Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #26980 Sitting 566 2001-07-02 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu s-salarju u l-kuntratt tax-xogħol ta' Victor Vanni Bruno u s-segretarja Miss Marie Lou Gatt li ġew ingaġġati biex jieħdu ħsieb t-translation ta' l-acquis għal-lingwa Maltija?

Response (BORG, JOE)

Peress li x-xogħol ta` traduzzjoni tal-acquis huwa responsabilta` tal-Ministeru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali, nitlob lill-Onvervoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sal-lum ingħataw f'kumpens lill-individwi, u kemm minnhom għadhom ma tħalsux dak il-kumpens li ġie mogħti lilhom minn sentenzi deċiża tat-tribunal għall-investigazzjoni ta' l-inġustizzji?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #26418 Sitting 554 2001-06-18 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Mosta — Triq il-Lantinni

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 25945, jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm milli jiġu konklużi x-xogħolijiet fi Triq Lantinni 'l Mosta meta parti minnha tħalliet imħarbta wara li saru x-xogħolijiet fuq is-servizz ġdid ta' l-ilma?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.

Mosta — Triq il-Kaħwila

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta sejra ssir it-triq li tinsab fi Triq il-Kaħwila, l-Mosta li tinsab fl-area magħrufha bħala tax-Xkora, fil-Mosta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-kuntratt biex issir din it-triq f'ta' Xkora ingħata u x-xogħol ser jinbeda.
Leg 9 PQ #26388 Sitting 552 2001-06-13 Oral · Interim From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Qrati — Impjiegi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se jinħolqu karigi ġodda, skond il-grad, fil-qrati ta' Malta u Għawdex relattivament? Jista' jgħid kemm direttorati se jiġu upgraded? Jista' jgħid kemm hu maħsub li se tintela' aktar l-ispiża rikorrenti b'eżerċizzju bħal dan?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni ghadha qed tinġabar ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #26389 Sitting 552 2001-06-13 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Ċimiterju

Question

Tista' l-Ministru tgħid fejn waslu l-affarijiet rigward it-tkabbir taċ-ċimiterju ta' Santa Marija f'Għawdex? Kemm hu mistenni li jqum il-proġett? Kemm hemm applikanti jistennew biex jixtru qabar f'dan iċ-ċimiterju u meta saret l-applikazzjoni li ilha pendenti l-aktar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l­Awtorita’ ta’ l­Ippjanar approvat l­applikazzjoni li saret f’Novembru 1996 għall­estensjoni taċ­Ċimiterju ta’ Santa Marija f’Għawdex f’Awissu 2000. Bħalissa hemm 257 talba pendenti għax­xiri ta’ oqbra f’dan iċ­ċimiterju. L­ispejjez ta’ l­oqbra jkunu għall­karigu ta’ min jeħodhom. L­applikazzjonijiet pendenti saru kif ġej: Sena Numru ta’ applikazzjonijiet 1989 (l­ewwel applikazzjoni saret 24/4/89) 19 1990 22 1991 17 1992 26 1993 30 1994 19 1995 13 1996 16 1997 19 1998 16 1999 27 2000 27 2001 (Mejju) 6 Total 257
Leg 9 PQ #26381 Sitting 551 2001-06-12 Oral · Interim From: ANGELO FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Kunsilli Lokali - Counting Hall

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-ispejjeż biex tintrama u tiżżarma l-counting hall f'Għawdex għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali? X'kienet l-ispiża totali tal-counting f'dawn l-elezzjonijiet?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li minħabba li l-kontijiet għadhom ma waslux kollha, għad ma tistax tinħareġ figura. Għaldaqstant risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #26382 Sitting 551 2001-06-12 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Servizz Pubbliku

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hux minnu li ħaddiema tal-gvern qed jaħdmu xogħol ta' bini ta' ħitan tas-sejjiegħ qrib il-foss tal-Kastell f'Għawdex? Jekk fl-affermattiv, taħt liema skema qiegħed isir dan ix-xogħol? Jekk fin-negattiv, min qiegħed iħallas is-salarji tal-ħaddiema li issa ilhom jidhru hemm diversi xhur waqt il-ħin tax-xogħol tal-gvern?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li m'hemmx ħaddiema tal­gvern li qed jaħdmu xogħol ta' bini ta' ħitan tas­sejjiegħ qrib il­foss tal­Kastell f'Għawdex.
Leg 9 PQ #26383 Sitting 551 2001-06-12 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Dwana — Impjegat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed titħallas il-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, fid-dipartiment tad-dwana, x'kuntratti għandha mad-dipartiment, min qed iħallasha, fejn joqgħod f'Malta u jekk dan hux ukoll inluż fil-kuntratt tax-xogħol?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija ġiet ingaġġata mill-gvern malti biex tgħin fit-twaqqif tal-Pre-Accession Unit fid-Dwana.
Leg 9 PQ #26384 Sitting 551 2001-06-12 Oral · Interim From: ANGELO FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huma dawk l-uffiċjali u impjegati tal-gvern, skond il-grad, li wara li għalqu l-eta' ta' l-irtirar ta' 61 sena baqgħu jaħdmu? Jista' jgħid jekk dawn ingħatawx estensjoni inkella qegħdin jaħdmu taħt xi arranġamenti oħra? Jekk fl-affermattiv, x'inhi l-policy tal-gvern dwar dan u kif qiegħda titħaddem biex ma jkunx hemm diskriminazzjoni?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #26385 Sitting 551 2001-06-12 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Assistent Direttur

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huma fil-preżent il-postijiet vakanti, skond il-complement, ta' assistent direttur fis-servizz ġenerali?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #26386 Sitting 551 2001-06-12 Oral · Interim From: ANGELO FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Performance Agreement

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm uffiċjali fis-servizz ġenerali, skond il-grad, li ma ġġeddidilhomx il-performance agreement matul is-sena 2000? Jista' jgħid għaliex ma tingħatax ir-raġuni għal dan, lanqas lill-uffiċjali konċernati b'mod kunfidenzjali?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Mosta

Question

Jista' l-Ministru jgħid in vista tax-xogħolijiet li qed siru f'Valletta Road, il-Mosta, x'qed isir biex jilqa' għall-ilmijiet li jgħaddu minn dan il-wied u b'hekk tingħeleb id-diffikulta' kbira għal kull min jgħaddi minn hemm hekk? Se jsiru culverts jew xi faċilita' oħra għal ilqugħ ta' l-ilma?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qed jibni culverts neċessarji f'din it-triq biex l-ilma tax-xita ikun jista' jiġi kkontrolat. Dawn il-culverts għalissa ser ikunu magħluqa sakemm il-kumplament ta' l-istorm water plan tal-Mosta North Ring Road u l-kumplament ta' Valletta Road ikunu mibnija.
Leg 9 PQ #25986 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Reinstatement

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jikkonferma li fil-ġranet li għaddew idaħħlu fil-Korp tal-Pulizija 14-il membru, (għaxra rġiel u 4 nisa) li kienu diġa spiċċaw mill-Korp u li ġew reinstated? Jista' jgħid fuq liema kriterju qiegħda tiġi implimentata l-policy tar-reinstatement fil-Korp tal-Pulizija?

Response (BORG, TONIO)

Fil-21 ta` Marzu 2001, wara li ġie eżawrit il-proċess ta` reinstatement, reġgħu ddaħħlu lura fil-Korp tal-Pulizija disgħa t`irġiel u ħames nisa. Il-kriterji tar-reinstatements huma - (1) li ma jkunux ilhom li telqu mill-Korp iktar minn għaxar snin; (2) li jkunu taħt il-50 sena; (3) li ma jkunux ġa pensjonanti bil-25 sena servizz, jew baqgħalhom 5 snin biex jagħlqu 25 sena servizz għall-irtirar; (4) li ma jkunux instabu ħatja ta` offiżi kriminali; (5) li ma jkunux instabu ħatja ta` xi offiżi serji taħt ir-regolamenti dixxiplinarji tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku; (6) li ma jkunux ġew sottomessi għal dixxiplina interna għal aktar minn darba kull 12-il xahar u għal 10 darbiet fis-servizz kollu; (7) li ma jkunux ħadu iktar minn 24 ġurnata sick-leave kull sena (esklużi korriment fuq xogħol, perijodi fi sptar u sick-leave biex wieħed jiġi boarded out).
Leg 9 PQ #25944 Sitting 541 2001-05-22 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar minn s-shares tal-Maltacom li kellhom jingħataw lil dawk li irtiraw?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nassumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għas-somma li l-impjegat jista' jikkwalifika għaliha wara t-tmiem ta' l-impjieg tiegħu meta jissarfu n-numru ta' units li għandu fil-Maltacom Employee Foundation. Hawnhekk, ta' min jiċċara li l-Maltacom, bħala kumpanija, m'għandha x'taqsam xejn ma din il-materja. Ninsab infurmat li t-Trustees tal-Fondazzjoni fuq imsemmija ħarġu stqarrija għall-istampa aktar kmieni din is-sena li fiha spjegaw il-pożizzjoni tagħhom.

Mosta — Triq Lantinni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżommu milli jiġu konklużi x-xogħolijiet fi Triq Lantinni 'l Mosta meta parti minnha tħalliet imħarbta wara li saru x-xogħolijiet fuq is-servizz ġdid ta' l-ilma?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol imsemmi mill-Onor. Interpellant qed isir mill-kuntrattur f'isem il-Korporazzjoni ta' l-Ilma u fil-preżent jonqos xi jsiru tappings tal-main u l-house conections tagħhom, għalhekk l-Onor. Interpellant hu mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #24839 Sitting 525 2001-04-02 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Liċenzja ta' senter

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm li applikazzjoni għal liċenzji tal-ġarr ta' senter li saru fl-għassa tan-Naxxar, li wħud minnhom imorru lura minn Ottubru tas-sena l-oħra, għadhom sal-lum ma ġewx proċessati? Jista' jara li s-sitwazzjoni tiġi rimedjata għax dan id-dewmien huwa esaġerat u jista' jitqies anke diskriminatorju?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Ottubru tas-sena 2000 u Marzu 2001 ġew irreġistrati mill-Pulizija madwar 39 applikazzjoni fl-Għassa tan-Naxxar għall-liċenzji tal-ġarr ta` senter. Dawn ġew proċessati mid-Distrett skond il-proċedura stabbilita. Dawn issa qed jistennew l-appuntament għat-test li jsir mill-Uffiċċjali tal-Ministeru tal-Ambjent skond l-iskeda tagħhom.
Leg 9 PQ #23703 Sitting 500 2001-02-20 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta

Question

Peress li dan l-aħħar tħabbar li l-Air Malta sejra tonfoq madwar $ 400 miljun f'xiri ta' ajruplani, jista' l-Ministru jgħid jekk dan hux minnu jew le?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-AirMalta qiegħda tipprepara pjan biex il-flotta ta' ajruplani tiġi rinovata fil-"medium terms". Fil-fatt dan l-aħħar iċ-chairman ta' l-AirMalta ħabbar li dan jaf iwassal għal investiment ta' bejn $350 - $400 miljun.

NI

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm qed jinġabru NI's inklużi arretrati minn soċjetajiet u kumpaniji privati , inklużi dawk parastatali, u dan matul s-snin mill-1996 sa l-aħħar tas-sena 2000?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Bħalma diġa' għidt f'risposti oħra, il-ġbir tal-kontribuzzjonijiet tas-Sigurta' Soċjali m'għadhiex ir-responsabbilta' tal-Ministeru tiegħi u għaldaqstant din id-domanda għandha tiġi magħmula lill-Ministru kkonċernat.