Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Mosta – tal-Blata l-Għolja – tabelli u linji sofor u bojod

Question

Jista’ l-Ministru jieħu ħsieb li jsiru t-tabelli u l-linji sofor u bojod fil-Housing Estate tal-Blata l-Għolja fil-Mosta u dan wara li l-Gvern Laburista għamel manutenzjoni u asfaltar fit-toroq kollha ta’ din il-Housing Estate wara snin sħaħ ta’ telqa u abbandun mill-gvernijiet preċedenti?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn ix-xogħlijiet qegħdin jiġu ndirizzati.

Proġett Corporate Village — konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi lista ta’ konsulenzi li ngħataw mill-Korporazzjoni Malta Enterprise u mill-Malta Industrial Parks b’rabta mal-proġett tal-Corporate Village u jindika dawk il-konsulenzi li ngħataw b’direct order?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Proġett Corporate Village

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma x'sar mill-proġett ta' Corporate Village u jipprovdi rendikont kronoloġiku taf kif kien tmexxa l-pjan tal-Gvern fuq dan il-proġett?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ix-xogħol preparatorju fuq il-Corporate Village beda fit-2008, meta Alan Camilleri, dak iż-żmien Chairman tal-Malta Industrial Parks, qabbad lid-Deloitte u lill- Architectural Projects Ltd sabiex jibdew iħejju financial projections u kunċett ta’ żvilupp għal Corporate Village. Matul is-sena 2010, ġiet ippublikata ‘expression of interest’ għal iżvilupp tal-Corporate Village, li għaliha kien hemm disa sottomissjonijiet. Kien f’Mejju tas-sena 2012 li ntbagħat ‘request for proposal’ (RFP) lill-kull waħda minn dawn is-sottomissjonijiet. Għalkemm din l-RFP damet iktar minn tlett xhur miftuħa, kien hemm biss sottomissjoni waħda, li eventwalment ġie deċiż li ma kienitx konformi mat-termini speċifikati fl-RFP. Minħabba n-nuqqas ta’ nteress li rriżulta, saħansitra biex jiġi żviluppat dan il-Corporate Village, ma sarx iktar xogħol fuq dan il-proġett. Ta’ min jgħid, li din il-kampanja, bejn konsulenzi varji u kampanja promozzjonali, swiet mhux inqas minn €425,000.

Proġett Corporate Village — promozzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’tip ta’ promozzjoni saret fuq il-Corporate Village? Partikolarment jista’ jindika x’promozzjoni saret barra minn Malta u min kien responsabbli minn din il-promozzjoni? Permezz ta’ din il-promozzjoni x’riżultati kienu akkwistati f’terminu ta’ applikazzjonijiet ta’ kumpaniji biex jibdew joperaw mill-Corporate Village u f’terminu ta’ investiment attirat lejn pajjiżna?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li fis-sena 2010 sar il-‘launch’ tal-kampanja promozzjonali marbuta mal-Corporate Village, li kienet tinkludi numru ta’ ‘events’ promozzjonali ġewwa Milan u Londra. Minbarra numru ta’ publikazzjonijiet, ‘tokens’, preżentazzjonijiet u saħansitra website dedikata għal dan il-proġett, saret ukoll promozzjoni permezz tar-rappreżentanza tal-korporazzjoni f’diversi pajjiżi, li kienu jinkludu l-Ingilterra, Germanja, Libja, l-UAE u l-Istati Uniti. Din il-promozzjoni kienet primarjament iffukata sabiex tħajjar operaturi jidħlu għall-iżvilupp tal-Corporate Village iktar milli biex tattira investiment barrani. Għalkemm intefqu mhux inqas minn €84,000 għal din il-kampanja promozzjonali, l-għan tagħha baqa ma ntlaħaqx, għaliex la ġew attirati operaturi li konkretament kienu nteressati jiżviluppaw dan il-proġett, wisq inqas biex jibdew joperaw mill-Corporate Village.
Leg 12 PQ #25241 Sitting 404 2016-06-20 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għall-Finanzi

MFSA — konsulent

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilu konsulent tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA), l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Kemm tħallas matul is-snin 2014 u 2015?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-individwu kkonċernat kien konsulent tal-MFSA mill-1 t’April 2014 sal-31 ta’ Dicembru 2015. Hu kien ingaġġat mal-MFSA sabiex jassistiha fil-proċess tal-implimentazzjoni tas–Single Supervisory Mechanism (SSM) tal-ECB. Matul il-perjodu tħallas total ta’ €51,000.
Leg 12 PQ #25242 Sitting 404 2016-06-20 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għall-Finanzi

MFSA – talbiet għall-awtorizzazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba għall-awtorizzazzjoni kellha pendenti l-Awtorità ta’ Malta għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA), fl-aħħar ta’ Diċembru tal-2003, 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011, 2012, 2013, 2014 u tal-2015? Kemm minn dawn kienu pendenti għal aktar minn sitt xhur u sena? Jista’ jagħti din l-informazzjoni fuq bażi annwali?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fir-rigward tas-snin 2010, 2011, 2012, 2013, 2014 u 2015, l-informazzjoni mitluba qed tingħata permezz tat-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Fir-rigward tas-snin 2003, 2004, 2005, 2006, 2007, 2008 u 2009, l-informazzjoni disponibbli hija limitata u għaldaqstant ma tistax tingħata risposta f’dan ir-rigward. Minbarra l-applikazzjonijiet indikati fit-tabella mogħtija, l-Awtorità ipproċessat ukoll numru ta’ talbiet għal reġistrazzjoni għal fini tal-Att XX tal-2013 dwar il-Provdituri ta’ Servizz lil Kumpaniji li daħal fis-seħħ fl-24 ta’ Diċembru 2013. Minħabba l-ammont u n-natura partikolari tagħhom id-dettalji dwar dawn it-talbiet qed tiġi mogħtija separatament kif ġej: It-talbiet għal reġistrazzjoni pendenti fl-aħħar ta’ Dicembru 2014 , kienu 202 – li minnhom in-numru ta’ talbiet pendenti għal aktar minn sitt xhur iżda anqas minn sena kien 189, filwaqt li ma kien hemm ebda talba pendenti għal aktar minn sena. It-talbiet għal reġistrazzjoni pendenti fl-aħħar ta’ Dicembru 2015 kienu 132 – li minnhom in-numru ta’ talbiet pendenti għal aktar minn sitt xhur iżda anqas minn sena kien 2, filwaqt li n-numru ta’ talbiet pendenti għal aktar minn sena kien 118. Ta’ min jgħid li qabel l-2014 din it-tip ta’ attività ma kinitx waħda reġistrabbli u għaldaqstant l-entitajiet konċernati xorta setgħu jagħtu dan it-tip ta’ servizz minkejja li kellhom (jew għad għandhom) talba għal reġistrazzjoni pendenti.

każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u meta hemm il-ħsieb li dan il-każ jiġi deċiż?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ imsemmi minnu instema'; liema każ ġie deċiż u l-appellant kien infurmat bid-deċiżjoni meħuda.
Leg 12 PQ #23280 Sitting 403 2016-06-15 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa – każijiet ta’ inġustizzji quddiem il-bord

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-każijiet ta’ inġustizzji quddiem il-bord fil-Ministeru għas-Saħħa? Jista’ jgħid f’liema stadju waslu dawn l-investigazzjonijiet u kemm minnhom ġew solvuti? Jista’ jgħid jekk hemmx xi ħjiel meta dawn il-każijiet se jiġu konklużi minħabba li bħalissa hemm individwi, speċjalment pensjonanti li ma ngħatawx promozzjoni li kien jistħoqqilhom, u kawża t’hekk batew finanzjarjament u għadhom ibatu nuqqas fil-pensjoni tagħhom sal-ġurnata tal-lum?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi infethu aktar minn 400 kaz ta’ ngustizzja quddiem il-bord fil-Ministeru tas-Sahha. Kull kaz gie investigat u issa dawn l-investigazzjonijet waslu fi stadju avvanzat u se jkunu konkluzi fiz-zmien li gej. Rigward il-kazijiet dwar individwi li setaw sofrew xi tip ta ingustizzja u li sal-llum il-gurnata ghadhom ibatu finanzjarjament minhabba xi nuqqas fil-pensjoni, wara li jkunu saru l-investigazzjonijiet mehtiega u f'kaz illi l-bord ikun ta' rakkomondazzjoni favorevoli, ghandha issir revizjoni tal-pensjoni taghhom kif inhu xieraq.

Il-Mosta – Triq l-Indipendenza – tindif ta’ għalqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid ta’ min hija r-responsabilità sabiex titnaddaf u tiddawwar l-għalqa li hemm fi Triq l-Indipendenza l-Mosta, in-naħa tal-lemin inti u dieħel lejn il-Mosta u biswit il-Housing Estate tal-Blata l-Għolja?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Il-Mosta – Triq ta’ Mellu u main street — għalqa

Question

Jista’ l Ministru jgħid min huwa l-proprjetarju ta’ għalqa abbandunata li tinsab bejn Triq ta’ Mellu u Triq il-Kbira l-Mosta u jekk hemmx il-ħsieb li jsir xi proġett f’din iż-żona li llum tinsab mitluqa?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru ma jkollux informazzjoni dwar min hu s-sid ta’ art abbandunata, u fil-każ partikolari ma hemm l-ebda proġett intenzjonat għal din iż-żona. Nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Clamping ta’ karozzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huwa inkarigat biex jikklampja karozzi f’postijiet pubbliċi u privati f'Malta u f'Għawdex? Jista’ jgħid b'liema awtorità jistgħu jagħmlu dan dawn il-kumpaniji/individwi privati? Jista’ jgħid jekk dawn il-kumpaniji għandhomx xi liċenzja speċjali u jekk hemmx xi żoni partikolari li huma clamping zones jew le?

Response (BONNICI, OWEN)

Skont l-Avviż Legali numru 65.13 huma l-Kummissarju tal-Pulizija, l-Kunsilli Lokali kif ukoll l-Awtorita ta’ Trasport li jistgħu jikklampjaw vetturi minn postijiet pubbliċi, iżda mhux minn siti ndikati li huma privati. Dan jista jsir kemm f’Malta kif ukoll ġewwa Għawdex. Sabiex kumpanija privata jew individwi jkunu jistgħu joffru dan is-servizz, dan ikun jista jsir wara sejħa pubblika f’liema sejħa jintalbu numru ta’ kundizzjonijiet fosthom li jingħata servizz effiċjenti kif mitlub mill-awtoritajiet. Bħala żoni sabiex ikunu jistgħu jiġu klampjati vetturi, dan ikun jista jseħħ biss f’dawk żoni mmarkati apposta b’sinjali ċari bi kliem ‘Tow Zone’ u sinjal ċar li jista jsir it-towing.

Persuni li nqabbdu jaħdmu bla ktieb

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jaħdmu bla ktieb matul is-snin 2012, 2013, 2014, 2015 u 2016? Jista’ jgħid ta’ liema nazzjonalità kienu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm inqabdu persuni jaħdmu bla ktieb matul is-snin 2012, 2013, 2014, 2015 (Jannar sa Diċembru) u 2016 (Jannar sa Mejju). It-tabella turi wkoll ta' liema nazzjonalità kienu.
Leg 12 PQ #21177 Sitting 402 2016-06-14 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta – konsulenzi u xogħol legali lill-persuna u kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħadu konsulenzi u/jew xogħol legali mill-Air Malta mill-1990 sal-2012 (l-aħħar sena kompriża) il-persuna u l-kumpanija li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra din l-informazzjoni mitluba?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Air Malta ma jirriżultalhiex li rċeviet xogħol professjonali u/jew konsulenza mill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament. Madankollu, lista ta’ xogħol professjonali u/jew konsultenza mogħtija lil Air Malta mill-kumpanija li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament li tkopri s-snin 2004 sal-2012, qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra. L-Air Malta ma għandhiex rekords f’dan ir-rigward għas-snin 1990-2003.

Ħ’Attard – Triq Dun Mikiel Xerri – water culverts

Question

Jista’ l-Ministru jara jekk jistgħux isiru water culverts fi Triq Dun Mikiel Xerri f’Ħ’Attard?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-triq ma taqax taħt ir-responsabbilta’ ta’ Transport Malta u għalhekk l-Mistoqsija għandha tiġi riferuta lill-Ministru kkonċernat.

Ħ’Attard – Triq Dun Mikiel Xerri – ħsejjes insapportabli

Question

Jista’ l-Ministru jinvestiga l-ħsejjes insapportabli li qed isofru minnhom ir-residenti ta’ Triq Dun Mikiel Xerri f’Ħ’Attard? Jista’ jieħu azzjoni biex dawn il-ħsejjes jieqfu matul is-sigħat ta’ mistrieħ?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ttieħdu l-passi neċessarji biex jitwaqqaf dan l-inkonvenjent.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – kuntratt għal servizz ta’ karozzi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji jekk hemmx kuntratt għal servizz ta’ karozzi (chauffer driven) tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jekk fl-affermattiv, jista’ l-Ministru jgħid kemm din il-kumpanija ilha toffri servizzi lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u x’kienu l-ammont totali ta’ flus li tħallset din il-kumpanija kemm ilha toffri s-servizzi tagħha?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm kuntratt mal-kumpanija li qed jirreferi għaliha. Din il-kumpanija kienet ingaġġata wara sejħa għall-offerti fl-2012. Il-kuntratt oriġinali kien imġedded għal sena fl-2014, bl-istess rati u kundizzjonijiet skont kif ipprovdut fi klawżola numru 7 tal-istess kuntratt sakemm inħarġet sejħa oħra għall-offerti u peress li s-servizz provdut kien sodisfaċenti. Saret sejħa għall-offerti fl-2015, imma l-unika offerta ma kinitx skont l-ispeċifikazzjonijiet. Għaldaqstant din l-istess kumpanija ngħatat direct order bl-istess termini u kundizzjonijiet tal-kuntratt oriġinali, sa Awwissu 2016, skont l-artikolu 20.1.b tal-Avviż Legali 293/2010 biex is-servizz jibqa' għaddej. Saret sejħa oħra għall-offerti f'Mejju ta' din is-sena, liema offerti qed jiġu evalwati. Din il-kumpanija ilha toffri s-servizz tagħha mill-2003 u sa Mejju 2016 tħallset l-ammont ta' €1,075,367.
Leg 12 PQ #22764 Sitting 402 2016-06-14 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dwana – gwardjani

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk humiex sejrin jiddaħlu iktar gwardjani fid-Dwana wara li kien sar eżami fl-2015 u f’liema sejħa diġà ġew ingaġġati 15-il persuna? Jista’ jgħid x’inhuma l-pjanijiet għal dan is-settur?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill Ministru konċernat.

Mosta – triq Madre Teresa — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jingħata l-wiċċ tat-triq ta’ Triq Madre Tereża ġewwa l-Mosta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq in kwistjoni tinstab fuq il-programm ta’ bini ta’ toroq residenzjali li jridu jsiru mill-Gvern Ċentrali. Ix-xogħlijiet fuq din it-triq se jsiru skont il-progress tal-formazzjoni, fondi disponibbli kif ukoll il-proċess tal-akwist tas-servizzi tal-kuntratturi.
Leg 12 PQ #20189 Sitting 401 2016-06-13 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa – direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ingħataw xogħol, kemm b’direct order jew wara sejħa pubblika l-Avukat u/jew id-Ditta tal-Avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament sew jekk b’konsulenza jew xogħol ieħor għas-snin 2003–2013?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuna u l-kumpanija msemmija ma taw l-ebda servizz fil-Ministeru tas-Sahha fis-snin imsemmija.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – direct orders

Question

Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm ingħataw xogħol, kemm b’direct order jew wara sejħa pubblika l-Avukat u/jew id-Ditta tal-Avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament sew jekk b’konsulenza jew xogħol ieħor għas-snin 2003–2013?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-ebda entita’ li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħi ma għamlet użu mill-Avukat jew mid-Ditta tal-Avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament.