Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ambaxxaturi – konnessjoni politika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ambaxxaturi li kellhom konnessjoni politika mal-Partit Nazzjonalista qabel ma saru ambaxxaturi ta’ Malta mill-1989 sal-2013? Min kienu dawn in-nies? Kemm damu jokkupaw din il-kariga u kemm kellhom salarju kull sena għax-xogħol li kienu qed jagħmlu?

Response (VELLA, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. L-Ambaxxaturi kienu ntitolati wkoll għal medical allowance, education allowance, settling in allowance, clothing allowance u ħlas ta' kirjiet u 20% tal-calls tat-telefon.
Leg 12 PQ #20605 Sitting 401 2016-06-13 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għas-Saħħa

Nurses – full complement

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-full complement tan-nurses f’kull grad u meta hemm il-ħsieb li jerġa’ joħroġ sejħa għall-promozzjonijiet ta’ NO?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-tabella ta’ hawn taht filwaqt li ninfurmah illi hemm il-hsieb li aktar tard din is-sena tohrog sejha ghall-promozzjonijiet ta’ Charge Nurse. Full Complement 2016 Director Nursing Services Chief Nursing Manager Head/Asst. Head Nursing Services Senior Nursing Manager Charge Nurse Practice Nurse Deputy Charge Nurse Staff Nurse & Senior Staff Nurse Enrolled Nurse Registered Mental Nurse 3 10 2 39 215 90 260 2812 241 68
Leg 12 PQ #20844 Sitting 401 2016-06-13 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għas-Saħħa

Gluten Intolerant — vouchers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk min hu ċċertifikat bħala Gluten Intolerant huwiex intitolat biex jieħu l-vouchers bħal dawk il-persuni li huma Celiac?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sabiex pazjent jibbenifika mill-vouchers ta’ valur monetarju marbuta mas-Coeliac Products Voucher Scheme dan irid jiġi iddijanjostikat bil-kundizzjoni tal-marda tas-Coeliac skond l-Iskema V.
Leg 12 PQ #20183 Sitting 400 2016-06-08 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ingħataw xogħol, kemm b’direct order jew wara sejħa pubblika l-Avukat u/jew id-Ditta tal-Avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament sew jekk b’konsulenza jew xogħol ieħor għas-snin 2003–2013?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ingħataw xogħol, kemm b’direct order jew wara sejħa pubblika l-Avukat u/jew id-Ditta tal-Avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament sew jekk b’konsulenza jew xogħol ieħor għas-snin 2003–2013?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23569
Leg 12 PQ #20185 Sitting 400 2016-06-08 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ingħataw xogħol, kemm b’direct order jew wara sejħa pubblika l-Avukat u/jew id-Ditta tal-Avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament sew jekk b’konsulenza jew xogħol ieħor għas-snin 2003–2013?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għal mistoqsija parlamentari 23566.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ingħataw xogħol, kemm b’direct order jew wara sejħa pubblika l-Avukat u/jew id-Ditta tal-Avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament sew jekk b’konsulenza jew xogħol ieħor għas-snin 2003–2013?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet impjegata bħala lettriċi part-time fid-Dipartiment tad-Dritt Kummerċjali wara sejħa pubblika għal applikazzjonijiet fl-ewwel ta' April 1994. Fis-sena kurrenti din il-persuna hi impjegata bħala Visiting Senior Lecturer, T2 mad-Dipartiment tad-Dritt Kummerċjali fl-Università ta’ Malta. Infurmat ukoll li bejn is-snin 2003 u 2013, id-ditta tal-Avukati li d-dettalji dwarha ngħataw separatament irċeviet żewġ pagamenti mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, wieħed ta’ €1,180 fl-2010 għal servizzi legali, u ieħor ta’ €3,968.98 minn fondi Ewropej (ESF 3.64), fl-2012. Fis-sena 2007 l-Università ta’ Malta ngħatat permezz ta’ kwotazzjonijiet, konsulenza legali mid-ditta tal-Avukati msemmija. Għal din il-konsulenza sar ħlas ta’ €1,000. Infurmat ukoll li fl-2010 il-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ kienet talbet permezz ta’ direct order is-servizzi legali tad-ditta indikata b’konnessjoni ma’ appell fuq tender. Għal dan is-servizz kien sar pagament ta’ €1,722.40.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ingħataw xogħol, kemm b’direct order jew wara sejħa pubblika l-Avukat u/jew id-Ditta tal-Avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament sew jekk b’konsulenza jew xogħol ieħor għas-snin 2003–2013?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostennibli, Ambjent u Tibdil fil-Klima – direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ingħataw xogħol, kemm b’direct order jew wara sejħa pubblika l-Avukat u/jew id-Ditta tal-Avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament sew jekk b’konsulenza jew xogħol ieħor għas-snin 2003–2013?

Response (HERRERA, JOSÈ)

L-Onor. Interpellant japprezza li l-Ministeru li tiegħu jien responsabbli nibet minn Ministeri oħra li kienu jħaddnu wkoll bosta sezzjonijiet u/jew entitajiet u dipartimenti li llum ma jiffurmawx parti minn dan il-Ministeru. Fil-fatt, fil-parti l-kbira tiegħu, il-Ministeru tiegħi twieled minn dak li qabel kien il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali (MRRA) li minnu twieled ukoll il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura (MTI) tal-lum. Għaldaqstant biex ma tingħatax informazzjoni doppja għall-perjodu ta’ bejn l-2008 u Marzu 2013, ir-risposta ser tingħata mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura fit-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari simili. Min-naħa l-oħra, ninforma lill-Onor. Interpellant, li ninsab infurmat li f’dak li jirrigwardja l-perjodu 2003-2007, il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent ma ta l-ebda xogħol lill-kumpanija msemmija.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali – direct orders

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ingħataw xogħol, kemm b’direct order jew wara sejħa pubblika l-Avukat u/jew id-Ditta tal-Avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament sew jekk b’konsulenza jew xogħol ieħor għas-snin 2003–2013?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li ma ngħata l-ebda xogħol kemm b'direct order jew wara sejħa pubblika lill-kumpanija jew individwu konċernat fil-perjodu msemmi.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ingħataw xogħol, kemm b’direct order jew wara sejħa pubblika l-Avukat u/jew id-Ditta tal-Avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament sew jekk b’konsulenza jew xogħol ieħor għas-snin 2003–2013?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-snin 2003-2013 l-avukat kif ukoll id-ditta ta’ avukati li qed jirreferi ghalihom ingħataw xogħol wieħed bħala Direct Order għall-valur ta’ €855.50.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ingħataw xogħol, kemm b’direct order jew wara sejħa pubblika l-Avukat u/jew id-Ditta tal-Avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament sew jekk b’konsulenza jew xogħol ieħor għas-snin 2003–2013?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma l-Onor. Interpellant li bejn is-snin 2003 u 2013 ngħataw dawn ix-xogħlijiet ta’ konsulenza minn Transport Malta lil kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament; Snin 2010 / 2011 Ammont Konsulenza relatata mal-PSO tal-Gozo Channel €117,981.15 Ma nstabet l-ebda informazzjoni jekk dan ix-xogħol ngħatax b’ direct order jew wara li saret sejħa pubblika.
Leg 12 PQ #20180 Sitting 399 2016-06-06 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu – direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ingħataw xogħol, kemm b’direct order jew wara sejħa pubblika l-Avukat u/jew id-Ditta tal-Avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament sew jekk b’konsulenza jew xogħol ieħor għas-snin 2003–2013?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23560, datata 29 ta’ Frar 2016.

Ministeru għall-Intern u s-Sigrutà Nazzjonali – direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ingħataw xogħol, kemm b’direct order jew wara sejħa pubblika l-Avukat u/jew id-Ditta tal-Avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament sew jekk b’konsulenza jew xogħol ieħor għas-snin 2003–2013?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li matul is-snin 2003 u 2013 ma ngħatawx xogħlijiet lill-Avukat u/jew id-ditta tal-Avukati li d-dettalji dwarhom ingħataw separatament.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u l-Gvern Lokali – direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ingħataw xogħol, kemm b’direct order jew wara sejħa pubblika l-Avukat u/jew id-Ditta tal-Avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament sew jekk b’konsulenza jew xogħol ieħor għas-snin 2003–2013?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li bejn l-2003 u l-2013, ingħata b’kemm jiswew €5,957.91 lid-ditta ta’ avukati msemmija fil-Mistoqsija Parlamentari.

Opportunitajiet ta’ xogħol ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema setturi ħolqu opportunitajiet ta’ xogħol ġdid matul is-sena 2014?

Response (BARTOLO, EVARIST)

B’risposta għal din il-mistoqsija, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra turi ż-żidiet jew tnaqqis fl-impjiegi matul is-sena 2014. Madankollu, il-Korporazzjoni ta’ Xogħol u Taħriġ mhijiex f’pożizzjoni li tgħid kemm inħolqu impjiegi matul is-sena 2014. It-tnaqqis ta’ impjegati reġistrat fl-2014 fl-attività ekonomika li tidher f’Nace Code 35 hija riżultat ta’ bidla (shift) għal Nace Code 78.

Il-Mosta – Social and Cultural Impact Assessment — parkeġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx social and cultural impact assessment fuq ir-residenti tal-inħawi tal-Kulleġġ Maria Reġina, fil-Mosta, qabel ma’ din l-iskola inbniet u bdiet tintuża? Jista’ jgħid sarx assessment dwar il-parking u l-problemi kollha assoċjati ma’ parkeġġ u l-inkonvenjent kollu li jista’ jġib miegħu proġett bħal dan lir-residenti kollha taż-żona?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Arkivju Nazzjonali — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu fl-Arkivju Nazzjonali? F’liema skali ta’ ħlas qegħdin dawn il-ħaddiema?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ impjegati fl-Arkivju Nazzjonali ta’ Malta hu ta’ 25 persuna, imqassma fuq tlett siti. Minn dawn, imqabblin mal-iskali ta’ salarju tas-Servizz Pubbliku, hemm waħda fi skala 3, tlieta fi skala 4 u waħda fi skala 5. Hemm ukoll persuna waħda fi skala 10, tnejn fi skala 11 u waħda fi skala 14 tas-Servizz Pubbliku. Skont il-gradi tal-Ftehim Kollettiv hemm tlett persuni fi Grad A, erbgħa fi Grad B, erbgħa fi Grad C, waħda fi Grad D u waħda fi Grad G. Minbarra dawn mal-istess entità hemm tlett impjegati tal-kumpanija RSS (Resource Support and Services Ltd).

Servizz tat-trasport pubbliku — Il-Mosta - Taż-Żokrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-karozza tal-linja bin-numru 47 se tibda tgħaddi miż-Żona taż-Żokrija fil-Mosta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn meta saret din il-Mistoqsija Parlamentari, r-rotta 47 bdiet tgħaddi miż-żona taż-Żokrija fil-Mosta mit-22 ta’ Novembru tas-sena l-oħra.