Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dar tal-Anzjani — anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani miktuba biex jidħlu f’Dar tal-Anzjani attwalment? Kemm hu n-numru ta’ anzjani li diġà jinstabu f’home?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fil-preżent hemm 1395 anzjan/a miktuba biex jidħlu f’Dar tal-Anzjani. In-numru ta’ anzjani li diġa jinsabu f’home jammonta għal 1734, imqassma kif ġej: Djar tal-Anzjani tal-Gvern: 940 Djar tal-Anzjani tal-Privat (taħt l-iskema PPP - inkluż Għawdex): 794 Barra minn dawn hemm ukoll 1,077 anzjan/a fir-Residenza San Vincenz de Paule.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – servizzi fil-komunità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed jiġu offruti servizzi fil-komunità u liema settur qed joffrihom?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella annessa. Ministeru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali - Servizzi fil-Komunita' L-Awtorita’ tad-Djar: · Servizz fil-komunita’ minn ħames Ċentri tal-LEAP, l-Erbgħa u l-Ġimgħa. · Servizz mill-One-Stop Shop Id-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali: · Servizzi lill-pubbliku (servizzi jikkonsistu f’mili ta’ applikazzjonijiet u tingħata informazzjoni dwar il-benefiċċji sew kontributorji kif ukoll mhux kontributorji) offruti minn 24 uffiċċju distrettwali mxerrda madwar Malta u Għawdex, minn 10 kunsilli lokali, u ukoll darba fil-ġimgħa mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, · Servizzi offruti mill-uffiċċji li nfetħu tal-One Stop Shop fil-Qawra, Birkirkara u Raħal Ġdid. · Is-Servizzi telefoniċi 159 u 25903000. Is-servizz SPIC issa estenda ruħu ukoll biex iwieġeb għal diversi diffikultajiet u mistoqsijiet li l-individwu jista’ jkollu fuq servizzi offruti mill-Awtorita tad-Djar, id-Dipartiment tal-Anzjani u l-Fondazzjoni tal-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali Ir-Residenza San Vinċenz de Paule: · Serviżż ta’ Respite għal-Persuni b’Dipendenza għolja u persuni li qed ibagħtu mill-kundizzjoni tad-dimenzja; · Servizz ta’ Day Care għal persuni bid-dimenzja; · Servizz ta’ Night Shelter · Vascular Clinic Out-Patient mid-Day Clinic · Serviżż ta’ Fiżjoterapija Id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’: · Għajnuna fid-Dar (Home Help) · Servizz tal-Handyman · Servizz għall-Inkontinenza · Roħs fuq il-Kera tat-Telefon · Ċentri ta` Matul il-Jum · Meals on Wheels · Telecare u Telecare + · Night Shelters ġewwa z-Żejtun, l-Mellieħa, u l-Ħamrun · Night Shelter ġewwa Għajnsielem Għawdex · Servizz ta’ Social Work · Servizz ta’ Respite f’Casa Leone · Servizz ta’ Respite ġewwa Villa San Lawrenz Għawdex · Servizz ta’ Domicilliary Care · Servizz ta’ Outreach · Dementia Activity Centre Għajnsielem Għawdex · Servizz ta’ Live-in-Carer Aġenzija APPOĠĠ: · Servizz ta’ ħaddiema soċjali f’4 komunitajiet – il-Birgu, il-Qawra, l-Belt Valletta, u l-Imsida, kif ukoll fl-isptarijiet, fiċ-ċentri tas-saħħa u ġewwa l-Isptar Mount Carmel; · Is-Servizz tal-Home-Start u Programm Ulied Darna; · Residenzi fil-Komunita’ għal minuri li minħabba diversi raġunijiet ma jkunux qed jgħixu mal-familji rispettivi tagħhom. Aġenzija SAPPORT · Servizz ta’ Ħaddiema Soċjali. · Servizz ta’ Għajnuna fil-Komunita’, liema servizz jigi mogħti u addattat skond il-bżonn tal-individwu. · Servizz tas-Sign Language Interpreting Aġenzija SEDQA: · Servizzi mediċi u psiko-soċjali lil persuni bi problema ta’ droga, alkohol u logħob tal-azzard lill-familjari tagħhom. · Servizzi t’għajnuna fil-Qrati; · Servizzi psikoterapewtiċi lill-individwi, lill-koppji u familji u lill-klijenti kemm tal-Aġenzija Sedqa u wkoll tal-Aġenzija Appoġġ; · Servizzi ta’ parental skills personalizzati lill-klijenti tal-Aġenzija Sedqa li jkunu f’kuntatt mas-Servizzi għall-Ħarsien tat-Tfal tal-Aġenzija Appoġġ · Servizzi mediċi residenzjali lilll-persuni bi problema ta’ droga u alkoħol permezz tas- Substance Misuse In -Patient Unit u Dar l-Impenn; · Servizzi residenzjali ta’ stabilizazzjoni medika u psiko-soċjali lill-persuni bi problema ta’ droga u alkoħol mill-Assessment and Stabilisation Unit · Servizzi residenzjali psiko-soċjali lil persuni bi problema ta’ droga mill-Komunità Santa Marija · Servizzi residenzjali u matul il-ġurnata psiko-soċjali lill-persuni bi problema t’ alkoħol ġewwa Żerniq.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – persuni li jingħataw servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ anzjani, persuni bi bżonnijiet speċjali, single mothers, nies bla xogħol eċċ. li jieħdu servizzi mill-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-informazzjoni miġbura qed tirreferi għal statistika ta’ kemm ibbenefikaw minn servizzi/skemi/benefiċċji skont il-ġeneru tas-servizz, maqsuma skont l-entita’ jew id-dipartiment li qed jipprovdihom, ħlief għall-informazzjoni mgħotija mill-Awtorita tad-Djar. Tajjeb li jingħad ukoll li ħafna mill-benefiċjarji imsemmija jieħdu aktar minn benefiċċju jew servizz wieħed fl-istess ħin.

Il-Mosta — Dr. Chetcuti Street - tindif ta' pjazza

Question

Jista' l-Ministru jara li l-pjazza ta' Dr. Chetcuti Street, il-Mosta tinżamm nadifa għaliex ir-residenti qed jilmentaw li hemm ħafna riħa tintenn ħierġa minnha?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sar kuntatt mal-Kunsill Lokali Mosta u sar it-tindif neċessarju. Sussegwentement saru diversi spezzjonijiet fil-post u dejjem kien hemm riżultati sodisfaċenti.

Permessi għat-tombla u gambling

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intalbu permessi u kemm kien hemm talbiet minn NGOs u soċjetajiet oħra għall-permessi għat-tombla fis-snin 2013, 2014 u 2015 għal kull sena? Jista’ jgħid kemm ħarġu permessi għall-attivitajiet tal-gambling matul is-snin 2013, 2014 u 2015?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Sena Permessi mahruga (tombla) 2015 2,000 2014 1,916 2013 2,149 Il-permessi jinħarġu biss għat-tombla, għaliex l-attivitajiet tal- gambling jridu ikunu kollha koperti b'liċenzja.

Flus li intefqu fil-gambling

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm jintefqu flus fil-gambling fis-sena? Jisa’ jgħid kemm intefqu flus matul is-snin 2013, 2014, u l-2015?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Sena Ammont li ntlaghab Ammont li ntrebah 2014 €315,341,802 €239,280,341 2015 € 333,079,147 €255,014,842 Dawn il-figuri jeskludu l-online gaming.

Stabbilimenti tal-gambling

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema lokalitajiet huma l-aktar ikkonċentrati l-istabbilimenti tal-gambling?

Response (MALLIA, EMANUEL)

L’ewwel 5: · Valletta – 21 il-stabbiliment tal-loghob (16 Maltco's POS, 4 swali tal logħob, 1 sala tat-tombla) · Birkirkara - 16 il-stabbiliment tal-loghob (13 Maltco's POS, 3 swali tal-logħob) · Qormi - 13 il-stabbiliment tal-loghob (11 Maltco's POS, 2 swali tal-logħob) · Hamrun - 13 il-stabbiliment tal-loghob (9 Maltco's POS, 4 swali tal-logħob) · Sliema - 12 il-stabbiliment tal-loghob (10 Maltco's POS, 1 sala tal-logħob, 1 sala tat-tombla)

Persuni li għamlu użu mill-postijiet tal-gambling

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li għamlu użu mill-postijiet tal-gambling matul l-2013, l-2014 u l-2015? Jista’ jgħid minnhom kemm kienu Maltin? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu barranin?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Zjarat - Casino 2013 2014 2015 Maltin 409,016 387,951 381,608 Barranin 331,651 335,541 399,450 Total 740,667 723,492 781,058 Zjarat – Swali tal-loghob 2014 2015 Total 240,986 280,928

Circular economy

Question

Illum qed nitkellmu fuq circular economy fejn ħafna prodotti jerġgħu jittieħdu minnhom il-materjal primarja biex jintużaw għall-prodotti ġodda. Jista’ l-Ministru jaġġornana kemm fil-fatt qed inkunu parti minn din l-istrateġija aħna bħala pajjiż biex nerġgħu nużaw il-materjal tal-prodotti wżati?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24518

Siġar żgħar imħawwla

Question

Jista’ l-Ministru jgħid matul is-snin 2012, 2013, 2014 u 2015 kemm tħawwlu siġar żgħar fil-pajjiż mid-dipartiment tiegħu u ta’ liema ġeneru kienu?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

Il-marda li kienet taffettwa lill-palm

Question

Jista’ l-Ministru jagħti update ta’ fiex waslet il-marda li kienet taffettwa l-palm permezz tal- bumunqar? Jista’ jgħid kemm hawn palm li għadhom ħajjin f’Malta wara din l-esperjenza ta’ invażjoni minn dan id-dudu? Jista’ jgħid jekk is-sitwazzjoni issa hijiex taħt kontroll u jekk hijiex ikkalkulata l-popolazzjoni ta’ din l-ispeċi f’Malta?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-infestazzjoni tal-Bumunqar l-Aħmar stabilizzat u issa tinsab f’livelli kontrollabbli, però bħal f’pajjiżi Ewropej oħrajn l-eradikazzjoni totali m’hiex possibbli. In-numru ta’ palm infettat u maqlugħ kawża tal-bumanqar l-aħmar minn mindu l-marda daħlet fil-Gżejjer Maltin fl-2007 sat-30 ta’ April 2016 huwa ta’ 5,178, li jammonta għal madwar 12% tas-siġar tal-palm irreġistrati fiċ-ċensiment tal-2009. Il-popolazzjoni tal-bumunqar l-aħmar ġewwa l-Gżejjer Maltin ma tistax tiġi ddeterminata, għaliex din l-informazzjoni mhix possibli li tinġabar.

Parking Bays — disabled badge holders only

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-parking bays tad-Disabled Badge Holders Only humiex enumerati jew le u jekk persuni b’karozzi b’numru differenti jistgħux jipparkjaw f’kull bay jew le?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kaxxi riservati għal persuni b’diżabilità jistgħu jintużaw minn dawk kollha li għandhom Disabled Blue Badge u għaldaqstant dawn il-kaxxi m’għandhomx numri tar-reġistrazzjoni tal-vetturi approvati magħhom.
Leg 12 PQ #19244 Sitting 389 2016-05-16 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei u Ċentri tas-Saħħa — nefqa ta’ kull intervent

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern jikkalkulax kemm jiġi jiswa fi flus kull intervent li jsir fiċ-Ċentri tas-Saħħa u l-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nikkonferma mal-Onorevoli Interpellant li l-isptar Mater Dei u c-Centri tas-Sahha ghandhom informazzjoni finanzjarja ghall-maggoranza tal-interventi li jsiru.
Leg 12 PQ #19245 Sitting 389 2016-05-16 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għas-Saħħa

Qasam Mediku – ħlas għas-servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-qasam mediku jiġix xi darba bi flus jew inkella s-servizzi kollha li qed jiġu provduti se jibqgħu bla ħlas għall-poplu Malti u Għawdxi kollu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli li s-servizzi tas-saħħa, offruti mill-Gvern ta’ Malta huma kollha bla ħlas għall-Maltin u l-Għawdxin u hekk se jibqgħu taħt Gvern Laburista.
Leg 12 PQ #19246 Sitting 389 2016-05-16 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għas-Saħħa

Pilloli Out of Stock

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pilloli out of stock matul is-snin 2013, 2014 u 2015, x’kienu u kemm damu out of stock?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’Marzu 2013, kien hemm 183 mediċina out-of stock mill-ispizerija tal-ghazla tieghek, waqt illi llum ma hemm l-ebda medicina out of stock mill-ispizerija tal-ghazla tieghek. Minn-naha l-ohra fl-Isptar Mater Dei illum hemm item 1 out of stock waqt illi fl-imghoddi, l-medicini out of stock f’Mater Dei kienu jlehhqu l-mijiet.