Legislature:
Category:
Reset
Active:

Djar — Sussidju

Question

Jista l-Viċi Prim Ministru jara li fil-każ ta' persuna li isimha qed jintbagħat separatament u li huwa handicapped, u li biex jinħasel bl-għajnuna tal-membri tal-familja tiegħu kellu jagħmel shower u nefaq is-somma ta' Lm261 bil-VAT b'kollox, għandux jiġi mogħti l-għajnuna meħtieġa f'sussidju bħalma jiġri f'każijiet oħra u dan peress li sal-lum għalkemm l-awtoritajiet ġew informati b'dan kollu, għadhom qed jirrifjutaw li jgħinuh u peress li dan huwa każ ta' persuna li jgħix ma martu u tlett itfal li ma jaħdmux u għandu biss pensjoni bħala dħul? Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li dan huwa każ li għandu jiġi indirizzat minnufih?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Minn "records ta' l-Awtorita' tad-Djar ma jirriżultax li l-persuna imsemmija għamlet xi applikazzjoni taħt xi skema minn tagħha. Lanqas jirriżulta li għamlet xi talba f'dan is-sens. Sa dan it-tant il-"Customer Care Unit" ta' l-Awtorita' tad-Djar ser tikkomunika mal-persuna konċernata biex tinvestiga il-każ.
Leg 9 PQ #11201 Sitting 180 1999-11-15 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Girgenti — Għassa ta' l-armata

Question

Veru li f'Girgenti fejn hemm l-għassa ta' l-Armata fil-fond residenzjali u ta' mistrieħ tal-Prim Ministru l-membri ta' l-armata li jkunu għassa m'għandhomx il-faċilita' ta' l-użu tat-telephone, lanqas f'każ ta' urġenza?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-għassiesa ta' l-Armata fil-Girgenti għandhom biżżejjed faċilitajiet ta' telephone għax-xogħol tagħhom, fosthom il-faċilita' ta' telephone point-to-point maċ-ċentru operattiv tal-Forzi Armati ġewwa Hal-Luqa.

Qrati — Kawżi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk il-kawżi deċiżi favur ir-rikorrenti mit-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji li sal-lum għadhom ma ngħatawx rimedju u/jew id-deċiżjoni implimentata u dan in partikolari f'dawk il-każijiet fejn ir-rikorrenti huma impjegati fiċ-ċivil?

Response (GATT, AUSTIN)

Naħseb li l-Onorevoli Interpellant jaf li r-rapporti tat-Tribunal tal-Inġustizzji, jiġu mibghuta lill-Prim Ministru. Ghaldaqstant, nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jindirizza l-mistoqsija tieghu lill-Prim Ministru.
Leg 9 PQ #11225 Sitting 180 1999-11-15 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qrati — Kawżi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm minn dawk il-kawżi deċiżi favur ir-rikorrenti mit-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji li sal-lum għadhom ma ngħatawx rimedju u/jew id-deċiżjoni implimentata, u dan in partikolari f'dawk il-każi fejn ir-rikorrenti huma mpjegati fiċ-Ċivil?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li huma sebgħa d-deċiżjonijiet tat-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji favur ir-rikorrenti li huma mpjegati fiċ-Ċivil u li għad ma ngħatawx rimedju. B'kollox kien hemm 72 deċiżjoni tat-Tribunal.
Leg 9 PQ #10877 Sitting 168 1999-11-01 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — PAB 587/95E

Question

Jista' l-Ministru jara u dan b'riferenza għall-PAB 587/95E li skond kif qal hu stess "fiċ-ċirkostanzi l-każ qiegħed jiġi eżaminat sabiex jittieħdu dawk il-passi neċessarji skond il-liġi u possibbilment segwenti bit-tneħħija tal-ksur diretta mill-awtorita' għas-spejjeż tas-sid" jgħid għaliex sal-lum għadha ma ttieħdet l-ebda azzjoni u jew inizjattiva mill-Planning Authority u dan wara kważi sena mis-seduta parlamentari numru 35?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-każ li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant ġie mgħoddi għall-azzjoni diretta fit-28 ta` Ottubru, 1999.
Leg 9 PQ #10566 Sitting 163 1999-10-25 Oral · Interim From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Popolazzjoni Reliġjuża

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-popolazzjoni tar-reliġjużi f'Malta mqassma f'qassisin, patrijiet u sorijiet? Kemm minnhom huma impjegati mal-gvern u kemm minnhom huma mpjegati mal-Knisja? Jista' jgħid ukoll l-age groups tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #10567 Sitting 163 1999-10-25 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA — Sigurta' fl-ajruport

Question

Il-Ministru ma jaħsibx li s-sigurta' fl-ajruport tista' tkun mhedda, kif jistgħu jixhdu l-cameras li hemm mwaħħlin, mill-fatt li s-security manager jippermetti li meta jaslu l-passiġġieri bil-helicopter minn Għawdex, dawn jgħaddu transit u kulma jkun hemm fis-security huwa wieħed u l-iktar tnejn, flok il-minimu ta' ħames personnel security biex ix-xogħol fis-security jkun jista' verament isir sewwa? Ma jaħsibx il-Ministru li din il-problema ta' security għandha tiġi ndirizzata minnufih?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ma naħsibx li s-sigurta tista' tkun mhedda fir-rigward ta' dak li qed isaqsi l-Onorevoli Interpellant. In-numru ta' passiġġieri li jidħlu minn Għawdex bil-helicopter ma jgħaddux transit ħlief dawk li jkunu ser isiefru, u n-numru tagħhom tant huwa żgħir li m'hemmx bżonn aktar minn tnejn min-nies fuq il-magna ta' l-X-Ray biex jiċċekkjawhom.
Leg 9 PQ #10568 Sitting 163 1999-10-25 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA — VIP lounge

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fil-VIP, il-ministerial lounge ta' l-ajruport, ħafna drabi m'humiex jitilgħu tad-dwana?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li d-dwana m'hijiex fir-responsabbilta ta' l-M.I.A., nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #10569 Sitting 163 1999-10-25 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA — Impjegati

Question

Rigward l-applikazzjoni tal-porters fl-MIA, jista' l-Ministru jgħid għaliex mhux qed jiġi onorat il-fatt li ħaddiema stess fi ħdan il-kumpannija twarrbu, intbagħtet applikazzjoni l-ETC u hemm 400 ruħ għall-interview?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li ħadd mill-ħaddiema fl-M.I.A. ma twarrab rigward vakanzi ta' Airport Attendants. Ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet biex jimtlew dawn il-vakanzi. Applikaw ħdax u attendew għall-intervista tmienja li tlieta minnhom setgħu jkunu kunsidrati għall-mili ta' dawn il-vakanzi peress li l-ħamsa l-oħra jokkupaw pożizzjoni fi skala ogħla minn dik ta' Airport Attendant. Kull min mill-ħaddiema applika u attenda għall-intervista ġie nfurmat bil-miktub li ma ġiex magħżul. Għadha ma saret ebda għażla minn fost l-ismijiet mibgħuta mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ.
Leg 9 PQ #10687 Sitting 163 1999-10-25 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ li l-passes li jintlibsu mill-membri fl-MIA fejn, per eżempju, telephone operators qegħdin jiġu mġiegħla mill-manager (security) li jmorru jiġbru l-pass mingħand l-uffiċċju tas-security biex ikunu jistgħu jidhru fl-arrivals u fid-departures fir-restrictred area A u B u li wara dawn qegħdin jiġu mġiegħla jirritornaw il-pass lura għand il-manager biex jiġu mitfugħin fil-kexxun? Il-Ministru ma jarax li b'dan l-aġir hemm l-possibbilta' li dawn il-passes, għal area sensittiva, hemm mitfugħha f'kexxun jistgħu jiġu abbużati minn terzi li m'għandhom qatt jużaw dawn il-passes personali?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-passes tat-Telephone Operators li għalihom qed issir riferenza ġew mogħtija lura lill-persuni kkonċernati. Dawn il-passes kienu nżammu bħala miżura temporanja ta' sigurta'.
Leg 9 PQ #10471 Sitting 158 1999-10-18 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Sptar San Luqa - Scelerosis

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li t-tabib, li ismu qed jintbagħat separatament, li kien jieħu ħsieb dawk it-tfal li jbatu bl-iscelerosis u spine problem spiċċax mill-Isptar San Luqa? Jekk hu hekk, min se jagħmel xogħolu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

It-tabib konċernat għamel talba għal sena unpaid leave b`effett mill-1 ta` Novembru 1999 li għada qed tiġi kkonsiderata.
Leg 9 PQ #10387 Sitting 157 1999-10-14 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Correctional officer

Question

Jista' l-Ministru jara għaliex correctional officer li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, għadu sal-lum ma ħax l-increments mistħoqqa lilu skond kuntratt ta' xogħol b'seħħ mill-25 ta' Jannar, 1996?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-increment ta' l-uffiċjal li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant kien ġie miżmum (witheld) fl-1 ta' Jannar 1998. Dan l-uffiċjal ingħata increment fl-1 ta' Jannar 1999. 14.10.99

Children's allowance

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex għadha ma ġietx ipproċesata ċ-children's allowance dovuta lill-persuna li isimha qed jintbagħat separatament li għandha minuri ta' sentejn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.

Sigurta' Soċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex hemm dewmien fl-ipproċessar għall-għajnuna fis-sigurta' soċjali tal-persuni li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament minn Ħal Tarxien, meta sa ftit ilu qabel ma mietu l-ġenituri tagħha din kienet tieħu ħsiebhom "fulltime" fid-dar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.

Mosta — Triq il-Ħajriet - Traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta sejra tinfetaħ Triq il-Ħtajriet, Mosta biex it-traffiku fil-Mosta ikollu iktar ftit fejn idur? Jaf il-Ministru li min mindu daħlet il-one(1) way traffic flow fi Triq Kostituzzjoni, Mosta diġa' għalqu n-negozju tagħhom numru ta' ħwienet?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li saru bosta laqgħat ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex jiġi deċiż il-pjan tat-Toroq fiż-żona ta' Triq il-Ħtajriet u nbdew ukoll 'surveys' tal-lokalita'. Hekk kif dawn is-'surveys' jitlestew id-Dipartiment tat-Toroq ikun f'pożizzjoni li jiffinalizza il-pjanti għat-toroq kollha konċernati.
Leg 9 PQ #9943 Sitting 148 1999-10-04 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonsidra mill-ġdid il-każijiet ta' dawk il-membri fil-Forzi Armati ta' Malta li rtiraw mis-servizz minħabba l-policy kif indikata mill-Brigadier skond changes to the current officer and soldier retirement ages u dan wara statement li sar fuq l-AFM fil-Parlament fit-3 ta' Diċembru, 1997 u li wara tbiddlet il-policy fit-3 ta' Settembru, 1998 b'deċiżjoni tal-Kabinett kienu laħqu rtiraw minħabba u kaġun ta' l-ewwel policy? Jaħseb il-Prim Ministru li hemm każijiet li qegħdin isofru inġustizzja minħabba l-applikazzjoni ta' l-ewwel policy meta din tiġi komparata mal-policy riveduta?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-policy applikata mill-amministrazzjoni ta' qabel dwar irtirar mandatorju ħesrem mis-servizz bejn l-1 ta' Jannar 1998 u l-5 ta' Settembru 1998 laqat numru ta' membri ta' l-Armata. Fil-fatt it-tibdil kosmetiku tal-policy b'deċiżjoni tal-Kabinett fit-3 ta' Settembru 1998, jumejn qabel l-elezzjoni, ma setax imiss lil dawk li kienu diġa rtiraw. Huwa fatt ukoll li din id-deċiżjoni tal-Kabinett fit-3 ta' Settembru 1998, (ovvjament meħuda mgħaġġla) ma kien se jkollha ebda effett fil-prattika. Il-reviżjoni serja saret minn din l-amministrazzjoni meta ddikjarat il-policy ġdida dwar l-irtirar b'notice ta' għaxar snin. Iżda, madankollu, mhux lok li nista niddikjara kienx, jew ma kienx hemm inġustizzja ma dawk li kellhom jirtiraw skond il-policy ta' l-amministrazzjoni ta' qabel. Naħseb li din id-dikjarazzjoni għandu jagħmilha min wettaq id-deċiżjoni oriġinali.
Leg 9 PQ #9993 Sitting 148 1999-10-04 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru ta' l-Agrikoltura — Ħaddiema impressed

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk dawk immarkati bil-highlighter fid-dokument li qed nibgħat under separate cover bl-ismijiet ta' persuna A indikata separatament u persuna B indikata separatament verament humiex il-persuni li jkunu impressed? Jaf il-Ministru li l-persuna l-oħra indikata separatament persuna C li qed jiffirma fis-7.00 a.m. ma jiffirmax meta jispiċċa u ma jagħlaqhiex?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jiena nfurmat li d-Direttur ta' l-Agrikoltura huwa sodisfatt li l-persuni ndikati dejjem ipprovdew is-servizzi rikjesti minnhom. Madanakollu, l-allegazzjonijiet ta' l-Onor. Interpellant qed jiġu mistħarġa.

Furjana — Dar ta' l-anzjani

Question

Il-Viċi Prim Ministru jara li hija ħaġa flokha skond il-prassi taċ-Ċivil u l-etika fiċ-Ċivil li koppja miżżewġa jaħdmu flimkien bħala fattigi fulltime fid-dar ta' l-anzjani fil-Furjana?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Safejn huwa possibbli, d-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Anzjani jimxi mal-prassi taċ-Ċivil u ta' l-Etika. Kulltant, ikun hemm każi ġustifikati fejn koppja jaħdmu fl-istess post tax-xogħol bħal dan il-każ fid-dar ta' l-Anzjani tal-Furjana. Dan id-Dipartiment għandu nuqqas ta' persuni li jagħmlu dan ix-xogħol. Il-gradi ta' dawn il-persuni huma ta' assistant care worker u health attendant u ilhom jaħdmu hemm numru ta' snin. 21.7.99
Leg 9 PQ #8293 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Buġibba — Bay Square

Question

Jista' l-Ministru jara li l-arloġġ li jinsab f'Bay Square, Buġibba ma jibqax jinżamm jaqra b'siegħa 'il quddiem? Jista' jara wkoll li l-brazzi li hemm fil-pjazza u madwar jitnaddfu minn ġewwa peress li minħabba f'hekk qed jitbaxxa l-qawwa tad-dija tad-dawl?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-arloġġ u l-brazzi msemmija ma jaqgħux taħt ir-responsabbilta' ta' l-Enemalta iżda taħt dik tal-Kumitat ta' Azzjoni ta' Buġibba.
Leg 9 PQ #8294 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Liċenzji ta' shotguns

Question

Jista' l-Ministru jara li jsiru refunds lil dawk il-persuni li ħallsu l-liċenzja to keep a functional shotgun or shotguns fi Frar, 1999 fl-ammont ta' Lm19 meta din ġiet ridotta għal Lm7 ladarba diġa' qegħdin jingħataw refunds lil dawk li ħallsu f'Marzu ta' din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-ewwel parti tat-Tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 6342.