Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-Marine Hub fis-sit tal-Malta Shipbuilding u x’mistenni jkun l-effett ta’ dan il-proġett fuq l-ekonomija? Jista’ jgħid kemm huwa maħsub li se jkun in-numru ta’ impjiegi ġodda li mistenni joħloq dan il-proġett u f’liema setturi?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-ħsieb wara l-idea tal-gvern li jagħmel minn pajjiżna ċentru internazzjonali ta’ loġistika u x’effett ekonomiku jista’ jkollu dan il-proġett? Jista’ jgħid jekk hux il-ħsieb tal-gvern li jinvolvi lill-privat f’dan il-proġett?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Gvern huwa determinat li jtejjeb il-kapaċita’ loġistika ta’ dan il-pajjiż sabiex il-merkanzija li tidħol u toħroġ f’Malta u Għawdex tkun tista’ tagħmel hekk bl-inqas spiża possibbli. Permezz ta’ hekk tiżdied il-kompetittivita’ internazzjonali tal-ekonomija nazzjonali tagħna.
Dan it-titjib huwa fl-istess waqt pediment assolutament neċessarju sabiex Malta ssir ċentru loġistiku internazzjonali u b’hekk inkunu nistgħu nisfruttaw il-pożizzjoni ġeografika ta’ pajjiżna fiċ-ċentru tal-Mediterran, nofs triq bejn Port Sajd u Gibilta’ b’mod aktar redditizju milli qatt għamilna s’issa. Dan ser ifisser l-ewwel u qabel kollox aktar impjiegi.
Biex dan kollu jseħħ huwa meħtieġ investiment qawwi f’dawk li huma infrastruttura, taħriġ u titjib f’proċeduri amministrattivi aktar effettivi. Dan il-gvern qed jaħdem fuq pjan dettaljat ta’ dak li huwa meħtieġ li jsir. Meta din il-ħidma titlesta jkun hemm sejħa għall-espressjonijiet ta’ nteress biex investituri privati jissieħbu mal- Gvern fit-twettiq tal-pjan.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-ħsieb biex jissaħħaħ il-proċess, diġà rigoruż, ta’ due diligence li jgħaddu minnu kumpaniji qabel jingħataw il-liċenzja sabiex joperaw fis-settur tal-gaming, wara każijiet li ħarġu fil-pubbliku fl-aħħar ġimgħat?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita bdiet proċess dettaljat ta’ “review” bl-assistenza ta’ esperti tekniċi barranin, sabiex tizgura li l-proċessi relatati ma “due diligence” ikunu ta klassi mondjali biex b’hekk Malta tkun “a best practice regulator” f’dan il-qasam.
Dan ir-“review” jista jwassal biex l-Awtorita tammeljora il-proċessi ezistenti li diġa huma ta livell għoli meta ikkomparat ma’ Awtoritajiet simili barranin. Barra min hekk, L-Awtorita bdiet ukoll il-proċess ta’ implimentazzjoni tal-4th Anti Money Laundering Directive li ġiet ippubblikata mill-Kummissjoni Ewropea f’Ġunju ta’ din is-sena. Dan sabiex Malta tkun fost l-ewwel pajjizi li taddotta din id-direttiva li trid tiġi mplimentata sa Ġunju tal-2017.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intbagħtu uffiċjali fl-Ambaxxati Maltin mid-data li fiha kien xolt il-Parlament qabel l-aħħar Elezzjonijiet Ġenerali sad-data tal-Elezzjonijiet fid-9 ta’ Marzu 2013? Min kienu dawn il-persuni, f’liema data ntbagħtu u fejn intbagħtu?
Response (VELLA, GEORGE)
Mid-data li fiha kien xolt il-Parlament qabel l-aħħar Elezzjonijiet Ġenerali sad-data tal-Elezzjonijiet tad-9 ta’ Marzu 2013 intbagħtu żewġ uffiċċjali fl-Ambaxxati Maltin, kif jidher hawn taħt:
Posting Order Numru 2/2012 maħruġa fil-31 ta’ Diċembru 2012
Grad Ambaxxata Data
First Secretary Ġinevra 15 ta’ Jannar 2013
Posting Order Numru 1/2013 maħruġa fil-24 ta’ Jannar 2013
Grad Ambaxxata Data
Ambaxxatur Riyadh 28 ta’ Jannar 2013
Wara li kien diġa’ tħabbar li l-Prim Ministru kien se jagħti l-parir lill-President biex ixolji l-Parlament b’effett mis-7 ta’ Jannar 2013, inħatar ukoll Ambaxxatur f’Ġinevra b’effett mill-1 ta’ Jannar 2013 u ingħatat estensjoni lil tliet Ambaxxaturi u High Commissioner, li kollha kienu ħatriet politiċi. Dawn kienu:
Grad Ambaxxata Data
Ambaxxatur Strasbourg sal-31 ta’ Lulju 2014
Ambaxxatur Madrid sat-30 ta’ Ġunju 2013
Ambaxxatur Tuneż sat-30 ta’ Ġunju 2013
High Commissioner Canberra sat-30 ta’ Ġunju 2013
Iġġedd ukoll il-posting ta’ tliet Konsli, tliet Counsellors u ħames First Secretaries f’diversi Ambaxxati.
Barra minn hekk, ħarġet Posting Order oħra fl-20 ta’ Frar 2013, anqas minn tliet ġimgħat qabel l-Elezzjonijiet Ġenerali, li permezz tagħha kellu jintbagħat uffiċċjal ieħor fi Brussels b’effett mill-1 ta’ April 2013. Uffiċċjal oħra kellha tmur Doha imma baqgħet ma marritx.
F’din il-Posting Order ingħatat estensjoni sat-30 ta’ Ġunju 2014 lill-Ambaxxatur f’Berlin, li kien ukoll ħatra politika, u First Counsellor fi New York.
Ta’ min jgħid ukoll li fil-ġranet meta kien hawn inċertezza kbira fil-pajjiż dwar l-istabilita’ tal-Gvern, uffiċċjal li qabel kien membru tas-Segretarjat Privat ta’ ex-Ministru Nazzjonalista ntbagħat f’Dublin għal kważi tlettax-il xahar biex isegwi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea meta normalment dawn it-tip ta’ postings isiru għal sitt xhur. Uffiċċjal oħra li kien intemmilha l-posting f’Ġinevra ntbagħtet Madrid.
Minħabba raġunijiet ta’ protezzjoni tad-data, m’inix qed nagħti l-ismijiet tal-uffiċċjali involuti.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi żgħar – persuni li kkontestaw l-elezzjoni ġenerali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu kienx hemm persuni appuntati mill-gvern preċedenti li kkontestaw l-elezzjonijiet ġenerali? Kemm kien hemm u ma’ liema partit ikkontestaw fl-elezzjoni ġenerali?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Kumpaniji li kellu sehem fihom il-gvern – azzjonisti f’isem il-gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-azzjonisti f’isem il-gvern fil-kumpaniji li kellu sehem fihom bejn Marzu 2008 u Marzu 2013?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-azzjonisti f'isem il-Gvern fil-perjodu bejn Marzu 2008 u Marzu 2013 kienu l-Malta Government Investments u l Malta Investments Management Company Limited.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien il-pakkett finanzjarju tal-persuna li ismu qed jingħata b’mod separat fiż-żmien meta kien imexxi l-Malta Enterprise? Jista’ jgħid x’kien il-perjodu li matulu dam imexxi l-Malta Enterprise?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor.Interpellant illi l-persuna li ismu qed jingħata b’mod separat kien inħatar Chairman Ezekuttiv tal-Malta Enterprise u l-Malta Industrial Parks fl-1 ta' Frar 2009 u baqa f'din il-kariga sal-11 ta' Mejju 2012. Matul dan il-perjodu, il-kundizzjonijiet tal-kuntratt tiegħu kienu s-segwenti:
Salajru ta` € 70,000 fis-sena
Spejjeż tal-mobile u linja fissa
Spejjeż ta' internet
Użu ta karozza uffiċjali
Hospitality expenses relatati max-xogħol
International Health Insurance
Dawn il-kundizzjoniet ma nbiddlux tul il-perjodu li l-individwu msemmi kien fil-kariga ta' Chairman Ezekuttiv.
Jista’ l-Ministru jgħid kif intgħażel il-persuna li ismu qed jingħata b’mod separat biex imexxi l-Malta Enterprise, jekk hux wara sejħa pubblika jew inkella jekk hux b’mod dirett?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill- Onor Interpellant li l-persuna li isima qed jingħata b’mod separat kien maħtur Chairman Eżekuttiv tal-Malta Enterprise u l-MIP fl-1 ta' Frar 2009 b'ittra indirizzata lilu mingħand Permanent Secretary fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment. Ma nstabu l-ebda dokumenti li juru li dan il-persuna ġie maħtur wara sejħa pubblika.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-perjodu li fih il-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw b’mod separat dam imexxi l-Malta Enterprise, kienx hemm persuni li ntgħażlu direttament mill-gvern jew minnu stess biex jokkupaw karigi għolja fi ħdan l-istess entità?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li meta l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw b’mod separat kien Chairman Eżekuttiv tal-Malta Enterprise ntagħżlet direttament persuna oħra li kienet tokkupa il-kariga ta' Kap Eżekuttiv tal-Operazzjonijiet (COO) minn Marzu 2010 sa April 2012.
Kien hemm sejħa pubblika għal Kap Eżekuttiv tal-Operazzjonijiet iżda hadd minn dawk li applikaw ma ntagħzel. Ma nstabet l-ebda evidenza li din il-persuna applikat għal din il-kariga.
F’Mejju ta' 2012 ġiet promossa għal-kariga Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni li baqgħet tokkupa sa Lulju 2013.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm persons of trust impjegati mal-MIMCOL bejn Marzu 2008 u Marzu 2013? Jekk iva, min kienu u x’kien il-pakkett sħiħ ta’ rimunerazzjoni li kienu jirċievu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-leġiżlatura li għaddiet, is-CEO u ċ-Chairman tal-MIMCOL kenux magħżula wara sejħa pubblika jew jekk hux b’mod dirett?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-leġislatura li għaddiet iċ-Chairman kien appuntat mill-Ministru tal-Finanzi. Rigward ic-CEO ma kienx hemm sejħa pubblika jew interna iżda ġie appuntat miċ-Chairman tal-Bord.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm persons of trust impjegati mal-Freeport bejn Marzu 2008 u Marzu 2013? Jekk iva, min kienu u x’kien il-pakkett sħiħ ta’ rimunerazzjoni li kienu jirċievu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk meta kienu appuntati ċ-Chairman tal-Korporazzjoni Freeport mill-amministrazzjoni preċedenti, kenux magħżula wara sejħa pubblika jew jekk hux b’mod dirett?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-amministrazzjoni preċedenti c-Chairmen tal-Korporazzjoni tal-Freeport kienu ġew magħzula b' mod dirett.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm persons of trust impjegati mal-Awtorità Maltija għal-Logħob (MGA) bejn Marzu 2008 u Marzu 2013? Jekk iva, min kienu u x’kien il-pakkett sħiħ ta’ rimunerazzjoni li kienu jirċievu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill- Onor Interpellant li mill-informazzjoni disponnibbli fl-Awtorita, jirrizulta li bejn Marzu 2008 u Marzu 2013 kien hemm ¿ewġ persuni impjegati bħala Persons of Trust:
CEO li kellu Salarju Annwali ta’ €82,265, Allowance għal-Kwalifici ta’ €466 fis-sena, Allowance għal-Karrozza ta’ €2,546 fis-sena u Performance Bonus ta’ €10,849 fis-sena. Total Annwali ta’ €96,126. Barra minn hekk huwa kien jibbenifika minn mowbajl u linja mħallsa mill-Awtorita.
Personal u Executive Assistant li kellha salarju annwali ta’ €29,884 u Performance Bonus ta’ mhux aktar minn €2,988, għal total annwali ta €32,872. Barra minn hekk hija kienet ukoll tibbenefika minn ħlas tas-servizz tal-internet tad-dar
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-leġiżlatura li għaddiet, is-CEO u ċ-Chairman tal-Awtorità Maltija għal Logħob (MGA) kenux magħżula wara sejħa pubblika jew b’mod dirett?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Belt Valletta — Xogħlijiet fil-Palazz tal-President
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qed isiru mill-Grand Harbour Regeneration Corporation fil-Palazz tal-President, il-Belt, min ikkummissjonah u x’qed isir bħala xogħol, u x’inhu l-iskop ta’ dan ix-xogħol?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Grand Harbour Regeneration Corporation ġiet imqabbda mill-MEAIM biex tieħu ħsieb il-‘project management’ ta’ xogħolijiet neċessarji fil-Palazz tal-President il-Belt al fini tal-Presidenza tal-Unjoni Ewropeja li tibda minn Jannar 2017. Għalhekk diġa’ sar xogħol ta’ restawr mal-ħitan ta’ Triq l-Arċisqof u fil-btieħi ta’ Nettuno u Prince Alfred, ġie msewwi wkoll id-dawl fil-bitħa ta’ Nettuno. Beda xogħol ta’ tiswija fl-uffiċini li qabel kienu jintużaw mid-deputati peres li dawn ser jintużaw mill-impjegati tal-MEAIM u għal skopijiet tal- Presidenza 2017. Qed jinbidel u jissewwa l-irħam ta’ ma’ l-art u xogħolijiet oħrajn. Ħarġu numru ta’ tenders u fadal oħrajn rigward iż-żarmar tal-Parlament l-antik, l-armar ta’ sala prinċipali u spazju ieħor għal media u bżonnijiet relatati mal-Presidenza 2017. Qed ikun ukoll ppreparat xogħolijiet relatat mal-IT u sigurta’. Kemm Heritage Malta kif ukoll ir-Restoration Unit huma involuti fil-konsultazzjoni tax-xogħolijiet li qed isiru.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi żviluppi dwar il-proġett ta’ Schreiber ġewwa Raħal Ġdid? Għadu intenzjonat li jinbnew flats kif kien ġie propost snin ilu taħt l-amministrazzjoni preċedenti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett ta’ Schrieber, li GHRC qegħda taħdem fuqu, jikkonsisti fi tlett proġetti prinċipali, l-Health Hub ġdid li għalih diġa’ ġew sottometti l-permessi għall-iżvilupp, huwa proġett tal-Minsteru tal-Enerġija u Saħħa, proġett ieħor mill-Ministeru tal-Familja u Għajnuna Soċjali rigward ċentru ta’ riżorsi għall-għajnuna soċjali u proġett li jikkonsisti f’parkeġġ, ġnien u parti kummerċjali. Hu maħsub li l-proġett tal-Health Hub ser ikun l-ewwel li jibda x-xogħol fuqu.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li issa wara li tlesta x-xogħol fuq in-naħa ta’ fuq ta’ Sant’Iermu, isir ukoll xogħol fil-parti ta’ isfel fejn hemm telqa kbira, żdingar u anki periklu li jaqa’ xi bini?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Grand Harbour Regeneration Corporation ħarġet sejħa għall- proposti f’Ottubru ta’ 2015 u għalqet fl-14 ta’ Jannar 2016. Ġiet sottomessa proposta waħda minn Sohum Wellness Consortium, ibbażati Dubai u bħalissa qegħda issir l-evalwazzjoni. Il-ħsieb huwa li jsir ir-restawr li hemm bżonn u b’hekk Sant’Iermu, li illum huwa żdinkat u perikoluż, jerġa jingħata l-ħajja.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għadx hemm il-ħsieb li fil-parti ta’ quddiem tal-foss ta’ taħt Bieb il-Belt isir ġnien pubbliku kif kien ippropona l-arkitett Renzo Piano? Jista’ jgħid ukoll jekk il-parti tat-tunnel tal-mina magħrufa bħala Yellow Garage hijiex parti mil-proġett tal-Parlament il-Ġdid jew hemm xi pjanijiet oħra?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Foss ser jiġi mibdul fi ġnien fuq il-kunċett li kien ħareg bih Renzo Piano u l-bridges ta’ ġo fih ser jiġu wkoll rrestawrati. It- tunnel tal-ferrovija l-antika jagħmel parti mill-proġett tal-Parlament.