Legislature:
Category:
Reset
Active:

Single Mother

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-każ ġenwin tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħat separatament li hija single mother tgħix u trabbi waħidha, tiġi mogħtija l-għajnuna soċjali mistħoqqa lilha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ.
Leg 9 PQ #30235 Sitting 660 2001-12-05 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-posizzjoni tal-Pulizija fir-rigward tal-każijiet fejn hemm reati ta' qtil li sejrin jiġu preskritti u li sallum għadu ma tressaq ħadd suspettat bil-każi konċernati u jidhirlux l-Ministru li għandu jkun hemm pjan serju u spedjanti li b'xi mod jsiru l-isforzi kollha legali u investigattivi biex jinġiebu l-ħatjin il-qorti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija tibqa` tinvestiga u ssegwi kull tagħrif ġdid li jista` jinkiseb f`kull każ ta` delitt li min wettqu ikun għadu mhux magħruf. L-Onorevoli Interpellant għandu jkun jaf illi l-każijiet ta` omiċidji mhux solvuti, jibqgħu jiġu nvestigati b`mod attiv mid-Dipartiment ta` l-Investigazzjoni kriminali, li huwa responsabbli mill-investigazzjoni ta` delitti serji. Niġbed ukoll l-attenzjoni ta` l-Onor. Interpellant għall-artikolu 692 tal-Kodiċi Kriminali li jipprovdi li l-perijodu ta` preskrizzjoni ma jibdiex igħodd meta l-ħati ma jkunx magħruf.
Leg 9 PQ #30236 Sitting 660 2001-12-05 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Lukanda Bel Sol

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex iċ-ċumnija li hemm fil-lukanda Bel Sol Hotel ma tibqax tikkawża rwejjaħ fit-toroq immedjati ta' din l-istess lukanda

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Cottonera Water Front

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jikkonferma jekk l-Avukat Ġenerali kienx il-konsulent legali tal-Ministru għall-Ambjent meta sar l-iffirmar tal-ftehim tal-Cottonera Water Front li sar fit-8 ta' Marzu 1999?

Response (GATT, AUSTIN)

L-Avukat Generali infurmani li kien jagħti pariri lill-Gvern dwar il-proġett tal-Kottonera sa mill-bidu nett.
Leg 9 PQ #29972 Sitting 647 2001-11-26 Oral · Interim From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Cottonera Water Front

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jikkonferma jekk l-Avukat Ġenerali kienx il-konsulent legali tal-Ministru għall-Ambjent meta sar l-iffirmar tal-ftehim tal-Cottonera Water Front li sar fit-8 ta' Marzu 1999?

Response (GATT, AUSTIN)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra
Leg 9 PQ #29973 Sitting 647 2001-11-26 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Mosta — Santa Margerita - Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fi Triq il-Pont fuq in-naħa ta' Santa Margerita, Mosta dejjem qed joħroġ d-drenaġġ?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fi Triq il-Pont intbagħat il-jetting/suction bowder biex isir it-tindif neċessarju, u qed jitkaħħlu xi 'manholes'. Jekk ikun il-każ, isiru wkoll aktar investigazzjonijiet.
Leg 9 PQ #29761 Sitting 642 2001-11-19 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Intervent Kirurġiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta sejjer isir l-intervent kirurġiku fuq il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li ilha 5 xhur tistenna li ssirilha dik li hi magħrufa bħala molla biex tinfetħilha l-vina jew arterja tal-qalb?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija ta` natura personali, għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 13567 f'seduta 235.
Leg 9 PQ #29762 Sitting 642 2001-11-19 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jara kif sejra tiġi ameljorata is-sistema tad-dawl fil-Bidnija u dan peress li kull meta jkun hemm sajjetti tinqata' l-provita kollha tad-dawl fil-Bidnija?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li biex tissaħħaħ il-provvista ta' l-elettriku fil-Bidnija hemm pjan maqsum f'żewġ fażijiet. L-ewwel fażi tikkonsisti fit-tqegħid ta' transformer centre ġdid fil-Bidnija. Fil-fatt dan ix-xogħol jinsab fi stadju avvanzat. It-tieni fażi għandha tgħaqqad il-Bidnija maż-Żebbiegħ permezz ta' cable biex b'hekk il-provvista f'dawn l-inħawi tissaħħaħ.
Leg 9 PQ #29767 Sitting 642 2001-11-19 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu mill-puliizja fi Triq l-Imħar, Qawra f'dak li huwa ordni pubbliku u dan speċjalment minħabba r-restaurants li hemm?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija qegħda u ser tibqa` tagħmel ronda fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant, kif ukoll f`toroq oħra.
Leg 9 PQ #29769 Sitting 642 2001-11-19 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Vegetable Hawker

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-vegetable hawker li dejjem ikun f'Għajn Tuffieħa preċiżament quddiem l-apples eye restaurant għandhux liċenzja ta' fixed hawker u x'liċenzja għandu u x'prodotti jista' jbiegħ skond il-liċenzja li għandu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-persuna li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant, għandha liċenzja maħruġa mill-Pulizija ta` bejjiegħ fit-triq permezz ta` vettura bil-mutur (hawker) għall-bejgħ ta` ħaxix, ilma minerali, fruit juices, squashes, bajd, frott imnixxef u lewż.
Leg 9 PQ #29808 Sitting 642 2001-11-19 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jara kif jista' jitjieb l-istreet lighting fi Triq Rużar Briffa, fil-Mosta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li t-talba biex jiżdied id-dawl fit-triq imsemmija qed tkun ikkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.
Leg 9 PQ #29006 Sitting 623 2001-10-23 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Wied il-Għasel

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta sejjer jitnaddaf Wied il-Għasel kollu li jgħaddi għal Burmarrad u ssir bħal xatba ħalli ma jkunux jistgħu jidħlu fih, biex ma tkomplix l-ħsara hemm?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li dan il-wied huwa wieħed minn dawk il-widien li jridu jiġu studjati aħjar qabel ma jsir xogħol ta' riabilitazzjoni.

Kawza

Question

Jista' l-Ministru konċernat jgħid x'inhu jżomm li jiġi implimentat ir-rimedju mogħti lir-rikorrewnt fil-kawża deċiża fil-5 ta' Marzu 2001 Rikors numru 342/97?

Response (GATT, AUSTIN)

Minn stharrig li sar, instab li l-imsemmi rikors gie deciz quddiem l-Imhallef C. Farrugia Sacco bhala President tat-Tribunal ta' l-Ingustizzji. Fic-cirkustanzi l-mistoqsija ghandha ssir lill-Onorevoli Prim Ministru li hu l-Ministru responsabbli minn dan it-Tribunal.
Leg 9 PQ #29001 Sitting 622 2001-10-22 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Passing Out Parade

Question

Jista' l-Ministru jgħid hux sejra ssir il-passing out parade tal-kadetti f'Novembru wara li dawn ngħataw it-taħriġ kollu f'dawn l-aħħar xhur u dan meta issa jilħqu fizzjali tal-pulizija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mhux programmat li jkun hemm passing out parade tal-Kadetti.
Leg 9 PQ #29002 Sitting 622 2001-10-22 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jara li jitneħħew il-linji tad-dawl tal-high tension li għaddejjin eżatt minn ma' l-uffiċji ta' l-iskrivani fil-Pitkalija f'Ta' Qali u fin-nuqqas jara li jsiru testijiet biex jiġi stabilit l-electromagnetic field u dan biex jiġi żgurat li dan ma hux ta' ħsara għall-ħaddiema li jaħdmu hemm hekk?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie riferut lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex jiġi nvestigat u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #29003 Sitting 622 2001-10-22 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Translation ta' l-Acquis

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu s-salarju u l-kuntratt tax-xogħol tal-persuni li isimhom qed jintbagħtu separatament li ġew ingaġġati biex jieħdu ħsieb t-translation ta' l-acquis għall-lingwa Maltija?

Response (BORG, JOE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25476, meta kont indikajt illi r-responsabbilta' għax-xogħol ta' traduzzjoni ta' l-acquis communautaire qiegħda f'idejn il-Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali.

Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sal-lum ingħataw f'kumpens lil individwi u kemm minnhom għadhom ma tħalsux dak il-kumpens li ġie mogħti lilhom minn sentenzi deċiża tat-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi l-Onor. Interpellant biex jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill Prim Ministru.

Triq f'Burmarrad

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jsir dwar it-triq f'Burmarrad biex meta tibda niżla x-xita, ma jibqax għaddej u jmur fir-residenzi tan-nies?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li hija waħda mir-responsabilitajiet definiti fil-kuntratt tal-bini ta` din it-triq li l-kuntrattur li qed jagħmel dan ix-xogħol taħt id-direzzjoni tal-perit li hu responsabbli mill-kostruzzjoni tal-proġett kif imqabbad ukoll skond dan il-kuntratt, irid jieħu l-prekawzjonijiet kollha neċessarji biex il-propjeta ta` terzi ma tkunx effetwata minn xi għargħar li jista` jirriżulta mill-esekuzzjoni tax-xogħolijiet.
Leg 9 PQ #28360 Sitting 607 2001-10-01 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Triq il-Kissier — Mosta

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex għandhom ma sarux ix-xogħlijiet neċessarji biex titneħħa siġra li fiha madwar tlett sulari fit-Triq il-Kissier, Mosta li litteralment qegħdha iserraħ fuq cable tad-dawl u li dan qed jikkawża danni li jistgħu wkoll ikunu serji?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma saret l-ebda talba għat-tneħħija ta' din is-siġra li taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Kunsill Lokali.