Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pulizija — delitti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il delitt sar matul is-snin 2013, 2014 u 2015 u li kienu solvuti mill-Pulizija ta' Malta?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li bejn l-ewwel ta` Jannar 2013 u l- wieħed u tletin ta’ Dicembru 2015 seħħew sittax (16) il-każ ta’ Omiċidju, b’wieħed minn dawn il-każi jkun fih żewġ (2) vittmi. Minn dan l-ammont ġew solvuti sitt (6) każi filwaqt li għall-għaxra (10) l-oħra l-investigazzjonijiet għadhom sejrin.

Il-Għargħur, in-Naxxar u l-Mosta – servizz ta’ karozza tal-linja

Question

Jista’ l-Ministru jara li jkun hemm servizz ta’ karozza tal-linja bejn it-tliet irħula; Għargħur, Naxxar u Mosta minħabba l-fatt li matul is-snin, ħafna residenti ta’ dawn il-postijiet marru jgħixu f’post ieħor minn dawn l-imsemmija u allura huwa essenzjali li jkun hemm dan is-servizz mit-trasport pubbliku?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rotta 260 tagħti konnessjoni permezz tat-trasport pubbliku bejn it-tlett irħula imsemmija, b’servizz ta’ kull siegħa.

Karozzi reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn karozzi reġistrati f’Malta u Għawdex? Jista’ jgħid dawn il-vetturi jekk humiex kummerċjali jew privati? Jista’ jgħid x’kapaċità għandhom li jġorru l-passiġġieri?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li sal-aħħar ta’ Diċembru 2015, f’Malta u Għawdex kien hawn 346,918 karozzi reġistrati. Dawn huma maqsumin hekk kif ġej: Vehicle Category 2015 Agricultural 1,905 Coach and Private Bus 356 Minibus 1,191 Route Buses 408 Motorcycles 20,088 Passenger car 275,380 Commercial Vehicles 47,590 Fir-rigward ta’ kull vettura x’kapaċita’ għandha li ġġorr il-passiġġieri, dan jiddependi mill-għamla u l-mudell tal-vettura partikolari.

Importazzjoni ta’ karozzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew importati karozzi ġodda kull sena f’Malta u Għawdex fl-2013, 2014 u fl-2015? Kemm jiġu importati karozzi second hand? Jista’ jgħid it-total tal-vetturi kollha li ġew importati bħala second hand fis-sena 2013, 2014 u 2015, maqsuma f’kategoriji skont il-kapaċità tal-magna?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta m’għandhiex statistika l-ammont ta’ vetturi li ġew impurtati, izda għandha l-ammont ta’ vetturi li ġew irreġistrati ġodda jew użati sal-aħħar tal-2015, f’Malta u Għawdex, hekk kif muri fit-tabella t’hawn taħt: Sena Ġodda U ż ati 2013 6,413 8,718 2014 7,026 10,845 2015 7,988 12,470

Muturi reġistrati — ċilindraġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hawn muturi reġistrati f’Malta fl-2014 u x’kapaċità ta’ ċilindraġġ kellhom?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li sa l-aħħar tas-sena 2014, f’Malta kien hawn 18,400 mutur rreġistrat li l-kapaċità ta’ ċilindraġġ tagħhom kienet skont din it-tabella: Kapaċita' tal-Magna Ammont 0 - 50 254 51 - 125 8,985 126 - 250 3,132 251 - 500 1,790 501 - 800 2,633 801 u iktar 1,606

Xiri ta’ muturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw muturi matul is-snin 2013, 2014 u 2015, bħala ġodda u kemm li ġew importati bħala second hand matul dan il-perjodu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li l-ammont ta muturi li nxtraw matul is-snin 2013, 2014 u 2015 huma hekk kif ġej: Sena Ġodda Second Hand 2013 873 565 2014 1,148 650 2015 1,385 791

Housing soċjali — politika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif il-Gvern beħsiebu jindirizza l-politika dwar il-housing soċjali?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Awtorità tad-Djar qed tindirizza l-housing soċjali minn aspetti differenti, iżda primarjament minn aspett ħolistiku. Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li, f’dawn l-aħħar 3 snin, l-Awtorità introduċiet is- social assessments bil-għan li jkunu jistgħu jingħataw l-attenzjoni meħtieġa dawk il-każijiet li għandhom problemi akuti u vulnerabbli. Qegħdin naħdmu sabiex l-Awtorità jkollha aktar postijiet u dan biex tkun tista’ tilqa’ għad-domanda li għandha. Għal dan il-għan, l-Awtorità qed tinvesti 50 miljun Ewro (€ 50m) fi proġetti ta’ bini ta’ housing soċjali.

Korp tal-Pulizija — full complement

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx full complement fil-Korp tal-Pulizija? Jekk le, f'liema gradi għad hemm il-vojt? Kemm hemm bżonn reklutaġġi f'kull grad?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-‘compliment’ attwali tal-Korp tal-Pulizijasat-22 ta’ Mejju 2016 huwa kif ġej: Assistent Kummissarju – 1 Deputat Kummissarju – 0 Assistent Kummissarji – 6 Supretendenti – 21 Spetturi – 103 Surġenti-Maġġuri tal-1 Klassi – 2 Surġenti-Maġġuri tat-2 Klassi – 44 Surġenti – 335 Kuntistabbli – 1467 Kuntistabbli ta’ Riżerva - 96

AFM — full complement

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx full complement fl-Armata ta' Malta? Jekk le, f'liema gradi għad hemm il-vojt? Kemm hemm bżonn reklutaġġi f'kull grad?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-Forzi Armati ta’ Malta mhumiex qiegħdin full complement. Id-diskrepanza bejn il-full complement u l-forza presenti hi ta 60 uffiċjal u 704 other rank.

Pulizija — Road Blocks

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il roadblock sar mill-pulizija matul is-snin 2013, 2014 u 2015?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li matul is-snin 2013, 2014 u is-sena 2015, il-Pulizija għamlet 2,602 roadblock, f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex. Dawn kienu mqassma: Sena Ammont to roadblocks 2013 861 2014 1050 2015 691 Total 2,602

AFM — road blocks

Question

JIsta' l-Ministru jgħid kemm-il roadblock saret mill-Forzi Armata ta' Malta matul is-snin 2013, 2014 u 2015?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li bejn 2013-2015 ma sarux Vehicle Check Points (VCP) mill-membri tal-Forzi Armati ta Malta. Dawn it-tip ta’ operazjonijet huma parti mir-rwoli secondarji tal-FAM li jsiru fuq talba għal-għajnuna mil-Pulizija. Il-VCPs twaqqfu milli jkomplu jsiru f’Marzu tas-sena 2010.

Għasses — servizzi ta' pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-pulizija kemm joffru servizzi mill-għases fl-ibliet u l-irħula tagħna?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li barra mis-servizzi fil-komunità li jingħataw mill-Membri tal-Korp tal-Pulizija stazzjonati fl-Għases fl-ibliet u rħula ġewwa Malta u Għawdex bħala rutina ta’ kuljum, hemm diversi servizzi oħra li jiġu offruti mill-istess membri. Dawn jinkludu fixed points ma’ postijiet fejn ikun hemm bżonn speċifiku - ħarsien tat-tfal waqt dħul u ħrug mill-iskejjel - doveri ta’ għases ma’ banek - kontroll u assistenza fl-immaniġjar tat-traffiku waqt diversi attivitajiet fid-Diviżjon tagħhom u fi grawnds tal-futbol u attivitajiet sportivi oħra, kif ukoll ħruġ ta’ ċertu permessi.

Il-Mosta – Housing Estate ta’ San Ġużepp — parkeġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħin biex jiġi organizzat parking fil-Housing Estate ta’ San Ġużepp fit-triq ta’ fejn l-Isperanza, il-Mosta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn meta saret din il-Mistoqsija Parlamentari din il-problema ġiet riżolta.
Leg 12 PQ #19367 Sitting 392 2016-05-23 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għas-Saħħa

Karta r-Roża — persuni eleġibbli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom il-Karta r-Roża? Jista’ jgħid kif persuna tkun eleġibbli biex ikollha l-Karta r-Roża?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali.
Leg 12 PQ #19368 Sitting 392 2016-05-23 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għas-Saħħa

Karta r-Roża – persuni dijabetiċi

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għalfejn dawk il-persuni li huma dijabetiċi u kellhom il-Karta r-Roża, din issa tteħditilhom? Minn meta bdiet din is-sistema?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali.

Persuni bi bżonnijiet speċjali — impjieg

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni bi bżonnijiet speċjali matul is-sena 2013, 2014 u 2015 u kemm għad fadal persuni bi bżonnijiet speċjali ifittxu xogħol? ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ, in-numru ta’ persuni b’diżabilità li ġew impjegati kien ta’ 147 matul l-2013, 309 matul l-2014 u 543 matul l-2015. Fl-aħħar ta’ Marzu 2016 in-numru ta’ persuni b’diżabilità li kienu qed jirreġistraw fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru kien ta’ 356 persuna.

Sigurtà Soċjali – persuni li jinqdew fil-fergħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm marru persuni jinqdew mill-branches tas-Sigurtà Soċjali matul is-snin 2014 u 2015, fergħa fergħa?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-ammont ta` nies li nqdew mill-uffiċini distrettwali matul l-2014 u l-2015 kien kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Applikazzjonijiet għall-housing alternattiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għall-housing alternattiv jistennew u kemm ilhom pendenti dawn l-applikazzjonijiet?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar għandha 3224 applikazzjoni pendenti li minnhom 465 jixtiequ jibdlu l-proprjetà li diġà joqgħodu fiha u li hija tal-Gvern. Dawn l-applikazzjonijiet huma mqassmin matul is-snin u jvarjaw bejn l-1988 sal-lum.

Persuni b’diżabilità – kard blu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-proċedura sabiex persuna tingħata l-kard il-blu ta’ persuni b’diżabilità u kif tkun tikkwalifika għaliha?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Persuni b’diżabilità – kard blu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom il-kard il-blu ta’ persuni b’diżabilità u jekk hemmx ċirkostanzi fejn dawn l-istess persuni li jkollhom din il-kard ma jibqgħux eleġibbli għaliha?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.