Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #27775 Sitting 606 2001-09-26 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jara d-dokumenti mibgħuta separatament, u jgħid x'investigazzjonijiet għandhom isiru u jara li dan il-każ jingħata l-attenzjoni meħtieġa u r-rimedju meħtieġ u li l-persuna konċernata tkun informata bl-eżitu ta' dan? Jarax il-Ministru li s-surmast konċernat, jekk hu l-każ, jagħraf iġib ruħu ferm aħjar fiċ-ċirkostanzi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li wara li saru l-investigazzjonijiet meħtieġa jidher li sar żball ġenwin min-naħa tal-librar, kif il-kap ta' l-iskola pprova jispjega lill-omm meta din marret tkellmu. It-tifel l-ieħor ġab marki aktar minn binha u għalhekk il-premju ħadu hu.
Leg 9 PQ #230 Sitting 596 2001-09-17 Written · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk l-impjegati fl-Uffiċju tac-Chairman tal-Kumpanija Maltacom li ġew mogħtija żieda fis-salarju tagħhom minn kemm ilu f'din il-ħatra? Kemm żdiedu kull wieħed? X'kienu l-kriterji għal din iż-żieda? Kif ittieħdet id-deċizjoni u minn min?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li llum erbgħin fil-mija tal-Maltacom hija privatizzata u l-istess azjenda hija kkwotata fil-Borża ta' Malta. Hija l-fehma tal-Bord tad-Diretturi ta' ċerta nformazzjoni, bħal dik li qed tintalab f'din il-mistoqsija, hija ta' natura kummerċjali u jekk din tiġi pubblikata tista' tkun ta' dannu għall-istess azjenda fid-dawl tal-fatt li llum il-Maltacom qed topera f'qasam fejn hemm kompetizzjoni. Għaldaqstant ma nħossx li jkun fl-interess ta l-istess Maltacom li l-informazzjoni mitluba għandha tingħata. Fl-aħħarnett, ta' min josserva, li kull informazzjoni pubblika dwar il-Maltacom tinstab fir-Rapport Annwali ta' l-azjenda, liema nformazzjoni tiġi mgħoddija lill-Borża ta' Malta.
Leg 9 PQ #231 Sitting 596 2001-09-17 Written · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhija l-kariga jew karigi tas-Sur Richard Attard fil-Maltacom? X'inhuwa s-salarju tiegħu? X'inhuma l-fringe benefits marbutin ma' din il-kariga jew karigi? Min iddeċieda biex jingħata dan is-salarju u dawn il-fringe benefits? Meta ittieħdet din id-deċiżjoni? Għandu provdut xi golden handshake f'każ li l-kariga tiegħu tiġi tterminata? Jekk iva kemm hija din il-golden handshake? Dan kollu huwa marbut b'kuntratt? Jekk iva, jistaż jpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tal-kuntratt?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru W230.
Leg 9 PQ #232 Sitting 596 2001-09-17 Written · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhija l-kariġa jew kariġi tas-Sur Ivo Galea fil-Maltacom? X'inhuwa s-salarju tiegħu? X'inhuma l-fringe benefits marbutin ma' din il-kariga jew kariġi? Min iddeċieda biex jingħata dan is-salarji u dawn il-fringe benefits? Meta ittieħdet din id-deċiżjoni? Għandu provdut golden handshake f'każ li l-kariga tiegħu tiġi tterminata? Jekk iva, kemm hija din il-golden handshake? Dan kollu huwa marbut b'kuntratt? Jekk iva, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-kuntratt?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru W230.
Leg 9 PQ #233 Sitting 596 2001-09-17 Written · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhija l-kariga u l-karigi tas-Sur John Saliba fil-Maltacom? X'inhuwa s-salarju tiegħu? X'inhuma l-fringe benefits marbutin ma' din il-kariga jew karigi? Min iddeċieda biex jingħata dan is-salarju u dawn l-fringe benefits? Meta ittieħdet din id-deċizjoni? Għandu provdut xi golden handshake? Dan kollu huwa marbut b'kuntratt? Jekk iva, jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-kuntratt?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru W230.
Leg 9 PQ #234 Sitting 596 2001-09-17 Written · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhija l-kariga jew karigi tas-Sinjorina Ingrid Azzopardi fil-Maltacom? X'inhuwa s-salarju tagħha? X'inhuwa l-fringe benefits marbutin ma' din il-kariga jew karigi? Min iddeċieda biex jingħata dan is-salarju u dawn il-fringe benefits? Meta ittieħdet din id-deċiżjoni? Għandu provdut xi golden handshake f'każ li l-kariga tiegħu tiġi tterminata? Jekk iva, kemm hija din il-golden handshake? Dan kollu huwa marbut b'kuntratt? Jekk iva, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejdta tal-Kamra kopja tal-kuntratt?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru W230.
Leg 9 PQ #235 Sitting 596 2001-09-17 Written · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuwa s-salarju tal-Group Chief Executive tal-Maltacom - Is-Sur Stephen Muscat? X'inhuma l-fringe benefits marbutin ma' din il-kariga? Min iddeċieda biex jingħata dan is-salarju u dawn il-fringe benefits? Meta ittieħdet din d-deċiżjoni? Għandu provdut xi golden handshake f'każ li l-kariga tiegħu tiġi terminata? Jekk iva, kemm hija din il-golden handshake? Humwa marbut dan kollux b'kuntratt? Jekk iva, jista' jqiegħed kopja tal-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra? X'kumpens u/jew benefiċċji oħra jieħu s-Sur Muscat bħala Direttur tal-Kumpanija Maltacom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru W230.
Leg 9 PQ #236 Sitting 596 2001-09-17 Written · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Servizz ta' l-Ilma

Question

Jista' l-Ministru jara għaliex is-servizz ta' l-ilma għal Kamra tan-Nar 15 ta' Awissu tal-Mosta li qegħda fil-limiti tad-Dwejra huwa sospiż? Jista' jara hemmx xi ħsara u li dawn jissewwew malajr u dan minħabba li l-ħtieġa ta' l-ilma fil-Kamra tan-Nar hija tassattiva?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma wettqet xogħolijiet fis-sistema tad-distribuzzjoni sabiex titjieb il-pressa ta' l-ilma li twassal is-servizz fil-post imsemmi. Infurmat ukoll li issa l-provvista ġiet għan-normal.
Leg 9 PQ #237 Sitting 596 2001-09-17 Written · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma d-diretturi li jifformaw il-Bord tad-Diretturi tal-Kumpanija Maltacom? Kull wieħed jew waħda lil min jirrappreżentaw? Meta ġie maħtur il-Bord preżenti? X'inhuwa t-terminu taż-żmien li Direttur jista' jservi fuq il-Bord? X'remunerazzjoni u benefiċċji għandhom marbutin ma' din il-ħatra?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fil-preżent il-Bord tad-Diretturi tal-Maltacom huwa magħmul kif ġej: Is-Sur Maurice Zarb Adami bħala Chairman, is-Sur John Camilleri bħala Deputat Chairman u bħala Membri l-Professur Daniel Darmanin, l-Inġinier Philip Micallef u s-Sinjuri Joe Baldacchino, John Ellul Vincenti, Stephen Muscat, Ian Pellicano u Charles Sacco. Id-Diretturi kollha tal-Bord jirrappreżentaw lill-Maltacom. Is-Sur Zarb Adami, is-Sur Camilleri, il-Professur Darmanin, l-Inġinier Micallef u s-Sur Pellicano ġew maħtura mill-Gvern, is-Sur Baldacchino kien ġie co-opted bħala Direttur mid-Diretturi l-oħra wara elezzjoni minn fost l-impjegati tal-Maltacom u s-Sinjuri Ellul Vincenti, Muscat u Sacco inħatru biex jimlew it-tlitt postijiet li l-azzjonisti minoritarji, li b'kollox għandhom erbgħin fil-mija ta' l-azzjonijiet, għandhom fuq il-Bord. Il-Bord tad-Diretturi preżenti nħatar fit-2 ta' Mejju 2001 fi tmiem it-tielet Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Kumpanija, minbarra s-Sur Badacchino li nħatar fl-1 ta' Jannar tas-sena 2000. Iċ-Chairman u l-erba' Diretturi maħturin mill-Gvern ġew apuntati sad-data tar-raba' Laqgħa Ġenerali Annwali, jew qabel, jekk il-Gvern jidhirlu hekk. Il-ħatra tat-tlitt Diretturi eletti mill-azzjonisti privati tintemm fid-data tar-raba' Laqgħa Ġenerali Annwali li ser issir f'Mejju 2002. It-terminu tas-Sur Baldacchino bħala Direttur-Ħaddiem fuq il-Bord jagħlaq fil-31 ta' Diċembru ta' din is-sena.

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema tal-Maltacom minn Settembru 1998 sa' llum li għamlu talbiet biex jgħaddu bord?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istatistika li għandu d-Dipartiment dwar persuni boarded out ma tinżammx skond l-post fejn il-persuna kienet taħdem. Għaldaqstant l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata.
Leg 9 PQ #239 Sitting 596 2001-09-17 Written · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuwa s-salarju tac-Chairman tal-Maltacom - Is Sur Maurice Zarb Adami? X'inhuma l-fringe benefits marbutin ma' din il-kariga? Min iddeċieda biex jingħata dan is-salarju u dawn il-fringe benefits ? Meta ittieħdet din id-deċiżjoni? Għandu provdut xi golden handshake? Huwa marbut dan kollu b'kuntratt? Jekk iva, jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt? X'kumpens u/jew benefiċċji oħra jieħu s-Sur Maurice Zarb Adami bħala Direttur tal-Kumpanija?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru W230.
Leg 9 PQ #288 Sitting 596 2001-09-17 Written · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Renal Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex f'każijiet umantarji bħal każ tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jidhru separatament, id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni mhux jieħu l-konsiderazzjonijiet kollha tal-bżonnijiet finanzjarji w mediċi tal-persuna, meta tkun kostretta li tmur għal trattament fil-renal unit ta' l-isptar, ma tingħatax leave bil-ħlas?

Response (GALEA, LOUIS)

Ġejt mitlub ningħata aktar dettalji b'mod kunfidenzjali dwar il-persuna msemmija biex ikun jista' jsir l-istħarriġ meħtieġ.

Bidnija

Question

Jaf l-Ministru li n-nies tal-Bidnija mhumiex moqdija bit-trasport pubbliku kif jixirqilhom u li dawk li jkollhom jużaw dan il-mezz ta' trasport ikollhom jaslu sal-Mosta u jimxuha? Jista' l-Ministru jgħid għaliex m'hemmx trasport pubbliku xieraq li jaqdi l-bżonnijiet tan-nies li joqgħodu fil-Bidnija? X'se jsir dawn dan? Meta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku qed tara x`jista jsir dwar it-trasport pubbliku għall-Bidnija.

Għargħur — Kamra tan-Nar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li t-triq li tgħaddi għall-Kamra tan-Nar ta' San Bert fil-Għargħur ma' ġietx irranġata kif ġie imwiegħed li se jsir xi żmien ilu? Jaf li s-sitwazzjoni tat-triq kif inhi sa' llum, qed tippreżenta periklu, għal dawk li jgħaddu minn hemm u partikolarment għal dawk li jaħdmu fil-Kamra tan-Nar, minħabba n-nuqqas ta' aċċess adekwat li hemm? X'se jsir dwar dan u meta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qed iħejji programm għal asfaltar ta` toroq simili ma` Malta kollha u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.
Leg 9 PQ #297 Sitting 596 2001-09-17 Written · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Servizzi Sigrieti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba iltaqa' l-Kumitat dwar is-Sigurta' skond kif stipulat fl-Att dwar is-Servizzi Sigrieti f'Malta u wkoll jekk ir-rapport annwali mill-Kap tas-Servizzi Sigrieti f'Malta sarx b'mod regolari kull sena minn meta daħal l-att fis-seħħ?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferiha lill-Ministru ikkonċernat, filwaqt li dwar ir-rapporti annwali ninsab infurmat illi sa issa saru tlett rapporti - wieħed li jkopri l-perijodu 1996 - 1998, wieħed għas-sena 1999 u l-ieħor għas-sena 2000.
Leg 9 PQ #27775 Sitting 594 2001-07-27 Oral · Interim From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jara d-dokumenti mibgħuta separatament, u jgħid x'investigazzjonijiet għandhom isiru u jara li dan il-każ jingħata l-attenzjoni meħtieġa u r-rimedju meħtieġ u li l-persuna konċernata tkun informata bl-eżitu ta' dan? Jarax il-Ministru li s-surmast konċernat, jekk hu l-każ, jagħraf iġib ruħu ferm aħjar fiċ-ċirkostanzi?

Response (GALEA, LOUIS)

Tlabt ir-rejazzjoni tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u tweġiba tingħta f'xi Seduta oħra.

Qrati — Impjiegi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se jinħolqu karigi ġodda, skond il-grad, fil-qrati ta' Malta u Għawdex relattivament? Jista' jgħid kemm direttorati se jiġu upgraded? Jista' jgħid kemm hu maħsub li se tintela' aktar l-ispiża rikorrenti b'eżerċizzju bħal dan?

Response (GATT, AUSTIN)

B'referenza għall-mistoqsija ta' l-Onorevoli interpellant, inħolqu tliet kategoriji ta' karigi ġodda fil-Qrati li huma - (i) Direttur (Qrati Civili, Tribunali Civili, Malta), Direttur (Qrati Kriminali, Malta) u Direttur (Qorti t'Għawdex) li l-applikazzjonijiet għalihom diġa ħarġu u huwa mistenni li jiġu maħtura fi żmien qasir, (ii) 34 Assistent tal-Qorti (Court Assistants) li qegħdin fi stadju li jiġu appuntati u (iii) Xufiera (Drivers) ma' kull membru tal-Ġudikatura . Dwar it-tieni parti ta' l-interpellanza, tliet Diretturi 'l ġodda msemmija fl-ewwel parti tat-tweġiba se jissostitwixxu l-post preżenti ta' Reġistratur tal-Qorti li huwa preżentament okkupat mid-Direttur Ġenerali. Dawn il-gradi se jkunu fi skala ta' salarju numru 4. Se jiżdiedu wkoll żewġ Assistenti Reġistraturi biex jassistu l-imsemmija Diretturi. L-ispiża annwali mistennija li tammonta għal ċirka Lm367,000, inkluż l-allowances kollha li jmorru mal-post jew kariga. B'danakollu ż-żieda rikorrenti attwali tkun ferm anqas peress li l-pożizzjonijiet kollha jimtlew minn ħaddiema li huma diġa impjegati tal-gvern u konsegwentement iż-żieda attwali rikorrenti tkun biss dik relattiva għall-promotion u allowances li jista' jkun hemm marbuta mal-kariga. Hu wkoll mistenni li l-parti l-kbira sew minn din iż-żieda tiġi rkuprata minn saving sostanzjali li se jsir fuq l-ispiża rikorrenti għat-trasport tal-Ġudikatura.
Leg 9 PQ #26384 Sitting 570 2001-07-04 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huma dawk l-uffiċjali u impjegati tal-gvern, skond il-grad, li wara li għalqu l-eta' ta' l-irtirar ta' 61 sena baqgħu jaħdmu? Jista' jgħid jekk dawn ingħatawx estensjoni inkella qegħdin jaħdmu taħt xi arranġamenti oħra? Jekk fl-affermattiv, x'inhi l-policy tal-gvern dwar dan u kif qiegħda titħaddem biex ma jkunx hemm diskriminazzjoni?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Hemm ħames (5) uffiċjali pubbliċi li laħqu d-data tal-irtirar u ngħataw estensjoni ta’ servizz. Tnejn minn dawn qed jokkupaw pożizzjonijiet ta’ Segretarji Permanenti, u l-oħrajn huma “Senior Principal”, “teacher” u “Instructor III”. Il-“policy” tal-Gvern dwar estensjonijiet ta’ servizz hija dik stabbilita fil-11 ta’ Frar 1998 mill-Gvern preċidenti u approvata mill-Kap ta’ l-Oppożizzjoni tal-lum meta kien Prim Ministru: (i) “enrolled/staff nurses” jistgħu jitħallew jaħdmu sa l-eta’ ta’ 65 sena skond id-diskrezzjoni ta’ l-Awtoritajiet tas-Saħħa, basta dawn jinżammu fuq xogħol ta’ “nursing”; (ii) talbiet għal estensjoni minn għalliema li jkunu diġa fit-tieni jew it- tielet “term” ta’ sena skolastika jiġu approvati awtomatikament mid- Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni sa tmien dik is- sena skolastika; (iii) talbiet oħra jiġu approvati minni skond l-eżiġenzi tas-servizz jew minħabba ċirkostanzi speċjali. Hemm ukoll wieħed u tletin (31) ex-uffiċjal pubbliku li wara li rtiraw ġew ingaġġati fuq kuntratt defenit. Dawn kellhom il-gradi li qed jidhru fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Kull talba minn Dipartiment tal-Gvern għal ingaġġ fuq kuntratt definit ta’ ex-uffiċjal pubbliku tiġi kkunsidrata fuq il-meritu tagħha u jekk tinsab ġustifikata, tiġi approvata minni.
Leg 9 PQ #26386 Sitting 566 2001-07-02 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Performance Agreement

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm uffiċjali fis-servizz ġenerali, skond il-grad, li ma ġġeddidilhomx il-performance agreement matul is-sena 2000? Jista' jgħid għaliex ma tingħatax ir-raġuni għal dan, lanqas lill-uffiċjali konċernati b'mod kunfidenzjali?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena nfurmat li kien hemm erba’ “performance agreements” li skadew fis-sena 2000 u ma ġewx imġedda. “Performance Agreeement” jiskadi awtomatikament meta dan jagħlaq. Fil-każ ta’ Diretturi Ġenerali, Diretturi u Assistenti Diretturi, il-ħatra l-ġdida ssir fuq bażi ta’ kompetizzjoni u l-aħjar kandidat jintgħażel għall-ħatra. Fil-każ ta’ Segretarji Permanenti, ħatriet ġodda jew tiġdid ta’ “performance agreement” isiru minni wara li nkun ikkonsultajt mal-Ministru responsabbli u ma’ numru ta’ persuni oħra skond il-bżonn u wara li nkun konvint li l-persuna ndikata hija l-aktar addattata fiċ-ċirkustanzi tal-mument.
Leg 9 PQ #26387 Sitting 566 2001-07-02 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku

Question

Jista' l-Prim Mnistru jgħid kemm uffiċjali fis-servizz ġenerali tal-gvern ingħataw ħatra sostantiva fuq skala 5 minn Ġunju 2000 sal-lum, ministeru ministeru?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena nfurmat li kien hemm 28 uffiċjal pubbliku li ngħata l-ħatra sostantiva ta’ ‘Officer in Grade 5’ mill-1 ta’ Ġunju, 2000 sa l-20 ta’ Ġunju, 2001. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-ministeri, fejn dawn l-uffiċjali ngħataw il-ħatra.