Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #22649 Sitting 469 2001-01-16 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Footman mal-President

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li kien sa riċentement jaħdem bħala footman mal-President, ingħata biss s-somma ta' Lm2,439 meta kien ilu jaħdem mal-gvern għal 45 sena u lil ħaddieħor li jkun ilu jaħdem daqshekk jingħata circa Lm12,000?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija qatt ma kienet impjegata mal-gvern. Għaldaqstant, ma ħaditx Pensjoni tat-Teżor.

Mosta — Xogħol ta' Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus matul is-sena 2000 fuq xogħol ta' manutenzjoni, tindif u embellishment fil-playing fields f'Ta Mliet, f'Snata Margerita u f'Taz-Zokrija fil-Mosta? Jista' jgħid jekk hemm pjani tal-Gvern Ċentrali jew dak lokali biex tinfetaħ playing field simili fiz-zona tal-Blata l-Għolja fl-istess lokalita'?

Response (GATT, AUSTIN)

Bhal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta. Ghaldaqstant nissuggerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsiji tieghu lill-Kunsill tal-lokalita' billi l-funzjoni li qed jirreferi ghaliha, fil-fatt hija wahda mir-responsabilitajiet tal-Kunsilli.

Mosta — Zoni ta' Sriedak u Xkora

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema xogħlijiet għad fadal isiru mill-Gvern Ċentrali rigward servizzi pubbliċi għal abitazzjonijiet privati, fiz-zoni ta' Sriedak u ta' Xkora, fil-Mosta biex it-toroq fl-inħawi msemmija jkunu jistgħu jinbnew b'mod diċenti għar-residenti li diġa' ilhom jabitaw hemm għal diversi snin?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qed jieħu passi biex tittieħed l-art li hemm bżonn biex it-toroq jinfetħu, fil-waqt illi għamel preparamenti biex joħorġu s-sejħiet għall-offerti għal asfaltar tat-toroq f'Ta' Xkora.
Leg 9 PQ #22117 Sitting 459 2000-12-12 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Supplies — Impjegata

Question

Jista' l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u li din taħdem fl-Air Supplies jiġi estiż lilha l-job tagħha sa fl-aħħar tas-sena 2001 u dan kif indikat fl-ittra tagħha tat-talba datata 25/10/2000 li kopja tagħha qed tintbagħat separatament?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-persuna li qed issir riferenza għaliha, ser tagħlaq sittin sena f'Marzu tas-sena d-dieħla, u għalhekk skond il-proċeduri applikabbli f'każi bħal dan, il-persuna tirtira bil-pensjoni.

Kunsilli lokali — Mosta

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema ħlasijiet huma attwalment dovuti mill-kunsill lokali tal-Mosta lid-dipartimenti jew aġenziji tal-gvern ċentrali jew azjendi pubbliċi? (a) Kemm huwa l-ammont dovut lil kull dipartiment jew aġenzija jew azjenda pubblika? (b) Għal liema perijodu jirreferu dawn l-ammonti?

Response (GATT, AUSTIN)

Bhal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u b'awtonomija mharsa mil-ligi. Ghaldaqstant nissuggerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Kunsill Lokali koncernat jew lid-dipartimenti koncernati.

Kunsilli lokali — Mosta

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar kemm kien l-ammont ta' dejn jew overspending li sar mill-ewwel kunsill tal-Mosta - 1994-1997? Kemm minn dan id-dejn tħallas mindu kien elett il-kunsill attwali? Lil liema dipartiment, aġenzija tal-gvern jew azjenda pubblika sar il-ħlas? X'inhi l-proċedura wżata f'każi bħal dawn u kif huma nvoluti s-sindku, is-segretarju u kunsilliera u/jew uffiċjali oħra responsabbli mill-amministrazzjoni finanzjarja fil-kunsill?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghall-Audited Financial Statements tas-snin rispettivi li tqieghdu fuq il-Mejda tal-Kamra u allura huma dokumenti pubblici. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghar-risposta li tajt ghall-mistoqsija nru 22089. Rigward l-ahhar parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghar-Regolamenti ta' l-1993 dwar Kunsilli Lokali (Finanzi) (A. L. 155 ta' l-1993) u ghall-Proceduri ta' l-1996 dwar Kunsilli Lokali (Finanzi) (K.L.P 1/96).

Kunsilli lokali — Mosta

Question

B'riferenza għall-ittra mibgħuta mill-Ministru lill-kunsill tal-Mosta fil-21 ta' Novembru, 2000 jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm xi laqgħat sussegwenti ma' l-istess kunsill, x'irriżulta f'dawn il-laqgħat u x'passi qed jieħu l-Ministru biex isostni t-twissija tiegħu fl-ittra imsemmija?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Ministeru qed jistenna risposta ufficjali mill-Kunsill Lokali Mosta ghall-ittra tal-21 ta' Novembru 2000.
Leg 9 PQ #21372 Sitting 435 2000-11-24 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Extension of stay

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jikkonferma jekk ġewx mogħtija extension of stay l-persuni li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament u dan meta saru rapporti fuqhom fil-kwartieri tal-Pulizija fejn dawn kienu qegħdin joqogħdu Malta abbusivament? Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv, jistax l-Ministru jgħid allura fuq liema bażi dawn ġew mogħtija mill-ġdid l-extension?

Response (BORG, TONIO)

L-Onor. Interpellant qed jirreferi għal persuna ta` nazzjonalita` russa miżżewġa Malti, li minnu hi separata "de iure" u li għandha bintha miżżewġa u toqgħod hawn Malta. Bħalissa dil-persuna għandha visa sa Frar 2001. Wara dik id-data il-pożizzjoni tagħha terġa` tiġi konsiderata. Ninsab infurmat illi t-talba ta` estensjoni tal-visa għat-tifel ta` din ir-Russa ma ġietx approvata, u għalhekk dan ser jiġi mitlub biex iħalli Malta.
Leg 9 PQ #21375 Sitting 435 2000-11-24 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ex-Malta Electricity Board Employees — Pensjoni

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari nru. 19640 li tagħha inti ppreżentajt r-risposta fit-30 ta' Ottubru, 2000 (nru. 20634), jista' l-Ministru jgħid x'possibilitajiet hemm fuq il-kwistjoni ta' ex-Malta Electricity Board Employees li llum qegħdin impjegati ma' l-Enemalta, biex dik li kien ġie mwiegħed lilhom dwar il-pensjoni jiġi mwettaq darba għal dejjem?

Response (BONNICI, JOSEF)

F'dan l-istadju ma għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt ghall-mistoqsija numru 20634 waqt is-Seduta numru 411.

Naxxar — Sqaq il-Kustinjus

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlesew ix-xogħlijiet meħtieġa fuq kanal fi Sqaq il-Kustinjus, fil-Budaq, l/o Naxxar u dan peress li bħas-soltu meta jiġu l-ilmijiet dan il-kanal ma jlaħħaqx magħhom?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li bħalissa qed jiġi aġġudikat it-tender għar-rikostruzzjoni tat-triq li mis-Salina tasal sa l-Iklin. Dan il-proġett jinkludi lis-Storm Water Culverts. Għalhekk billi l-kanal fi Sqaq il-Kustinjus qiegħed f'din l-area x-xogħolijiet meħtieġa jiġu nkorporati ma dan ix-xogħol.

Baħrija — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta sejjer isir ix-xogħol fl-unika triq li tagħti mir-Rabat għall-Baħrija li qegħda llum fi stat disastruż u li ħafna familji li jużawha prinċipalment dawk mill-Baħrija qegħdin ibatu danni kbar fil-vetturi tagħhom?

Response (GALEA, ĊENSU)

F'dan l-istadju d-Dipartiment tat-Toroq qed jikkonċentra l-ħidma dwar il-Baħrija, madwar l-area residenzjali tal-lokal.

San Pawl il-Baħar — Reserved Parking

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterju saret is-reserved parking fi Triq Buġibba, San Pawl il-Baħar, kif indikata fil-pjanta mibgħuta separatament?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li r-reserved parking inkwestjoni saret fuq rakkmandazzjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita'.

San Pawl il-Baħar — Triq Rimon Perellos

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlestew ix-xogħlijiet fi Triq Rimon Perellos, San Pawl il-Baħar?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li għad hemm xogħol ta' servizzi li jrid isir f'din it-triq u meta dan jitlesta t-triq tkun tista' tiġi asfaltata.

San Pawl il-Baħar — Triq Jean de la Cassiere

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlestew ix-xogħlijiet fi Triq Jean de la Cassiere San Pawl il-Baħar, u meta se tiġi rranġata s-sistema tad-drenaġġ ħażina li hemm f'din l-imsemmija triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mgħotija għal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 21255 li tirrigwarda toroq oħra fl-istess lokalita' u li jrid isir xogħol ta' servizzi fihom biex jiġu asfaltati.

San Pawl il-Baħar — Triq Emanuele Pinto

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlesew ix-xogħlijiet fi Triq Emanuele Pinto, San Pawl il-Baħar?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li parti minn Triq Emanuele Pinto għadha ma ġietx żviluppata u għalhekk għad irid isir l-iżvilupp fiha. F'dawk il-partijiet asfaltati x-xogħol ta' resurfacing meħtieġ f'din it-triq isir mill-Kunsill. Għalhekk l-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Mellieħa — Triq l-Assedju l-Kbir

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlestew ix-xogħol ta' asfaltar u tarmac fi Triq l-Assedju l-Kbir, Mellieħa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li Triq l-Assedju hija diġa asfaltata u fil-fatt id-Dipartiment tat-Toroq mhux qed jagħmel xogħolijiet fiha.
Leg 9 PQ #21259 Sitting 430 2000-11-20 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Mellieħa — Triq l-Assedju l-Kbir

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm milli jsiru aktar street lighting fid-dawra ta' Triq l-Assedju l-Kbir, Mellieħa, li tidħol għal ground tal-football u li hija ffrekwentata mir-residenti u miż-żgħażagħ?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferita lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata.
Leg 9 PQ #20634 Sitting 411 2000-10-30 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta Electricity Board

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 19640?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li meta fl-1970 ħarġet il-Memo numru 344, li titratta dwar id-deċiżjoni tal-Malta Electricity Board li jniedi skema ta' pensjoni għall-impjegati tiegħu, din ma setgħetx tidħol fis-seħħ minħabba li ma kellhiex l-approvazzjoni tal-Prim Ministru ta' dak iż-żmien. Għaldaqstant l-imsemmi Bord ma kellu l-ebda dritt li joħroġ dik il-Memo. Sa l-1979 il-Malta Electricity Board kienet għaqqdet 'reserve account' ta' Lm458,000 pero' dan il-fond ma kienx intenzjonat li jmur għall-'pension reserve fund' li tissemma fil-Memo numru 344. Infatti din is-somma kienet intenzjonata li tkopri żewġ fondi oħra. Dawn kienu l-ħlas ta' gratuity lill-impjegati tal-Malta Electricity Board li rtiraw mis-servizz jew kienu laħqu telqu minn rajhom. Għal dan il-għan, sa l-1979, kien meħtieġ li titħallas is-somma ta' Lm112, 848. Parti minn din is-somma kienet tħallset sa Diċembru ta' l-1980. Is-somma fir-'reserve account' kienet mistennija wkoll li tkopri l-pensjoni li l-Board kien mistenni li jħallas lill-impjegati li kienu daħlu jaħdmu ma' l-istess Board mis-Servizz Ċivili fl-1963. Din il-pensjoni titħallas ma' l-eta' ta' l-irtirar mis-servizz. Meta fl-1979 il-Gvern ta dak iż-żmien introduċa s-sistema ta' pensjoni taż-żewġ terzi, il-Korporazzjoni Enemalta applikat dis-sistema għall-impjegati tagħha.

Mosta — Ta' Mliet - Road Formation

Question

Jista' l-Ministru jgħidilna min ħa l-kuntratt tar-road formation ta' Triq il-Waqqafa,. Ta' Mliet, Mosta fejn inbnew il-maisonettes tal-gvern u liema kundizzjonijiet kienu mposti fuqu sabiex it-triq tkun aċċessibbli aħjar milli hi llum?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li r-Road Formation Works li saru riċentament fil-lokal għamluhom il-Kunsilli Lokali.
Leg 9 PQ #18256 Sitting 396 2000-10-17 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Skola Sir Temi Zammit

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu dwar ir-riħa ta' gass li kien hemm fl-iskola sekondarja tas-subien Sir Temi Zammit, Imtarfa, li hija kkawżata mill-fabbrika tal-mushrooms li hemm taħt l-iskola? X'kienu r-riżultati jekk sar stħarriġ u x'passi sejrin jittieħdu biex meta terġa' tibda l-iskola jkun tneħħa dan il-perikolu li hemm għat-tfal, kif ukoll għall-għalliema?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Awtoritajiet tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ġew informati mill-Occupational Health and Safety Unit u mill-Pollution Control Coordinating Unit li ordnaw lis-sid tal-Quality Mushrooms Ltd, Mtarfa, biex jissottometti rapport mingħand Engineer espert f'dan il-qasam sabiex fost l-oħrajn jindirizza l-problema msemmija mill-Onor. Membru. L-awtoritajiet tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qed jikkonsidraw jieħdux passi legali jekk dan l-inkonvenjent jew periklu ma jitneħħiex. Informat ukoll li d-Direttur Ġenerali, akkumpanjat minn uffiċjali mid-Diviżjoni u mill-Kap ta' l-Iskola msemija, għamlu żjara sabiex jinġabar aktar tagħrif dwar is-sitwazzjoni. Ġie deċiż li jitwaqqaf kumitat ad hoc sabiex jitratta din il-kwistjoni