Jista' l-Ministru jara x'inhu jżomm milli jiġu pprovduti caretakers full time jew part-time fl-iskola primarja Karmnu Sant fil-Għargħur meta llum hemm biss caretaker wieħed li qed jagħmel xogħol żgur ta' tnejn? Jara l-Ministru li din hija urġenza li trid tiġi deċiża malajr?
Response (GALEA, LOUIS)
Ser nindaga mad-Dipartiment konċernat biex nara li l-iskola jkollha dak li għandha bżonn għall-indafa tagħha.
Jaf il-Ministru li l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku qed taġixxi ultra vires meta mingħajr ebda proċess kriminali timponi multi u l-ġbir tagħhom, kif jirriżulta mid-dokument li qed jintbagħat separatament?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-multi msemmija huma konformi ma` l-Att XII ta` l-1995 (Kap 291) u jikkonċernaw reati konnessi mat-trasport pubbliku. B`din is-sistema, wieħed jista` jħallas il-multa flok ma joqgħod jittella` l-Qorti. Minbarra hekk dan hu wieħed mill-modi li bihom l-Awtorita` għat-Trasport Pubbliku tipprova tikkontrolla l-aġir irresponsabli ta` dawk il-ftit li ma jridux jerfgħu r-responsabilitajiet tagħhom.
Jaf il-Ministru li fl-Imdina u ċioe' fejn ir-Roman Villa saret roundabout kbira b'periklu għat-traffiku u pedestrians u jaf ukoll li x-xogħlijiet indikati saru mingħajr l-awtorita' tal-Kunsill Lokali ta' l-Imdina jew ta' xi awtorita' oħra?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lil Onorevoli Interpellant li jindirizza l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jaf il-Ministru li fl-Għammieri hemm skilled labourers li jippanċjaw kull filgħodu u ieħor partikolari li sempliċement jiffirma u jevita li jippanċja? Ma jidhirlux il-Ministru li dan jagħti lok għall-abbuż?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-allegazzjoni ta' abbuż li qed jagħmel l-Onor. Interpellant qed titressaq lill-Uffiċjali responsabbli sabiex tiġi nvestigata.
Il-Viċi Prim Ministru jara li hija ħaġa flokha skond il-prassi taċ-Ċivil u l-etika fiċ-Ċivil li koppja miżżewġa jaħdmu flimkien bħala fattigi fulltime fid-dar ta' l-anzjani fil-Furjana?
Jikkonsidra l-Ministru li taxpayer li sas-sena ta' stima 1997 u anke 1998 li jkollu jieħu refund mingħand il-Kummissarju tat-Taxxi Interni, għandu jibbenefika minn set-offs mat-taxxa li tkun dovuta? Jara li l-metodu ndikat fid-dokument li qed jintbagħat separatament, qed jiġi abbużat?
Response (DALLI, JOHN)
Fis-sistema li ġiet introdotta bil-liġi li għaddejna fil-Parlament riċentement, spjegajna li għamilna distinzjoni bejn l-ammonti dovuti qabel is-sena ta` stima 1998 u dawk li se jkunu dovuti wara.
Jista' l-Ministru jgħid kienx hemm permessi tal-pulizija biex waqt il-festa ta' San Ġużepp, ċelebrata fid-19/3/99 jiġu sparati murtali mill-ġnien pubbliku, Howard Gardens magħrufa bħala t-Tomba ftit 'il bogħod minn fejn kien hemm logħob tat-tfal għaddej b'mod li kien ta' periklu għalihom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-ħruq tal-logħob tan-nar minn Howard Gardens, ir-Rabat, fid-19 ta' Marzu, 1999, kien kopert bil-liċenzja tal-Pulizija li nħarġet fis-6 ta' Marzu, 1999.
Ninsab infurmat ukoll li kienet saret applikazzjoni lill-Pulizija sabiex jiġi organizzat xi logħob għat-tfal f'post viċin mnejn kien ser jinħaraq il-logħob tan-nar u għalhekk din it-talba ma ġietx aċċettata.
Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji — Każi
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid: (1) kemm kienu l-każi li ġew deċiżi mit-Tribnal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji? (2) Kemm minn dawn il-każi ġew deċiżi favur ir-rikorrenti? (3) F'liema data dawn ġew deċiżi mit-Tribunal u f'liema data dawn ġew attwati mill-gvern preżenti?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li, sa l-aħħar ta' April 1999, in-numru ta' każi li ġew deċiżi mit-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji kien ta' 112.
Minn dawn il-każi, 65 ġew deċiżi favur ir-rikorrenti.
Ma din it-tweġiba, qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra, tabella li turi d-dati meta dawn il-każi ġew deċiżi mit-Tribunal flimkien mad-dati meta dan l-Uffiċċju ġie mgħarraf li r-rakkomandazzjonijiet tat-Tribunal ġew implimentati.
Fost il-każi fejn, fl-aħħar kolonna, m'hemmx data indikata, jista jkun hemm xi uħud li għalkemm fil-fatt, ġew implimentati, dan l-Uffiċċju jkun għadu ma ġiex mgħarraf b'dan mid-dipartiment jew l-organiżżazzjoni konċernati.
Jaf il-Ministru li l-karozzini fl-Imdina qegħdin jgħaddu kontra l-one-way u dan mit-Triq Villegainon, Mdina minħabba li quddiem u fejn ix-Xara Palace Hotel fejn/ma St. Paul's, Mdina hemm slabs bojod li ż-żiemel jibża' minnhom? Jaf il-Ministru li din hija problema serja fiċ-ċirkostanzi?
Jista' l-Ministru jgħid kienx hemm permessi tal-pulizija biex waqt il-festa ta' San Ġużepp, ċelebrata fid-19/3/99 jiġu sparati murtali mill-ġnien pubbliku, Howard Gardens magħrufa bħala t-Tomba ftit 'il bogħod minn fejn kien hemm logħob tat-tfal għaddej b'mod li kien ta' periklu għalihom?
Response (BORG, TONIO)
Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
24.05.99 (a.m.)
Jista' l-Ministru jara li l-liġi f'Għawdex tiġi applikata għal kulħadd fis-sens illi hemm min qiegħed jabbuża fil-bajja tar-Ramla, fin-Nadur, Għawdex bid-dgħajjes tal-kiri fuq ir-ramel li huwa protett mill-Ambjent u mingħajr l-ebda permess neċessarju u dan bil-barka tal-pulizija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija għamlet u ser tibqa' tagħmel spezzjonijiet fil-bajja li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant sabiex ma jkunx hemm l-abbuż msemmi.
17.05.99 (a.m)
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6557, il-Prim Ministru jara li r-risposta taqbel mad-domanda ta' l-Onor. Anġlu Farrugia, liema domanda mhux qed tmur kontra l-prinċipju ta' sikurezza dwar ħażna ta' armi u munizzjon, imma saret minħabba li fid-Depot tal-Mosta (AFM) qegħdin fil-fatt jiġu maħżuna flimkien armi awtomatiċi u munizzjon? Jista' l-Ministru jara li din is-sitwazzjoni għandha tiġi rimedjata mmedjatament?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
B'riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 6557, nikkonferma l-prinċipju dwar il-ħażna ta' armi u munizzjon hu li kemm jista jkun, dawn jinżammu separati minn xulxin.
Ninsab infurmat li l-prinċipju msemmi qed jiġi osservat mill-Forzi Armati u filwaqt li minħabba raġunijiet ta' sigurta ma naħsibx li għandhom jiġu pubblikati dettalji, nistieden lill-Onor Interpellant biex jekk irid, nikkommunikalu l-informazzjoni, privatament.
Jista' l-Ministru jara li ż-żieda fit-tariffa b'25% għat-telefonati overseas permezz ta' telecard ma tkunx applikabbli għall-pensjonanti li ħafna minnhom jużawhom biex jagħmlu kuntatt mal-qraba tagħhom barra minn Malta?
Response (BONNICI, JOSEF)
Filwaqt li wieħed jappreza s-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant, jiena nfurmat li dan huwa mpossibbli li das-suġġeriment jiġi attwat għaliex il-management system tal-cardphones ma tikkonoxxix jekk min juża l-cardphone hux pensjonant jew le.
Madankollu niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor. Interpellant li l-pensjonanti llum xorta jistgħu jibqgħu jagħmlu sejħiet għal barra minn Malta bit-tariffi normali billi jċemplu mir-residenzi. Anke jekk minflok telefon normali dawn għandhom telephone residenzjali li jieħu t-telecard, it-tariffi għal sejħiet għal barra minn dan it-tip ta' cardphone m'għolewx. Dan ħareġ ċar ħafna mill-istqarrija uffiċjali li l-Maltacom ħarġet nhar il-Ġimgħa, 30 ta' April fejn intqal: 'It-tariffi għal sejħiet għal barra minn Malta minn telephones u cardphones residenzjali mhux qed jogħlew.'
Jiena nfurmat ukoll li l-maltacom ma żiditx it-tariffi għal sejħiet għal barra b'kapriċċ. Kif intqal fl-istqarrija li kkwotajt minnha qabel, 'dan id-dħul se jgħin lill-Mlatacom tagħti lill-klijenti tagħha servizz aħjar permezz ta' investiment ġdid fis-sistemi diġitali tagħha u billi tgħolli l-kwalita` tal-cardphones tagħha'. Barra minn hekk, il-cardphones tal-Maltacom huma l-uniċi f'Malta li għandhom iċ-ċertifikat ISO 9000, li jingħata biss lil dawk l-azjendi li jissodisfaw kriterji għolja ta' servizz.
Infakkar li minkejja din iż-żieda, is-sejħiet għal barra mill-cardphones xorta waħda jibqgħu orħos minn dawk li jsiru minn coinboxes.
Jista' l-Ministru jgħid huwiex veru li saru ħsarat kbar lill-Catamaran meta ddaħħal il-Manoel Island Yacht Yard? Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx il-plan meħtieġa mill-kaptan inkarigat biex din il-ħsara tiġi evitata? Veru li dan il-Catamaran tal-Gozo Channel jiswa lill-kumpannija madwar Lm1,000 kuljum biex jinżamm "operational" u jekk hu hekk, veru li dan ifiser telf għall-kumpannija għal aktar minn Lm1.25 miljun fis-sena?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistosija tieghu lill-Ministru kkonċernat.
Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji — Każi
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid: (1) kemm kienu l-każi li ġew deċiżi mit-Tribnal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji? (2) Kemm minn dawn il-każi ġew deċiżi favur ir-rikorrenti? (3) F'liema data dawn ġew deċiżi mit-Tribunal u f'liema data dawn ġew attwati mill-gvern preżenti?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jien infurmat li n-numru ta' każi li ġew deċiżi mit-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji huwa ta' 112, li minnhom 65 ġew deċiżi favur ir-rikorrent.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jara jekk huwiex fl-interess tas-sigurta' tal-pajjiż li l-ħażna ta' l-armi awtomatiċi jiġu maħżuna wkoll flimkien fl-istess post/lokalita' fejn jinħażen wkoll il-munizzjon kollu ta' l-Armata, jiġifieri fid-Depot tal-Mosta, u dan taħt il-kontroll ta' l-istess persuna?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-proposta ta' l-Onor Membru tmur kontra kull prinċipju ta' sikurezza ta' armi u munizzjon. Hu prinċipju bażiku, applikat mill-Forzi Militari madwar id-dinja li, kemm jista jkun, armi u munizzjon ma jinħażnux fl-istess post.
Jista' l-Ministru jara li l-każ fid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali dwar akkomodazzjoni alternattiva, tiġi kemm jista' jkun mogħtija l-attenzjoni mmedjata u dan peress li l-imsemmija applikanta qegħda tgħix f'post verament substandard?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-applikazzjoni indikata qed tiġi kkunsidrata flimkien mal-oħrajn kollha li hemm pendenti, u fid-dawl tan-numru limitat ta' postijiet li jkollu d-Dipartiment Għall-Akkomodazzjoni Soċjali.
26.4.99
B'riferenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari numri 4756, 5225 u 5872, jista' l-Ministru jwieġeb inekwivokabilment għal dawn is-segwenti domandi: (1) x'kien ix-xogħol strutturali li sar fl-uffiċċju ta' l-MMA f'Lascaris? (2) Min awtorizza dawn ix-xogħlijiet, setgħax jagħmel dan? (3) Min kienu l-kuntratturi li għamlu dawn ix-xogħlijiet? (4) Saritx sejħa għall-offerti? (5) Kemm ġie jqum dan il-proġett?
Jista' l-Ministru jikkonferma li sal-mistoqsija parlamentari numru 4756 tal-15 ta' Frar, 1999 kien ippjanat li dawn ix-xogħlijiet kellhom isiru ferm akbar?
Response (GALEA, ĊENSU)
Waqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għad-domandi parlamentari Nru 4756 u 5226, jien infurmat li ċ-Chief Executive u l-Executive Directors huma awtoriżżati li japprovaw nefqa ta` mhux aktar minn LM1000 mingħajr ma jinformaw lill-Management Committee. Ix-xogħol sar minn Philip Chircop & Sons Ltd. u ma saret l-ebda sejħa għall-offerti. L-ispiża totali laħqet Lm991.15c.
Jien infurmat ukoll li għalkemm kien ippjanat li x-xogħolijiet kellhom ikunu akbar, kienet ittieħdet deċiżżjoni li ċertu xogħol ma jsirx. Din id-deċiżżjoni ttieħdet qabel ma saret il-mistoqsija parlamentari Nru. 4756.
Jista' l-Ministru jara li l-fond, li t-tagħrif dwaru qed nibgħathom separatament, li huwa kolpit b'Requisition Order Numru 44876 jiġi derequisitioned u dan peress li sidha qed ibati ħafna konsegwenzi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi dak li qed jitlob l-Onor. Interpellant ma jistax isir peress li l-post huwa okkupat.
26.4.99