San Ġiljan – Triq Diodorus Siculus – ilmenti rigward xogħol ħażin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli tax-xogħlijiet fi Triq Diodorus Siculus, Ta’ Giorni f’San Ġiljan u dan għaliex skont ilmenti mir-residenti qed isir xogħol ħażin speċjalment fil-livelli tal-istess triq u li allura qed jikkawża problema tal-ilma fl-uċuħ tat-toroq?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtieġa lill-Ministeru kkonċernat.
Kawżi dwar il-liġi tal-kera li huma pendenti quddiem il-Qorti Kostituzzjonali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti l-Qorti ta’ natura kostituzzjonali li jirrigwardaw il-liġi tal-kera li tagħti protezzjoni lil inkwilini u kemm kien hemm kawżi li ġew deċiżi dwar dan l-istess suġġett, kemm fi stadju tal-ewwel qorti kif ukoll fi stadju ta’ appell, mis-sena 2009 sal-lum?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li din l-informazzjoni ma tistax tingħata peress li ma tinżammx statistika dwar in-natura tal-kawżi kostituzzjonali.
Jista’ l-Ministru jgħarraf lill-Kamra kemm hemm bdiewa u raħħala reġistrati kemm full-time kif ukoll part-time? Jista’ jgħarraf kemm minnhom huma ta’ età akbar minn 65 sena, aktar minn 50 sena u dawk iżgħar minn 35 sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kif jiġu maqsuma l-Appelli Kriminali Inferjuri? Jista’ jgħid kemm daħlu appelli kriminali fix-xhur ta’ Ottubru, Novembru u Diċembru 2019 u Jannar u Frar 2020? Jista’ jgħid kemm ingħataw sentenzi minn din il-Qorti tal-Appelli Kriminali u kemm ingħataw sentenzi minn kull ġudikant f’dan il-perjodu?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Intant ninsab infurmat li l-Appelli Kriminali Inferjuri jinqasmu bejn l-Imħallef Giovanni M. Grixti, l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera u l-Imħallef Aaron Bugeja fi kwoti ndaqs bejniethom. F'Jannar tas-sena 2020, b'ordni tal-Prim Imħallef ġew trasferiti 101 -il appell mingħand l-Imħallef Giovanni Grixti għal għand l-Imħallef Edwina Grima.
Kunsill Lokali San Ġiljan — ċelebrazzjonijiet ta' San Patrizju - permessi
Question
Jista' l-Ministru jippreżenta fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja ta' kull permess li l-Kunsill Lokali San Ġiljan ħareġ għaċ-ċelebrazzjonijiet ta' San Patrizju tas-17 ta' Marzu 2017 u li jkun indikat fihom id-data meta kull permess inħareġ u l-ammont ta' flus li tħallas mill-operatur lill-kunsill u għal xiex tħallsu l-flus u l-pjanta li l-kunsill suppost kellu li turi fejn kull operatur kellu jpoġġi l-kiosk tiegħu jew tagħha?
Inland Revenue Departament — Compliance and Investigation Directorate - investigazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru investigazzjonijiet mill-Compliance and Investigations Directorate taħt l-Inland Revenue Department f’dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-investigazzjonijiet li saru mill-Compliance and Investigations Directorate taħt l-Inland Revenue Department f’dawn l-aħħar għaxar snin jidhru fit-tabella hawn taħt:
Sena
Numru
ta’
investigazzjonijiet
2007
262
2008
364
2009
325
2010
371
2011
577
2012
1,222
2013
625
2014
827
2015
780
2016
835
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani li qed jieħdu s-servizz tal-home help? Jista’ jgħid kemm qed jiġi jiswa dan is-servizz lill-Gvern u kemm qed jiġbor mingħand l-anzjani ta’ dan is-servizz? Jista’ jgħid kemm hemm anzjani li qed jistennew servizz ta’ home help u sa meta jaħseb li dan is-servizz se jingħata lilhom? Hemm xi ċirkostanzi li ċittadin irid jilħaq biex ikun jista’ japplika għal dan is-servizz?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu hija kif ġej:
Anzjani li qed jieħdu s-servizz tal-Home Help
3833 persuna minn 2811 hoseholds
Anzjani li qed jistennew biex jirċievu is-servizz u ġew approvati mill-Bord
22 applikant li s-servizz ser jingħata lilhom fil-ġimgħat li ġejjin
L-Ispiża tal-Gvern għas-Servizz tal-Home Help għas-sena 2016
€2,491,318.27.
Ħlas għas-Servizz tal-Home Help mill-Anzjani
€2.33 fil-ġimgħa f’każ ta’ persuna waħda jew €3.49 fil-ġimgħa f’każ li jkun hemm aktar minn persuna waħda fl-istess dar. Il-ħlas għal dan is-servizz jinqata’ direttament mill-pensjoni tal-klijent.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, sabiex persuna titqies eleġibbli għal dan is-servizz, trid tkun:
· Persuna li għandha/hu sittin sena u aktar, jew;
· Persuna taħt sittin sena u li għandhom il-karta tal-identita’ speċjali valida maħruġa mill-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilita’ (CRPD), jew
· Persuna marida b’mard terminali, irrelevanti l-eta’ (fejn ċertifikat mediku mill-konsulent tal-appikant ikun rikjest).
Aktar informazzjoni dwar dan is-servizz tinsab fis-sit elettroniku
www.activeageing.gov.mt
.
Informazzjoni Addizzjonali
2014
2015
2016
2017
Benefiċċjarji
3685
3733
3791
3833
Households
2602
2402
2763
2811
Dipartiment
2135
1702
1290
1250
Kuntrattur
1550
2031
2501
2583
*Total hours/week
7188
5767
7147
7205
*
Dan huwa total ta’ siegħat fil-ġimgħa. It-total mgħoti fis-sena 2015 kien baxx minħabba li kien hemm it-tibdil tal-kuntrattur u kien hemm ammont ta’ każijiet pendenti jistennew biex jingħatalhom is-servizz.
Minbarra li hemm 22 każ jistennew li jingħatalhom is-servizz, li huma approvati mill-Bord tal-Allokazzjoni, hemm ukoll 199 każ ġdid li beda l-proċess tal-applikazzjoni fejn wara li jsirilhom l-
assessment
mis-Social Worker irid japprovhom il-Bord. Minn dawn il-199 każ hemm 44 każ biex jarhom il-Bord, 122 każ li għad irid isirilhom l-assessment mis-Social Worker u 33 każ mgħandhomx id-dettalji jew dokumenti meħtieġa. Minn din is-sena l-assessment għal-Home Help qed isir fi żmien xahar minn meta s-Social Work unit jirċievi l-applikazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il pazjent intbagħat għall-kura barra minn Malta permezz tat-Treatment Abroad sena b’sena minn April 2013 sa Jannar 2017, kif ukoll l-etajiet tagħhom? Jista’ jindika f’liema pajjiżi ntbagħtu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ pazjenti li marru għall-kura barra minn Malta permezz tat-Treatment Abroad, minn April sa Diċembru tal-2013 kienu 289, fl-2014 kien hemm 459, 499 pazjenti fl-2015 filwaqt li s-sena li għaddiet kien hemm 549.
Dawn il-pazjenti irċevew trattamenti fir-Renju Unit, fl-Italja, l-Ġermanja u fl-Isvizzera. L-etajiet tal-pazjenti jvarjaw minn trabi ta’ ftit ġranet sa anzjani ta’ 80 sena. Ninfurmah ukoll illi n-numru ta’ persuni li bbenefikaw mill-inizzjattiva li jitilgħu ż-żewġ ġenituri flimkien mal-ulied ta’ taħt it-18 il-sena li jkollhom bżonn kura barra l-pajjiż matul l-2016 kien ta’ 205.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il sejħa ħarġet relatata mal-infermiera għal kull sptar, bejn April 2013 u Frar 2017, sena b’sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn April sa Diċembru tal-2013 kien hemm 10 sejħiet għal infermiera, fl-2014 kien hemm 6, 19 il-sejħa fl-2015 u fl-2016 kien hemm 35 sejħa oħra għal aktar infermiera sabiex ikunu jistaw joffru s-servizzi tagħhom f’diversi entitajiet fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il sejħa ħarġet relatata mal-qbiela għal kull sptar, bejn April 2013 u Frar 2017, sena b’sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn April sa Diċembru tal-2013 kien hemm 7 sejħiet għal qbiela, fl-2014 kien hemm 3, 7 sejħiet fl-2015 u fl-2016 kien hemm 6 sejħiet oħra għal aktar qbiela sabiex ikunu jistaw joffru s-servizzi tagħhom fl-isptar Mater Dei.
Korpi tal-Emerġenza, Pajunieri, Dirgħajn il-Maltin Iżra u Rabbi — Arretrati
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid humiex se jieħdu l-arretrati li għandhom jieħdu dawk maħtura bħala tal-Korpi tal-Emerġenza, Pijunieri, Dirgħajn il-Maltin, Iżra' u Rabbi eċċ.?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor Interpellanat biex jagħmel il-mistoqsija lill Ministru kkonċernat.
Kunsill Lokali Gżira – ġurisdizzjoni ta’ Manoel Island
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba għall-ġurisdizzjoni ta’ Manoel Island li saret mill-Kunsill Lokali tal-Gżira f'Settembru li għadda lill-Ministru u lid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali?
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kriterji sabiex persuna tgawdi minn Protezzjoni Sussidjarja? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma l-kriterji li jwasslu sabiex persuna titlef din il-protezzjoni?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li persuna eliġibbli għall-protezzjoni sussidjarja tfisser ċittadin nazzjonali ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat li ma tikkwalifikax bħala refuġjat imma li tagħti raġunijiet sostanzjali sabiex jitwemmen li l-persuna interessata, jekk tirritorna lejn il-pajjiż ta’ oriġini tagħha, jew fil-każ ta’ persuna mingħajr stat tiffaċċja riskju veru li ssofri dannu serju.
Għall-fini tal-att dwar ir-refuġjati, "dannu serju" tfisser:
(a) il-piena tal-mewt jew eżekuzzjoni; jew
(b) tortura, piena jew trattament mhux uman jew degradanti li applikant iġarrab fil-pajjiż tal-oriġini tiegħu; jew
(ċ) theddida serja u individwali għall-ħajja ta’ persuna ċivili jew kull persuna minħabba fi vjolenza indiskriminata f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitt armat internazzjonali jew intern.
Il-protezzjoni sussidjarja għandha tintemm jekk il-Ministru ikun sodisfatt, wara li jikkonsulta mal-Kummissarju, li dawk iċ-ċirkostanzi li wasslu għall-għoti ta’ status ta’ protezzjoni sussidjarja ma jkunux baqgħu jeżistu jew ikunu daqstant inbidlu li ma tkunx meħtieġa aktar ebda protezzjoni.
Għandu pero jitqies jekk il-bidla fiċ-ċirkostanzi tkunx waħda daqstant sinifikanti u ta’ xorta mhux temporanja li l-persuna eliġibbli għall-protezzjoni sussidjarja ma tkunx għadha aktar tiffaċċa riskju kbir ta’ danni gravi.
Il-Ministru għandu jirrevoka jew jiċħad milli jġedded l-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz jew ta’ persuna apolidi jekk:
(a) wara li tkun ingħatat status ta’ protezzjoni sussidjarja, hija kien imissha tiġi eskluża jew tiġi eskluża milli tkun eliġibbli għall-protezzjoni sussidjarja skont l-artikolu 17(1); jew
(b) meta hija qarrqet bil-fatti jew ħalliet barra xi fatti, inkluż meta setgħet użat dokumenti foloz, dan kien ikun deċiżiv għall-għoti ta’ status ta’ protezzjoni sussidjarja.