Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-proġett tat-tablets u proġetti oħra tal-eLearning?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett tat-tablets magħruf bħala One Tablet Per Child (OTPC) laħaq fażi oħra fejn wara li f’Settembru 2015, hekk kif matul dik is-sena kien spiċċa l-proġett pilota kien sar l-ewwel taħriġ fuq il-prinċipji tal-OTPC, fis-16, 19 u 20 ta’ Settembru 2016 ingħata t-tieni taħriġ lill-għalliema kollha li se jkunu qed jgħallmu lit-tfal fir-Raba’ Sena. It-taħriġ sar minn 26 għalliem speċjalizzat li ħadu t-taħriġ tagħhom mill-kumpanija li rebħet it-tender. Matul dawn it-tlett ijiem tqassmu l-ewwel tablets u materjal ieħor li se jgħin lill-għalliem fil-klassi. Tqassmu 483 tablets bis-software stallat lest u l-għalliema ħadu l-ewwel taħriġ fejn raw kif ikunu jistgħu jikkontrollaw il-klassi u jwasslu l-oġġettivi tat-tagħlim bl-aktar mod effettiv u effiċjenti. Is-sapport se jibqa’ jingħata matul is-sena biex l-għalliema jagħmlu progress bil-mod il-mod. Madwar 4,000 tablet se jitqassmu lit-tfal kollha mill-bidu ta’ Diċembru 2016. Għalhekk bejn issa u Diċembru se jkunu qed isiru laqgħat mat-tfal biex nitkellmu magħhom dwar kif jieħdu ħsieb it-tablet u kif jużawh kif ukoll laqgħat mal-ġenituri fejn se niddiskutu mhux biss it-tablet imma l-idea sħiħa ta’ litteriżmu diġitali.
Il-proġetti l-oħra tal-eLearning se jkunu l-bidla fil-ħsieb ta’ x’irid joħroġ minn dan id-dipartiment fosthom li nibdew nitkellmu iktar fuq Litteriżmu Diġitali bi strateġija, fejn diġà tfasslu żewġ dokumenti dwar is-suġġett, tfassil ta’ kurrikulu li jirrifletti l-Litteriżmu Diġitali u binja rinovata fil-Ħamrun fejn se nuru kif għandha tkun klassi kreattiva u innovattiva hekk magħrufin bħala Creative Classroom labs.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tan-nefqa fl-għajununa lill-istudenti bħala stipendji f'dawn l-aħħar ħames snin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-nefqa fl-għajnuna lill-istudenti bħala stipendji pagabbli kull erba’ ġimgħat (f’għaxar pagamenti kull sena akkademika) matul l-aħħar ħames snin kalendarji kienet kif ġej:
Sena Nefqa Totali fi stipendji
2011 - € 15,252,865.56
2012 - € 15,686,619.57
2013 - € 16,136,063.99
2014 - € 17,445,508.92
2015 - € 17,289,268.05
Dawn il-figuri jinkludu l-ħlas li sar lill-istudenti fil-livell post sekondarju u terzjarju inkluż l-għotjiet supplimentari u inkluż ukoll il-ħlas ta’ stipendji lill-istudenti li applikaw taħt l-iskema Malta Government Undergraduate Scheme (MGUS) u kienu eliġibbli għall-istipendju. Din iż-żieda ta' żewġ miljuni fi stipendji ma tinkludix il-ħlas f’għotjiet ta’ darba (one time grant) u l-għotjiet fil-bidu tal-kors (annual grant) lill-istess studenti.
In-nefqa fl-għajnuna lill-istudenti bħala grants (il-ħlas f’għotjiet ta’ darba (one time grant) u l-għotjiet fil-bidu tal-kors (annual grant)) pagabbli kull sena akkademika, fil-bidu tas-sena lill-istudenti fil-livell post-sekondarju u terzjarju (għajr dawk li jkunu qed jirrepetu sena fil-kors tagħhom) matul l-aħħar ħames snin kalendarji kienet kif ġej:
Sena Nefqa Totali f’għotjiet/grants
Sena 2011 – € 6,680,296.63
Sena 2012 – € 6,810,030.03
Sena 2013 - € 6,727,020.27
Sena 2014 - € 7,166,700.69
Sena 2015 - € 7,455,358.89
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu t-tfal li bbenefikaw mis-servizz b’xejn ta’ child care li beda joffri l-Gvern fl-1 ta’ April 2014, fl-2014, fl-2015 u fl-2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? X’kienet in-nefqa fl-istess perjodu fuq din il-miżura? Kemm hemm ċentri li qed jieħdu sehem bħalissa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fil-perjodu bejn l-1 ta’ April 2014 u l-31 ta’ Diċembru 2014 kien hemm 3,856 applikazzjoni għall-iskema ta’ Child Care b’xejn. Bejn l-1 ta’ Jannar 2015 u l-31 ta’ Diċembru 2015 kien hemm 2,843 applikazzjoni.
F’Jannar tal-2016 ġiet introdotta sistema kompjuterizzata (Childcare Information System) b’nefqa ta’ €250,000. Bħalissa n-numru ta’ tfal li qegħdin jibbenefikaw mis-servizz huwa ta’ 2,947.
In-nefqa għal din l-iskema kienet kif se nsemmi:
2014 (April – Diċembru): €5.2 miljuni
2015 (Jannar – Diċembru): €10.01 miljuni
2016 (Jannar – Settembru): €9.26 miljuni
Infurmat ukoll li hemm 93 ċentru rreġistrat fl-iskema.
Kemm huma l-istudenti li qed jibbenefikaw mis-servizz fejn jitwasslu siegħa qabel il-ftuħ tal-iskola u jingħataw kolazzjon nutrittiv li beda joffri l-gvern mill-1 ta’ April 2014? X’kienet in-nefqa matul l-2014, l-2015 u l-2016 fuq din il-miżura?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li mill-bidu tal-ftuħ tas-servizz tal-Breakfast Club, fis-sena skolastika 2014-2015 ibbenefikaw 2,433 student filwaqt li fis-sena skolastika 2015-2016 ibbenefikaw 3,362 student.
In-nefqa mill-ftuħ tal-Breakfast Club minn April 2014 sal-aħħar ta’ Ġunju 2016 kienet ta’ €1,274,598.04. Din tinkludi ħlasijiet lill-Breakfast Coordinators (wieħed kull Kulleġġ), ħlasijiet lill-ħaddiema (għalliema, LSAs, eċċ.), kif ukoll ix-xiri tal-prodotti għall-Breakfast Club, kif se nsemmi:
Sena Skolastika
Nefqa
2014-2015
Ħlasijiet lill-
Breakfast Coordinators
€41,205.00
Ħlasijiet lis-
Supervisors
li jieħdu ħsieb it-tfal
€397,783.52
2015-2016
Ħlasijiet lill-
Breakfast Coordinators
€41,420.76
Ħlasijiet lis-
Supervisors
li jieħdu ħsieb it-tfal
€644,101.56
April 2014 – Ġunju 2016
Tqassim ta’ Fondi lill-iskejjel
€150,087.20
TOTAL
€1,274,598.04
Kemm kien in-numru ta’ studenti li rrepetew sena fil-kors tagħhom u ngħataw l-istipendju xorta matul l-2014, l-2015 u l-2016? X’kienet l-ispiża fuq din il-miżura?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-istudenti li rrepetew sena fil-kors tagħhom u ngħataw l-għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti fis-snin skolastiċi 2013/14, 2014/15 u 2015/16 kienu kif ġej:
Sena skolastika 2013/2014
Numru ta’ studenti 1043
Nefqa totali €421,774
Sena skolastika 2014/2015
Numru ta’ studenti 1031
Nefqa totali €702,320
Sena skolastika 2015/2016
Numru ta’ studenti 976
Nefqa totali €736,728
L-ammonti indikati jkopru studenti li rrepetew sena fil-kors ta’ studju tagħhom fil-livell post-sekondarju u terzjarju u ngħataw stipendju wara li applikaw. L-ammont jista jvarja bi ftit peress li matul is-sena jkun hemm studenti li jirreżenjaw. Xi studenti jkunu wkoll eliġibbli għall-għotja supplimentari
Studenti li attendew għall-klassijiet ta’ reviżjoni fis-suġġetti tas-SEC
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm studenti li attendew għall-klassijiet ta' reviżjoni fis-suġġetti tas-SEC minn Marzu 2013, sena skolastika b’sena skolastika? Kemm minn dawn l-istudenti qagħdu għall-eżamijiet? Kemm minnhom għaddew mill-eżamijiet li qagħdu għalihom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta' studenti li attendew għall-klassijiet ta’ reviżjoni fl-2014 (l-ewwel sena tal-klassijiet ta' reviżjoni), 2015 u fl-2016, kif ukoll il-perċentwali ta' kemm ġabu marka ta' 4 jew 5 fir-resits qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li l-istatistika dwar il marki li ġabu l-istudenti fir-resit ta' din is-sena għadha qed tiġi analizzata u tkun disponibbli fil-futur qrib.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il borża ta’ studju ngħatat minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija u taħt liema skema? Jista’ jagħti l-valur kumplessiv ta’ dawn il-boroż ta’ studju?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat mid-Dipartiment Implimentazzjoni ta’ Programmi li n-numru ta’ boroż ta’ studju li ngħataw minn Marzu 2013 sa Awwissu 2016, taħt liema skema u l-valur kumplessiv tagħhom huwa kif nsemmi:
Bejn Marzu 2013 sa Awwissu 2016
Nru. ta’ boroż ta’ studju mogħtija
Valur kumplessiv
Malta Arts Scholarhisps Scheme (b’fondi lokali)
43
€250,000.00 fis-sena
Malta Sport Scholarships Scheme (b’fondi lokali)
39
€120,000.00 fis-sena
Malta Government Scholarships Scheme (MGSS)
148
€900,000.00 fis-sena
ENDEAVOUR Scholarship Scheme – Katgorija B (b’fondi lokali)
56
€900,000.00 fis-sena
ENDEAVOUR Scholarship Scheme – Katgorija A (b’fondi mill-EU)
247
€2,400,000.00 fuq perjodu ta’ 4 snin
REACH HIGH Scholars Programme – Post-Doctoral Grants (b’fondi mill-EU)
16
€392,667.08 li tħallsu s’issa. Kull
grant
taħt l-iskema REACH HIGH jista’ jwassal sa massimu ta’ €200,000.00 fuq perjodu ta’ 3 snin.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra f’liema stadju wasal il-proċess għar-reklutaġġ ta’ Uffiċjal Kap Operattiv (Chief Operating Officer) fi ħdan l-MFSA? Jista’ jindika kemm hemm applikanti u minn min hu magħmul il-bord tal-għażla?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-proċess ta' rekluttaġġ għall-pożizzjoni ta' Uffiċjal Kap Operattiv (Chief Operating Officer) fi ħdan l-MFSA għadu ma ġiex konkluż. L-informazzjoni l-oħra mitluba mill-Onorevoli Membru hija ta' natura kunfidenzjali u ma jkunx fl-interess tal-MFSA u tal-applikanti li din tkun ippubblikata. Il-proċess ta' proċedura għal kull reklutaġġ fi ħdan l-MFSA huwa deskritt fl-iStaff Handbook tal-MFSA. Bhal f’kull każ ta’ reklutaġġ ieħor, fit-tmiem ta’ kull proċess, l-MFSA tipprovdi rapport iddettaljat lill-Jobsplus (li kienet ETC), b’kopja lis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi u kopja lill-PAHRO skont il-proċedura.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra f’liema stadju wasal il-proċess għar-reklutaġġ ta’ Direttur tal-Unità Legali fi ħdan l-MFSA? Jista’ jindika kemm kien hemm applikanti u minn min hu magħmul il-bord tal-għażla?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-proċess ta' reklutaġġ għall-pożizzjoni ta' Direttur tal-Unità Legali fi ħdan l-MFSA għadu ma ġiex konkluż. L-informazzjoni l-oħra mitluba mill-Onorevoli Membru hija ta' natura kunfidenzjali u ma jkunx fl-interess tal-MFSA u tal-applikanti li din tkun ippubblikata. Il-proċess ta' proċedura għal kull reklutaġġ fi ħdan l-MFSA huwa deskritt fl-iStaff Handbook tal-MFSA. Bħal f’kull każ ta’ reklutaġġ ieħor, fit-tmiem ta’ kull process, l-MFSA tipprovdi rapport iddettaljat lil-Jobsplus (li kienet ETC), b’kopja lis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi u kopja lill-PAHRO skont il-proċedura.
Il-Mosta – Triq il-Qalbiena Mostin – traffic management
Question
Jista’ l-Ministru jintervjeni biex fi Triq il-Qalbiena Mostin, isir traffic management aħjar u forsi anke jsiru speed cameras fil-post?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi tali triq taqa’ taħt ir-responsabbilta’ tal-kunsill lokali u t-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku fi ħdan Transport Malta m’għandha l-ebda talba pendenti għal Traffic Management f’din it-triq.
Skont il-proċedura eżisteni, il-kunsill lokali għandu jissottometti l-proposti tiegħu għal konsiderazzjoni tal-Awtorita’.
Ninforma wkoll lill-Onore. Interpellant li talbiet għal speed cameras għandhom jiġu sottomessi lil LESA.
Jista’ l-Ministru jintervjeni sabiex titnaddaf il-Housing Estate Ta’ Mlit fil-Mosta, in-naħa ta’ Triq in-Nasba?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li saret spezzjoni fit-triq imsemmija. Għalkemm din taqa’ taħt ir- repsonsabbilta’ tal-Kunsill Lokali sabiex titnaddaf, ħaddiema tad-Direttorat għat-Tindif ser iwettqu intervent sabiex isir it-tindif neċessarju.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu kawżi ċivili quddiem il-Qrati tal-Maġistrati u kif ġew distribwiti? Min huma l-Maġistrati li ġew assenjati dawn il-kawżi u kemm ħadu kull wieħed? Jista’ jgħid kemm hemm kawżi b’kollox fil-bidu ta’ Lulju 2016 jistennew għal sentenza u kemm hemm kawżi b’kollox li qed jiġu trattati quddiem il-Qrati tagħna?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-kawżi ċivili (assenjati lill-Maġistrati) quddiem il-Qorti tal-Maġistrati f’Malta u Għawdex ġew distribwiti skont kif jidher fit-Tabella li tidher hawn taħt. Fl-istess tabella qed jiġi indikat min huma l-Maġistrati li ġew assenjati u kemm kull wieħed u waħda minnhom ħadu kawżi ċivili.
S’intendi l-Maġistrati ma jagħmlux dan ix-xogħol biss iżda jagħmlu xogħol ieħor. Għalhekk biex wieħed jieħu stampa eżatta tad-distribuzzjoni tal-workload wieħed irid jitlob għad-distribuzzjoni tal-kawżi kollha.
Assenjazzjoni ta' Kawżi Civili fost il-Maġistrati bejn l-2011 u l-2016 (Ġunju)
2011
QORTI TAL-MAĠISTRATI (SEDE ĊIVILI)
Introdotti
Total ta’ Kawzi
Pendenti
CONSUELO-PILAR SCERRI HERRERA
106
162
FRANCESCO DEPASQUALE
62
308
GABRIELLA VELLA
106
284
GIOVANNI GRIXTI
6
30
JACQUELINE PADOVANI
3
JOSEPH A. APAP BOLOGNA
104
345
SILVIO MELI
38
Total Malta
422
1132
ANTHONY ELLUL
5
JOSETTE DEMICOLI
16
22
PAUL COPPINI
12
75
Total Għawdex
33
97
Total Qorti
455
1,229
TRIBUNAL TA` REVIZJONI AMMINISTRATTIVA
Introdotti
Total ta’ Kawzi
Pendenti
GABRIELLA VELLA
279
342
Total Malta
279
342
DOREEN CLARKE
1
GABRIELLA VELLA
8
9
Total Ghawdex
9
9
Total Tribunal
288
351
BORD TA’ ARBITRAGG DWAR ARTIJIET
Introdotti
Total ta’ Kawzi
Pendenti
GIOVANNI GRIXTI
31
204
JOSEPH A. APAP BOLOGNA
4
Total Bord
0
208
BORD DWAR IL-KONTROLL TAL-KIRI TAR-RABA`
Introdotti
Total ta’ Kawzi
Pendenti
FRANCESCO DEPASQUALE
70
GIOVANNI GRIXTI
15
32
JOSEPH A. APAP BOLOGNA
6
Total Malta
15
108
PAUL COPPINI
1
15
Total Ghawdex
1
15
Total Bord
16
123
BORD LI JIRREGOLA L-KERA
Introdotti
Total ta’ Kawzi
Pendenti
FRANCESCO DEPASQUALE
13
GIOVANNI GRIXTI
137
441
JOSEPH A. APAP BOLOGNA
13
Total Malta
137
467
JOSETTE DEMICOLI
1
PAUL COPPINI
3
19
Total Ghawdex
3
20
Total Bord
140
487
2012
QORTI TAL-MAĠISTRATI (SEDE ĊIVILI)
Introdotti
Total ta’ Kawzi
Pendenti
CONSUELO-PILAR SCERRI HERRERA
126
150
FRANCESCO DEPASQUALE
141
301
GABRIELLA VELLA
36
244
GIOVANNI GRIXTI
2
20
JACQUELINE PADOVANI GRIMA
JOSEPH A. APAP BOLOGNA
130
352
SILVIO MELI
Total Malta
435
1067
JOSETTE DEMICOLI
18
21
PAUL COPPINI
24
63
Total Għawdex
42
84
Total Qorti
477
1,151
TRIBUNAL TA` REVIZJONI AMMINISTRATTIVA
Introdotti
Total ta’ Kawzi
Pendenti
DOREEN CLARKE
15
GABRIELLA VELLA
343
534
Total Malta
343
549
GABRIELLA VELLA
3
8
Total Ghawdex
3
8
Total Tribunal
346
557
BORD TA’ ARBITRAGG DWAR ARTIJIET
Introdotti
Total ta’ Kawzi
Pendenti
FRANCESCO DEPASQUALE
3
GIOVANNI GRIXTI
36
177
JOSEPH A. APAP BOLOGNA
4
Total Bord
36
184
BORD DWAR IL-KONTROLL TAL-KIRI TAR-RABA`
Introdotti
Total ta’ Kawzi
Pendenti
FRANCESCO DEPASQUALE
16
78
GIOVANNI GRIXTI
1
16
JOSEPH A. APAP BOLOGNA
6
Total Malta
17
100
PAUL COPPINI
3
14
Total Ghawdex
3
14
Total Bord
20
114
BORD LI JIRREGOLA L-KERA
Introdotti
Total ta’ Kawzi
Pendenti
FRANCESCO DEPASQUALE
18
GIOVANNI GRIXTI
109
419
JOSEPH A. APAP BOLOGNA
6
Total Malta
109
443
JOSETTE DEMICOLI
1
PAUL COPPINI
6
17
Total Ghawdex
6
18
Total Bord
115
461
2013
QORTI TAL-MAĠISTRATI (SEDE ĊIVILI)
Introdotti
Total ta’ Kawzi
Pendenti
CONSUELO-PILAR SCERRI HERRERA
126
144
FRANCESCO DEPASQUALE
141
283
GABRIELLA VELLA
8
193
GIOVANNI GRIXTI
2
20
JOSEPH A. APAP BOLOGNA
1
MARSEANN FARRUGIA
119
385
Total Malta
397
1025
JOSETTE DEMICOLI
27
37
PAUL COPPINI
17
53
Total Għawdex
44
90
Total Qorti
441
1,115
TRIBUNAL TA` REVIZJONI AMMINISTRATTIVA
Introdotti
Total ta’ Kawzi
Pendenti
CHARMAINE GALEA
159
276
DOREEN CLARKE
15
GABRIELLA VELLA
170
451
Total Malta
329
742
CHARMAINE GALEA
1
11
GABRIELLA VELLA
7
Total Ghawdex
8
11
Total Tribunal
337
753
BORD DWAR L-ARBITRAGG TAL-ARTIJIET
Introdotti
Total ta’ Kawzi
Pendenti
GIOVANNI GRIXTI
11
135
Total Bord
11
135
BORD LI JIRREGOLA L-KIRI TAR-RABA
Introdotti
Total ta’ Kawzi
Pendenti
FRANCESCO DEPASQUALE
18
73
GIOVANNI GRIXTI
8
JOSEPH A. APAP BOLOGNA
Total Malta
18
81
PAUL COPPINI
2
13
Total Ghawdex
2
13
Total Bord
20
94
BORD DWAR IL-KONTROLL TAL-KIRJIET
Introdotti
Total ta’ Kawzi
Pendenti
FRANCESCO DEPASQUALE
9
GIOVANNI GRIXTI
128
432
Total Malta
128
441
JOSETTE DEMICOLI
1
PAUL COPPINI
6
14
Total Ghawdex
6
15
Total Bord
134
456
2014
QORTI TAL-MAĠISTRATI (SEDE ĊIVILI)
Introdotti
Total ta’ Kawzi
Pendenti
CHARMAINE GALEA
9
4
CONSUELO-PILAR SCERRI HERRERA
134
144
FRANCESCO DEPASQUALE
141
267
GABRIELLA VELLA
9
171
GIOVANNI GRIXTI
6
19
JOSEPH A. APAP BOLOGNA
MARSEANN FARRUGIA
130
416
Total Malta
429
1021
JOANNE VELLA CUSCHIERI
10
26
JOSETTE DEMICOLI
6
9
PAUL COPPINI
27
65
Total Għawdex
43
100
Total Qorti
472
1,121
TRIBUNAL TA` REVIZJONI AMMINISTRATTIVA
Introdotti
Total ta’ Kawzi
Pendenti
CHARMAINE GALEA
59
254
DOREEN CLARKE
2
GABRIELLA VELLA
57
418
Total Malta
116
674
CHARMAINE GALEA
3
9
Total Ghawdex
3
9
Total Tribunal
119
683
BORD DWAR L-ARBITRAGG TAL-ARTIJIET
Introdotti
Total ta’ Kawzi
Pendenti
GIOVANNI GRIXTI
19
128
Total Bord
19
128
BORD DWAR IL-KONTROLL TAL-KIRI TA` RABA`
Introdotti
Total ta’ Kawzi
Pendenti
FRANCESCO DEPASQUALE
5
68
GIOVANNI GRIXTI
8
Total Malta
5
76
PAUL COPPINI
2
15
Total Ghawdex
2
15
Total Bord
7
91
BORD LI JIRREGOLA L-KIRJIET
Introdotti
Total ta’ Kawzi
Pendenti
FRANCESCO DEPASQUALE
5
GIOVANNI GRIXTI
103
393
Total Malta
103
398
JOANNE VELLA CUSCHIERI
1
PAUL COPPINI
1
10
Total Ghawdex
1
11
Total Bord
104
409
2015
QORTI TAL-MAĠISTRATI (SEDE ĊIVILI)
Introdotti
Total ta’ Kawzi
Pendenti
CHARMAINE GALEA
8
6
CONSUELO-PILAR SCERRI HERRERA
125
153
FRANCESCO DEPASQUALE
131
254
GABRIELLA VELLA
11
132
GIOVANNI GRIXTI
5
MARSEANN FARRUGIA
60
340
MONICA VELLA
54
66
Total Malta
394
951
JOANNE VELLA CUSCHIERI
26
39
JOSEPH MIFSUD
1
JOSETTE DEMICOLI
PAUL COPPINI
22
72
Total Għawdex
49
111
Total Qorti
443
1,062
TRIBUNAL TA` REVIZJONI AMMINISTRATTIVA
Introdotti
Total ta’ Kawzi
Pendenti
CHARMAINE GALEA
30
53
DOREEN CLARKE
1
GABRIELLA VELLA
42
358
Total Malta
72
412
CHARMAINE GALEA
3
6
Total Ghawdex
3
6
Total Tribunal
75
418
BORD DWAR L-ARBITRAGG TAL-ARTIJIET
Introdotti
Total ta’ Kawzi
Pendenti
FRANCESCO DEPASQUALE
12
117
GIOVANNI GRIXTI
8
Total Bord
20
117
BORD DWAR IL-KONTROLL TAL-KIRI TA` RABA`
Introdotti
Total ta’ Kawzi
Pendenti
FRANCESCO DEPASQUALE
15
65
Total Malta
15
65
PAUL COPPINI
13
Total Ghawdex
13
Total Bord
15
78
BORD LI JIRREGOLA L-KIRJIET
Introdotti
Total ta’ Kawzi
Pendenti
FRANCESCO DEPASQUALE
5
GIOVANNI GRIXTI
48
MONICA VELLA
78
408
Total Malta
126
413
JOANNE VELLA CUSCHIERI
1
PAUL COPPINI
6
9
Total Ghawdex
6
10
Total Bord
132
423
Sal-aħħar ta' Ġunju 2016
QORTI TAL-MAĠISTRATI (SEDE ĊIVILI)
Introdotti
Total ta’ Kawzi
Pendenti
CAROLINE FARRUGIA FRENDO
8
8
CHARMAINE GALEA
4
CONSUELO-PILAR SCERRI HERRERA
70
162
FRANCESCO DEPASQUALE
48
224
GABRIELLA VELLA
3
114
MARSEANN FARRUGIA
9
301
MONICA VELLA
25
73
Total Malta
163
886
JOANNE VELLA CUSCHIERI
11
25
JOSETTE DEMICOLI
PAUL COPPINI
8
57
Total Għawdex
19
82
Total Qorti
182
968
TRIBUNAL TA` REVIZJONI AMMINISTRATTIVA
Introdotti
Total ta’ Kawzi
Pendenti
Mhux Assenjati
6
6
CHARMAINE GALEA
17
43
DOREEN CLARKE
1
GABRIELLA VELLA
19
358
Total Malta
42
408
CHARMAINE GALEA
1
6
Total Ghawdex
1
6
Total Tribunal
43
414
BORD DWAR L-ARBITRAGG TAL-ARTIJIET
Introdotti
Total ta’ Kawzi
Pendenti
FRANCESCO DEPASQUALE
6
63
Total Bord
6
63
BORD DWAR IL-KONTROLL TAL-KIRI TA` RABA`
Introdotti
Total ta’ Kawzi
Pendenti
FRANCESCO DEPASQUALE
5
61
Total Malta
5
61
PAUL COPPINI
1
11
Total Ghawdex
1
11
Total Bord
6
72
ORD LI JIRREGOLA L-KIRJIET
Introdotti
Total ta’ Kawzi
Pendenti
FRANCESCO DEPASQUALE
4
MONICA VELLA
76
413
Total Malta
76
417
JOANNE VELLA CUSCHIERI
1
PAUL COPPINI
3
8
Total Ghawdex
3
9
Total Bord
79
426
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid minn meta Malta ngħaqdet mal-Unjoni Ewropea, kemm ġew kontributi flus lill-Unjoni Ewropea? Kemm ħadet lura fondi (flus) mill-Unjoni Ewropea fis-snin ta’ Gvern Nazzjonalista? Fl-aħħar tliet snin u nofs ta’ Gvern Laburista, kemm ikkontribwixxiet flus Malta lill-Unjoni Ewropea u kemm ħadet fondi mill-Unjoni Ewropea? Jista’ l-Ministru ġentilment jagħti dan it-tagħrif sena b’sena?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant it-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Sptar Mater Dei – pazjenti bid-dijabete — retinal photography
Question
Jista’ l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn pazjenti li jattendu fil-klinika ta’ dijabete tal-Isptar Mater Dei, ma ssirilhomx retinal photography filwaqt li meta jattendu fil-Health Centres issirilhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-facilitajiet tar-retinal photography jinsabu għall-użu kliniku kemm f’numru ta’ Ċentri tas-Saħħa kif ukoll fl-Isptar Mater Dei.
Jista' l-Ministru jara li jinżamm l-upkeep ta' Ġnien Wied il-Għasel, il-Mosta?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat u bħala l-Ministru responsabbli mill-ambjent ser insegwi l-ilment mal-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jagħti l-aħħar statistika li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu dwar kemm hemm persuni li huma f’riskju ta’ faqar u jaqsamhom f’kategoriji ta’ kemm hemm minnhom minn tfal sa 16-il sena, żgħażagħ bejn is-16 u l-35 sena, irġiel u nisa bejn l-35 u l-65 sena, anzjani bejn 65 sena sa 75 sena u anzjani ta’ ‘l fuq minn 75 sena?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, statistika bħal dik mitluba minnu tista’ tinkiseb biss mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) u trid tinġabar minn surveys differenti li l-istess uffiċċju jagħmel minn żmien għal żmien, inkluż iċ-Ċensiment Nazzjonali, il-Household Budgetary Survey u s-Survey on Income and Living Conditions. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid, mill-aħħar studju li għandu f’idejh, kemm minn dawk li huma f’riskju ta’ faqar, ma jaħdmux, għandhom xi forma ta’ diżabilità, anzjani ta’ ‘l fuq minn 65 sena u persuni bla xogħol?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, bħalma weġibt għall-mistoqsija parlamentari numru 26272, statistika bħal dik mitluba minnu tista’ tinkiseb biss mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) u trid tinġabar minn surveys differenti li l-istess uffiċċju jagħmel minn żmien għal żmien, inkluż iċ-Ċensiment Nazzjonali, il-Household Budgetary Survey u s-Survey on Income and Living Conditions. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nies jistennew biex jingħataw għajnuna biex ikollhom saqaf fuq rashom u d-dar tagħhom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorita’ tad-Djar sal-lum għandha 2835 applikazzjoni minn persuni li qed jitolbu akkommodazzjoni alternattiva mifruxa fuq diversi kategoriji.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, filwaqt li l-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali, m’hijiex l-entità responsabbli għall-akkommodazzjoni soċjali, minn ċertu snin ’l hawn dejjem kien hemm għadd ta’ persuni bi problemi soċjali li minħabba li spiċċaw jgħixu fil-faqar, ma setax ikollhom saqaf fuq rashom. Għaldaqstant, l-Fondazzjoni bdiet tgħin billi ssibilhom postijiet f’diversi
homeless shelters
li jmexxu għaqdiet mhux governattivi.
Sal-aħħar ta’ Mejju 2016 l-għadd ta’ persuni bla dar li kienu qed joqgħodu f’ homeless shelters permezz tal-Private Public Partnerships bejn l-Fondazzjoni u l-NGOs, kien ta’ 40 b’ kollox.
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri se jittieħdu biex dawk id-djar li jinkrew lill-gruppi ta’ barranin, fejn ankè tista’ tgħid li xi drabi jkun hemm ‘l fuq minn 10 barranin qed jgħixu f’salt f’dar waħda, bil-konsegwenza li dan il-fenomenu għolla l-kirjiet lill-familji Maltin u ġabhom jikkompetu biex jikru dar lil dawn il-gruppi ta’ barranin biex jgħixu flimkien?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba minnu ma taqax fil-kompetenza tal-Ministeru li jien responsabbli minnu.