaqt li tlettax (13)-il persuna oħra kienu detailed.
Minn April 2013 sal-aħħar ta’ Frar 2016, ġew impjegati tnax (12)-il persuna mal-Kunsill Malti għall-Isport, illum magħruf bħala SportsMalta. Minnhom sitt (6) persuni ġew impjegati b’mod dirett, erbgħa (4) ġew detailed filwaqt li żewġ (2) persuni oħra ġew impjegati on secondment.
Hemm persuna oħra li qed tagħti servizz fuq bażi ta’ self-employed.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — membri ta' bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-membri kollha tal-bordijiet fl-entitajiet, korporazzjonijiet, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji eċċ. li jaqgħu taħtu, bejn l-1999 u l-2012, sena b’sena, b’mod separat? Jista’ jgħid x’kien il-pakkett ta’ remunerazzjoni u benefiċċji oħra li kellhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif li ngħatajt bi tweġiba għal din il-mistoqsija huwa kif muri fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Infurmat ukoll li l-informazzjoni dwar l-iStudents Maintenance Grants Board ma tistax tingħata għalissa peress li d-dokumentazzjoni neċessarja tifforma parti minn investigazzjoni li tinsab għaddejja.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — membri ta' bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-membri kollha tal-bordijiet fl-entitajiet, korporazzjonijiet, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji eċċ. li jaqgħu taħtu, bejn l-1999 u l-2012, sena b’sena, b’mod separat? Jista’ jgħid x’kien il-pakkett ta’ remunerazzjoni u benefiċċji oħra li kellhom?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — membri ta' bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-membri kollha tal-bordijiet fl-entitajiet, korporazzjonijiet, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji eċċ. li jaqgħu taħtu, bejn l-1999 u l-2012, sena b’sena, b’mod separat? Jista’ jgħid x’kien il-pakkett ta’ remunerazzjoni u benefiċċji oħra li kellhom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba minnu, tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-membri kollha tal-bordijiet fl-entitajiet, korporazzjonijiet, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji eċċ. li jaqgħu taħtu, bejn l-1999 u l-2012, sena b’sena, b’mod separat? Jista’ jgħid x’kien il-pakkett ta’ remunerazzjoni u benefiċċji oħra li kellhom?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.