Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #19916 Sitting 392 2000-10-13 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Artijiet — Baħrija

Question

Jista' l-Onor Ministru jgħid meta se jingħata l-kumpens lis-sidien wara li art ġiet esproprijata mill-Gvern fi Triq il-Qastan fil-Baħrija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi d-Dipartiment ta` l-Artijiet ma rċieva l-ebda talba għal esproprijazzjoni ta` art fejn tinsab Triq il-Qastan fil-Baħrija.

San Pawl il-Baħar — Triq is-Sajjied

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ma sarux sinjali fi triq fejn jipparkjaw il-karozzi, bħalma saru f'toroq oħra viċin, fi Triq is-Sajjied, San Pawl il-Baħar?

Response (GALEA, ĊENSU)

Ser ngħaddi t-talba ta' l-Onor. Interpellant lill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku biex jara x'jista' jsir.
Leg 9 PQ #19919 Sitting 392 2000-10-13 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — San Pawl il-Baħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm lill-pulizija milli titneħħa l-karozza Nru IAJ 616 ta' kulur blu li tinsab mitluqa u abbandunata fi Triq l-10 ta' Frar, San Pawl il-Baħar, f'liema ċirkostanza ilha hekk aktar minn sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-vettura li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant kienet tneħħiet.

Djar — San Pawl il-Baħar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jiġi upgraded l-ambjent madwar il-housing estate ta' l-Erba' Mwieżeb f'San Pawl il-Baħar, partikolarment għalqa fil-viċin u mad-dawra li tħalliet żdingata

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li r-responsabbilita' għax-xogħol indikat hi tal-Kunsill Lokali u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #19922 Sitting 392 2000-10-13 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Djar — San Pawl il-Baħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġi upgraded l-ambjent madwar il-housing estate ta' l-Erba' Mwieżeb f'San Pawl il-Baħar, partikolarment għalqa fil-viċin u mad-dawra li tħalliet żdingata

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li l-funzjoni li għalieh qed jirreferi l-Onor. Interpellant hi waħda minn dawk mgħodija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu direttament lill-Kunsil Lokali koncernat.
Leg 9 PQ #19640 Sitting 381 2000-10-03 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta Electricity Board

Question

Peress li l-ħaddiema ta' dik li kienet il-Malta Electricity Board u li llum huma mpjegati mal-Korporazzjoni Enemalta, f'April 1970 ġew imwegħda li tfasslet skema ta' pensjoni għalihom permezz tal-ħarġa tal-Memo Nru. 344 (Kopja li qed tintbagħat separatament); peress li minkejja li għaddew 30 sena din il-wegħda ma ġietx imwettqa' u hekk kull impjegat ta' dan il-bord li jispiċċa mix-xogħol sofra u qiegħed isofri inġustizzja finanzjarja; peress li għandi informazzjoni li l-partit fil-gvern qabel l-elezzjoni ta' l-1996 u ta' l-1998 kien wegħdhom li kellu jirimedja din l-inġustizzja; jista' l-Ministru jgħid fiex waslu wara sentejn fil-gvern, l-proċeduri sabiex dawn il-ħaddiema ta' l-ex-Malta Electricity Board jingħata dak li ġie nwegħed lilhom u għalhekk dritt tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #19478 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Spetturi anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterju ġew maqbuża numru ta' spetturi anzjani fil-promozzjonijiet li ħarġu tas-supretendenti? Jista' jassigura lill-Kamra li ma saret ebda inġustizzja mad-diversi uffiċjali tal-pulizija li tħallew fir-rank ta' spetturi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-kriterji li fuqhom ingħataw il-promozzjonijiet li qiegħed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant huma dawk stabbiliti fl-Estacode.
Leg 9 PQ #18651 Sitting 360 2000-07-25 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Imsida - Karozzi bla liċenzja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qegħdin jittieħdu fuq il-karozza bla liċenzja u li qegħdin jiżgumbraw żona li suppost tinżamm żgumbrata fi Triq l-Irmiġġ, l-Imsida u dan wara li ilhom isiru rapporti għal diversi snin mir-residenti u baqa' ma sar xejn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-vetturi li kienu b`xi mod joħolqu ngombru fit-triq li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant, tneħħew.
Leg 9 PQ #18293 Sitting 355 2000-07-21 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartimenti — Ħlasijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħlasijiet pendenti dovuti lill-kuntratturi mid-dipartimenti kollha tal-gvern, in partikolari d-dipartiment tad-drenaġġ, għal xogħlijiet li diġa' saru mill-1995 'il hawn? X'inhu jżomm lill-gvern milli jħallas dak dovut meta ħafna mill-kuntratturi qegħdin lura is-snin fil-ħlasijiet mill-gvern?

Response (DALLI, JOHN)

Narraf lill-Onorevoli Interpellant li r-responsabbilta' all-ħlas lill-kuntratturi hija ta' dak id-Dipartiment li alih ikun sar ix-xool. F'dan il-każ partikolari d-Dipartiment tad-Drenaġġ jamel parti mid-Diviżjoni tax-Xoolijiet fil-Ministeru ta' l-Ambjent. Narraf lill-Onorevoli Interpellant li r-responsabbilta' all-ħlas lill-kuntratturi hija ta' dak id-Dipartiment li alih ikun sar ix-xool. F'dan il-każ partikolari d-Dipartiment tad-Drenaġġ jamel parti mid-Diviżjoni tax-Xoolijiet fil-Ministeru ta' l-Ambjent.
Leg 9 PQ #18302 Sitting 355 2000-07-21 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Teżor — Lm10 tal-ħobż

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għadha sal-lum ma ħaditx Lm10 tal-ħobż kif imħabbar fl-aħħar budget?

Response (DALLI, JOHN)

Narraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tat-Teżor ħa l-passi neċessarji biex il-pagament ta' Lm10 jitħallas mill-aktar fis possibli. Narraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tat-Teżor ħa l-passi neċessarji biex il-pagament ta' Lm10 jitħallas mill-aktar fis possibli.
Leg 9 PQ #18323 Sitting 355 2000-07-21 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Logħob illegali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qegħdin jinqabdu nies in konnessjoni ma' logħob illegali f'Malta u Għawdex?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jispeċifika l-perijodu li dwaru qed jintalab dan it-tagħrif.
Leg 9 PQ #18256 Sitting 352 2000-07-18 Oral · Interim From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Skola Sir Temi Zammit

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu dwar ir-riħa ta' gass li kien hemm fl-iskola sekondarja tas-subien Sir Temi Zammit, Imtarfa, li hija kkawżata mill-fabbrika tal-mushrooms li hemm taħt l-iskola? X'kienu r-riżultati jekk sar stħarriġ u x'passi sejrin jittieħdu biex meta terġa' tibda l-iskola jkun tneħħa dan il-perikolu li hemm għat-tfal, kif ukoll għall-għalliema?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tinġabar l-informazzjoni mitluba, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #17566 Sitting 333 2000-07-03 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Buġibba — Triq it-Turisti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 16443, jista' l-Ministru jara u jinvestiga l-każ in kwestjoni u dan peress li fil-fatt il-blokka ma kenitx mibnija kollha qabel ma ġiet kostitwita l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, fil-fatt din ġiet mibnija wara li ġiet kostitwita l-awtorita' u dan qed nibgħat separatament kopja ta' riċerka, Ins, 12978/92? Qed ukoll nibgħat separtament kopja ta' ittra legali ta' l-avukati li juri dan kollu. Jidhirlu għalhekk il-Ministru li r-risposta timerita li dan il-każ jiġi investigat aħjar u skond dak mitlub mill-istess liġi ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

B`riferenza għall-Interpellanza Parlamentari Nru. 17566 u kif diġa` ġie aċċennat qabel fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 16443, jien infurmat li l-iżvilupp in kwestojoni inkluż il-fondi Nru. 9 u 10 li jinsabu fil-ħames sular (4th floor) kienu fi stadju avvanzat ta` bini sa minn qabel ġiet kostitwita l-Awtorita` ta` l-Ippjanar, ċioe` it-30 t`Ottubru, 1992. Wara investigazzjoni iżjed profonda dwar il-każ, irriżulta illi l-uffiċjal inkarigat mill-area dak iż-żmien kien irraporta fil-file PAPB 1401/92, li x-xogħol fil-ħames sular kien jinsab in hand u dan kien fl-4 ta Novembru, 1992. Dan kien iż-żmien tranżitorju bejn l-ex PAPB u l-Awtorita il-ġdida ta` l-Ippjanar. Għaldaqstant l-azzjoni ta` infurzar li ttieħdet dak iż-żmien kienet tikkonsisti f`ċitazzjoni taħt il-Kap 10 Sezzjoni 16 u 17 tal-Kodiċi Kriminali. Kif jista` jiġi osservat, ir-rapport ta` l-Uffiċjal inkarigat ta` dak iż-żmien huwa konferma illi l-iżvilupp in kwestjoni kien fi stat ta` kostruzzjoni sa minn żmien qabel ma ġiet kostitwita l-Awtorita` ta` l-Ippjanar. Bħala informazzjoni addizzjonali ta` min wieħed isemmi illi ċ-ċitazzjoni taħt il-Kap 10 kienet ġiet irtirata mill-Qorti flimkien ma` każi oħra, fejn wara ittieħdet azzjoni taħt l-Att Nru. 1 ta` l-1992 dwar l-Ippjanar ta` l-Iżvilupp billi nħareġ Avviż biex Tieqaf u tat-Twettieq kontra l-persuna responsabbli, u dan l-avviż ħareġ fl-4 ta` Diċembru, 1998 (ECF 1454/97). Dan l-avviż ġie appellat fl-24 ta` Diċembru, 1998 fejn sussegwentament ġie miċħud mill-Bord ta` l-Appelli fl-10 ta` Diċembru, 1999 (PAPB 908/98E). Iżjed tard l-iżvilluppatur issottometta applikazzjoni sanatorja (PA6986/99) liema applikazzjoni għada qed tiġi proċessata. Is-sezzjoni ta` l-Infurzar ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ser tibqa` issegwi l-każ sa ma` l-azzjoni tiġi eżawrita skond il-liġi.
Leg 9 PQ #16959 Sitting 317 2000-06-16 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li applikat diversi drabi biex tingħata l-liċenzja tas-senter u qatt ma ġiet kunsidrata mill-Kummissarju tal-Pulizija u dan peress li fl-1998 kienet weħlet 3 u nofs ħabs meta fiċ-ċirkostanzi llum din tinsab riformata u għalhekk għandha tiġi kunsidrata?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant għamel żewġ applikazzjonijiet sabiex ikun jista` jġorr senter. Waħda fl-1997 u l-oħra fl-1998. It-tnejn ġew ikkunsidrati iżda ġew irrifjutati minħabba l-kondotta ta` l-applikant li fost affarijiet oħra, kien involut f`serq bi swat ta` żewġ anzjani. Infurmat ukoll li fiż-żewġ okkażżjonijiet l-applikant kien infurmat li t-talba tiegħu ma tistax tkun milqugħa. Saħansitra ġie mogħti spjegazzjoni xi xhur ilu tramite l-avukat tiegħu. Jekk din il-persuna ma taqbilx mad-deċiżjoni meħuda mill-Pulizija, dejjem tista` tirrikorri għal rimedju skond il-liġi.
Leg 9 PQ #16517 Sitting 307 2000-06-05 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Towing

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fl-4 ta' Marzu, 2000 ġew ittowjati karozzi numri CAB 121 u CAI 558 meta dawn kienu qegħdin ipparkjati sew f'Imdina Road, Naxxar u ma kenux qegħdin f'towing zone? Peress li diġa' tħallas l-ammont ta' Lm45 kull wieħed, jaħsibx il-Ministru li dawn għandhom jiġu rifonduti mill-aktar fis mingħand l-istess Kummissarju tal-Pulizija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-vetturi li qiegħed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant, kienu ġew irmonkati skond kif provdut fl-Avviż Legali Numru 94 ta` l-1997. Jekk persuna ma taqbilx ma` deċiżjoni meħuda mill-Pulizija rigward il-provediment ta` l-imsemmi Avviż Legali, hi libera li tfittex il-parir legali meħtieġ kif isir f`każijiet simili oħra.
Leg 9 PQ #16622 Sitting 307 2000-06-05 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Permessi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'permessi għandu l-isnack bar li d-dettalji tiegħu jidhru separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-permessi fil-Liċenzja eżistenti tal-Pulizija fuq il-ħanut li qiegħed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant, huma għall-bejgħ ta` l-inbid, birra u xorb alkoħoliku, ilma, sigaretti, confectionery, pastizzi, ċikkulata u gallettini, pre packed snacks u ħelu, kif ukoll sabiex iħaddem freezer.
Leg 9 PQ #16625 Sitting 307 2000-06-05 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Bars

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu mill-pulizija, meta l-bar, li d-dettalji tiegħu qed jidhru separatament, jibqa' miftuħ wara l-ħinijiet normali tal-permess, u li b'konsegwenza qed joħloq disturb lir-residenti tat-triq? X'passi qed jittieħdu mill-pulizija fir-rigward ta' parking bl-addoċċ li jsir f'din l-istess triq?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Pulizija qed tissorvelja l-ħanut li rrefera għalih l-Onor. Interpellant sabiex ma jkunx hemm abbużi. Infurmat ukoll li kull meta rriżulta li kien hemm xi ksur ta` liġi, il-Pulizija ħadet passi quddiem il-Qorti kemm kontra sid il-ħanut kif ukoll persuni oħra, inkluż drivers ta` vetturi.
Leg 9 PQ #16443 Sitting 302 2000-05-29 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Buġibba — Triq it-Turisti

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-fondi numru 9 u 10 li jinsabu f'Executive Suite, Triq it-Turisti, Buġibba, li huma mibnija mingħajr il-permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, għandhom installati meter ta' l-elettriku u ta' l-ilma? Jista' jgħid minn meta bdiet il-policy li post li ma jkollux il-permess tal-PA ma jistax jingħatalu meter tad-dawl u ilma? Jikkonferma l-Ministru li fil-fatt fl-1996 il-meter tad-dawl kien tneħħa minn fond numru 10 u ftit wara reġa' tpoġġa hemm? Jara l-Ministru li dan jista' jidher bħala każ ta'diskriminazzjoni fil-konfront ta'oħrajn simili li qed jiġu trattati b'mod differenti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li ġie kkonfermat mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar li l-fondi numru 9 u 10 li jinsabu fir-raba` sular, fi blokka flats, bl-isem ta` Executive Suite fi Triq it-Turisti, Buġibba, huma mibnija mingħajr permess ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar. Peress li din il-blokka kienet inbniet qabel ma ġiet konstitwita l-Awtorita` ta` l-Ippjanar kienet inħarġet 'Legal Action' fil-11 ta` Novembru 1992, talli inbena sular żejjed mingħajr permess. Wara, din l-istess 'Legal Action' ġiet irtirata mill-Qorti biex il-każ ikompli jiġi trattat skond l-Att I ta` l-1992 dwar l-Iżvilupp ta` l-Ippjanar. Fil-fatt, fl-4 ta` Diċembru 1998 inħareġ Stop & Enforcement Notice. Għalkemm Appell kontra dan l-istess Avviż ġie miċħud mill-Bord ta` l-Appell, saret applikazzjoni sanatorja b`referenza PA 6986/99 u din l-applikazzjoni għada pendenti. Il-policy li ma jingħatax is-servizz tad-dawl u l-ilma jekk kemm il-darba post ma jkollux il-permess ta` l-Awtorita`, tmur lura għall-żmien il-PAPB (qabel 1992). Wara, din l-istess policy ġiet regolarizzata fl-Att innifsu dwar l-Ippjanar ta` l-Iżvilupp [Taqsima VII.61(2)]. Rigward it-tielet parti tal-Mistoqsija, l-Awtorita` ma tistax tikkonferma li fl-1996 il-meter tad-dawl kien tneħħa minn fond numru 10 u ftit wara reġa` tpoġġa. Ta` min jirrimarka li kemm ilha mwaqqfa l-Awtorita` qatt ma nħareġ ċertifikat biex f`dan is-sular ikun jista` jingħata s-servizz tad-dawl u l-ilma.

Naxxar — Triq in-Nissieġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fi Triq in-Nissieġ fejn hemm parti mit-triq fl-aħħar tagħha li tidjieq u tiżbokka għall-21st September Avenue, Naxxar, u li t-triq m'hijiex asfaltata, kull darba qed imur il-warden u jneħħi vetturi li jkunu pparkjati f'din it-triq quddiem il-bieb tagħhom? Jarax il-Ministru li għandu jkun aktar loġiku u prudenti fil-konfront ta' każijiet simili? Kopja ta' l-area mmarkata bl-aħmar għal aktar dettalji u spjegazzjoni qed tintbagħat separatament.

Response (GATT, AUSTIN)

Bhal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali distinta. Ir-ronda tal-Wardens hi determinata mill-Joint Committee tal-Kunsilli Lokali koncernati u mhux mill-Ministeru jew mid-Dipartiment.
Leg 9 PQ #15991 Sitting 292 2000-05-15 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Teżor — Lm10 tal-ħobż

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna, li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għadha sal-lum ma rċevietx l-Lm10 tal-ħobż?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mill-investigazzjoni li saret mid-Dipartiment tat-Tezor jirriżulta li, għal xi reġuni jew oħra, l-persuna msemmija mill-Onorevoli Interpellant ma kenitx reġistrata bħala waħda mill-benefiċjarji fuq il-kont tar-residenza tagħha fuq id-database li kellha l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-ilma fil-bidu ta` din is-sena. Għaldaqstant din il-persuna ma kenitx inkluża mal-kumplament tal-beneficjari li jgħixu fl-istess residenza tagħha meta nħareġ l-ewwel pagament tal-kumpens ta` Lm10 fil-bidu tas-sena. Irriżulta wkoll li wara li ntemmet l-ewwel fażi tal-ħruġ taċ-ċekkijiet abbażi ta` l-informazzjoni li kellha l-Korporzzjoni għas-Servizzi ta` l-Ilma, fl-ebda ħin qabel din l-interpellanza ma nġibdet l-attenzjoni tad-Dipartiment tat-Teżor għall-fatt li l-imsemmija persuna kienet għadha ma rċevietx il-kumpens ta` Lm10 dovut lilha. Għaldaqstant id-Dipartiment tat-Teżor ha l-passi neċassarji biex jistħarreġ il-każ u fil-fatt ġie kkonfermat li l-ħlas ma kienx sar. Ser jinħareġ pagament ta` Lm10 lill-persuna msennija u jintbagħat lilha mill-aktar fis possibbli.