Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna, li d-dettalji dwarha qegħdin jintbagħtu separatament ma din il-mistoqsija, u li għamlet ħames snin kors in fila fl-universita` fid-diploma in psychiatric nursing u li għaddiet kull sena u ġiet dikjarata li ma kenitx issodisfat fl-aħħar eżami u cioe, l-paper 2 għall-award tad-diploma, kif hi biss ma ġietx magħjtha biex iġġedded il-kuntratt tax-xogħol fejn hija kienet taħdem matul il-kors f'Mount Carmel Hospital, meta lil ħaddieħor fl-istess ċirkostanzi bħalha, iġġeddidlu l-kuntratt b'sena qabel għamel l-aħħar re-sit?
Jaqbel il-ministeru li dan il-każ jista' jiġi interpretat bħala wieħed ta' diskriminazzjoni fil-konfront ta' din il-persuna u li għandu jiġi implimentat r-rimedju minnufih?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob 'l-Onor Interpellant jagħmel id-Domanda lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex numru ta' EO's li kellhom jinħatru assistant
principals
għadhom ma sarux minkejja li suppost saru mid-19 ta' Novembru 2001?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi passi qegħdin jittieħdu biex tmienja u sittin “Executive Officer” jinħatru “Assistant Principal”. Il-ħatra ssir b’lura, b’effett mid-19 ta’ Novembru, 2001.
Jista' l-Ministru jara s-sistema l-ġdida ta' l-ansewring mail fuq it-telphone kemm qedha tiswa aktar lil-konsumatur ? Jista' wkoll jara l-Ministru kemm huwa n-numru totali ta' complaints fuq din is-sistema w ukoll kemm huma t-total ta' complaints fuq il-kontijiet tat-telefon dawn l-aħħar sitt xhur?
Response (BONNICI, JOSEF)
Is-sistema l-ġdida ta' l-Answering Mail tiswa lil abbonat skond kemm jagħmel użu minnha.
Ninsab infurmat li bejn Otturbru 2001 u April 2002 kien hemm 601 ilmenti mil-miktub dwar il-kontijiet tat-telephone.
Jista l-Ministru jgħid meta sejra titlesta t-triq new street in Bridge Street, Mosta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li bħalissa għaddej xogħol ta' kostruzzjoni ta' storm water culvert. Fl-istess ħin qed jiġu ppreparati sejħiet għal kostruzzjoni ta' bankini, service culverts u asfalt f'din it-triq.
Jista' l-Ministru jara għaliex ma hux qed jingħata benefiċċji soċjali bi dritt lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu under separate cover li qiegħda fiċ-ċentru tas-saħħa tal-mosta u li m'għandhiex kapital għola minn dak li jeżentah milli jieħu dawn il-benefiċċji?
Jista' l-Ministru jgħid x'wassal għad-deċiżjoni li Triq Leslie Randle, tiġi one way meta tiflaħ sew li tibqa two ways bħal diversi toroq oħra fl-inħawi fl-Imtarfa?
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuni tal-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li sa riċenti kollhom Lm60 kera fis-sena u li d-dħul tagħhom ma jeċċedhiex Lm4000 fis-sena, ġew avżati b'awment fil-kera b'Lm10 aktar kull tlett xhur?
Jarax li dan ma hux ġustifikat fiċ-ċirkostanzi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Is-sussidju tal-kera tal-familja indikata mill-Onor. Interpellant ġie rivedut skond il-kuntratt ta' kiri tal-4 ta' Mejju 1994 li ffirma l-istess inkwilin meta ġie allokat il-post. Jiena infurmat illi dan diġa' ġie spjegat kemm il-darba lill-istess inkwilin mid-Dipartiment.
Jista' l-Ministru jara x'sar mill-applikazzjoni għall-għajnuna tal-mard tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li din ilha ma tieħu din l-għajnuna madwar sena meta fil-fatt hija għandha dritt li tieħu kontribuzzjoni fiċ-ċirkostanzi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet infurmata bil-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni li l-anzjan li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu under
separate cover
irċieva kont ta' l-elettriku u ilma ta' Lm350 għall-
garage
meta huwa qatt
ma kkonsma ammonti ta' elettriku u ilma aktar minn ċirċa Lm 8.86 cents kull quarter?
Jista' jivverifika x'ġara?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li minn investigazzjoni li saret mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma jidher li kien hemm żball fil-qari ta' l-arloġġ ta' l-elettriku. Qed jittieħdu l-passi biex isir l-aġġustament relattiv.
Jista l-Ministru jgħid għaliexis-suġġett home economics ma hux qed jissemma
fil-
national minimum curriculum
u x'se jsir issa mill-eluf ta' studenti li preżentement
qegħdin jieħdu dan is-suġġett?
X'sejjer jiġri minn dawk l-għalliema li jgħallmu dan is-suġġett u li illum uħud minnhom
huma senior teachers fl-iskejjel fejn għadhom jgħallmu?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-Kurrikulu Minimu Nazzjonali jsemmi biss dawk is-suġġetti li huma bażiċi. Jibqa' lok għal suġġetti oħra li huma suġġetti magħżula mill-istudenti (Optional Subjects). Dwar il-Home Economics ġejt informat kif ġej:
* Il-Home Economics dejjem kien suġġet ta' għażla u qatt ma kien
wieħed bażiku. Għalhekk il-Kurrikulu il-ġdid ma jsemmiħx.
* Anke bil-Kurrikulu l-ġdid, barra s-suġġetti bażiċi, l-istudenti
jagħżlu wkoll suġġetti oħra meta jkun il-waqt. Min ikun irid
jitgħallem il-Ħome Economics xorta se jkun jista' jagħmel hekk.
Illum żdiedet ukoll il-firxa ta' suġġetti li wieħed jista' jagħżel
miegħu u din tagħamel l-għażla tiegħu aktar attraenti.
* Ħadd minn dawk l-istudenti li bħal issa qegħdin jitgħallmu
l-Home Economics ma għandu għaliex jinkwieta li mhux se
jkun jista' jibqa' jitgħallmu. Bħalma se jkunu jistgħu jibdew
jitgħallmuh studenti ġodda li jagħżlu li jagħmlu hekk.
* L-għalliema tal-Home Economics, bħal għalliema oħra ta' suġġetti
li huma ta' l-għażla, minn dejjem jiddependu fuq kemm studenti
jagħżlu s-suġġett tagħhom, u wieħed ma jifhimx kif qed tissemma'
s-seniority tagħhom, meta fis-suġġett tagħhom din tiġi dejjem irrispettata.
Jista l-Ministru jgħid għaliex fiċ-ċentru fejn jinżammu r-refuġjati ġew trasferiti 3 surġenti
tal-pulizija mid-distrett li qegħdin jaħdmu bit-12 il-siegħa u mhux qed jiġu trattati bħal
surġenti sħabhom li huma stazzjonati fl-SAG peress li dawn ta' l-aħħar qegħdin jingħataw
Lm 25 allowance u huma baqgħu b'xejn?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ċ-Ċentru ta` l-Immigrazzjoni ta` Ħal Far, ma hux parti mit-Taqsima ta` l-S.A.G.
Jista l-Ministru jgħid jekk is-sistema ta' on call facilitator li qed taħdem fl-iskejjel ta'
l-istat hiex se tiġi estiża wkoll għall l-iskejjel tal-knisja?
Jekk dan huwa fin-negattiv, għaliex ma għandux jsir hekk, anke fid-dawl tal-ftehim li
hemm bejn l-istat malti u dak ta' l-awtorita' tal-knisja li permezz tiegħu s-salarji ta'
l-istaff qed jitħallas mill-istat?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-awtoritajiet ta' l-iskejjel tal-Knisja jiddeċiedu jekk is-sistema ta' "on call facilitator" għandhiex tidħol fl-iskejjel tal-Knisja.
Jista l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu
under separate cover
li kienet għaddiet għal
security
f'Novembru 2000 mad-dipartiment
tas-saħħa, għadha sal-lum ma ġietx mogħtija l-kariga ta' security meta kienet ġiet it-tmien
wieħed fl-eżami , b'punteġġ ta' 163?
Jista' l-Ministru jgħid x'taħriġ ingħataw il-persuni li preżentament qegħdin jaħdmu fl-arkivji tal-qorti f'Malta wara li spiċċa minn hemm il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament li kellu esperjenza vasta u kien jgħin lil kullħadd u li ma nagħtax il-promozzjoni tiegħu li kien ġustament jixraqlu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuna li isimha intbagħat separatament, kien trasferit mill-Qorti fuq l-insistenza tiegħu stess. Din il-persuna stess kienet taħdem flimkien ma` uffiċċjal ieħor u għandi għaliex nifhem illi f`dan il-perjodu ngħata it-taħriġ neċessarju.
Tajjeb ukoll li jingħad illi hemm impjegat ieħor li ilu hemm mill-1998 u dan trawwem ma` l-impjegat li spiċċa mill-Arkivju. Impjegati oħra li hemm fl-Arkivju igħinu fix-xogħol ta` ġarr u ppustjar ta` volumi fuq l-ixkafef.
Naħseb tajjeb li ngħid ukoll illi s-sistema tal-Arkivji tal-Qorti ma hi fil-fatt sistema xejn għaliex ma hemm ebda organizazzjoni loġika tal-volumi. Konsegwentement, is-sistema hi biss f`mohh impjegat partikulari u tispiċċa malli jispiċċa hu.
Dan ċertament mhux il-mod kif għandhom jiġu organizzati arkivji u għalhekk tajt struzzjonijiet biex tinbeda ri-organizazzjoni tal-mod kif u fejn jinżammu l-volumi.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-ispejjeż biex tintrama u tiżżarma l-counting hall f'Għawdex għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali? X'kienet l-ispiża totali tal-counting f'dawn l-elezzjonijiet?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Skond informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju Elettorali fit-13 ta’ Frar 2002, ma jinżammx kont separat għall-ispejjeż biex tintrama u tiżżarma l-“counting hall” għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali f’Għawdex. Huwa stmat li din l-ispiża tiġi Lm1,000, jiġifieri madwar 10% ta’ l-ispejjeż totali ta’ l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali f’Malta u Għawdex li fuq medja jkunu ta’ madwar Lm10,000.
Jista' l-Ministru jgħid x'sar minnha l-applikazzjoni għal post ta' surgeon/orthopaedic post fid-dipartiment tas-saħħa li kien hemm min kien kwalifikat u applika u baqa ma nstema xejn fuqha?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jien infurmat mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku li kienu ħarġu żewġ sejħiet għall-applikazzjonijiet, waħda fit-22 ta’ Diċembru, 2000, għall-mili ta’ post ta’ “Consultant Orthopaedic Surgeon with an interest in Major Trauma and Sports Medicine”, u l-oħra fis-26 ta’ Jannar, 2001 għall-post ta’ “Consultant Orthopaedic Surgeon with an interest in Major Trauma and Revision joint Replacement”.
Ir-rapporti tal-Bord ta’ l-Għażla dwar dawn iż-żewġ postijiet kienu approvati mill-Kummissjoni f’Lulju, 2001. Wara li l-Kummissjoni nfurmat lill-Kandidati bir-riżultati ta’ l-għażla, il-Kummssjoni rċeviet rappreżentazzjonijiet mingħand wieħed mill-kandidati u sar ukoll Protest fil-Qorti għan-nom ta’ l-istess kandidat.
Il-Kummissjoni, kif normalment tagħmel, talbet il-kjarifikazzjonijiet li dehrilha li għandha bżonn mill-Bord ta’ l-Għażla iżda għadha mhix f’pożizzjoni li tagħmal ir-rakkomandazzjoni meħtieġ sabiex isiru l-ħatriet f’dawn iż-żewġ postijiet.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li dawk li ħadu l-pensjoni mill-USA u li ma kienux USA Citizens, qegħdin jħalsu 30% taxxa mill-pensjoni meta dawn qegħdin jirċievu pensjoni hekk imnaqsa f'pajjiżna, Malta? Jista' jgħid jekk kienx hemm ftehim ad hoc snin ilu fejn kellha tiġi evitata taxxa imposta bħal din li tattakka l-istess pensjoni?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fil-passat, Maltin residenti f’Malta u li kienu jircievu pensjoni mill-Gvern Amerikan ma kinitx tinqatghalhom taxxa fl-Istati Uniti u kienu jigu ntaxxati biss f’Malta. Il-Ftehim ghall-Helsien mit-Taxxa Doppja li kien hemm bejn iz-zewg pajjizi kien gie revokat bl-avviz legali numru 21 tal-1997 u llum huwa limitat ghal bastimenti u ingenji tal-ajru.
Madankollu residenti Maltin li jircievu pensjoni mill-Istati Uniti tal-Amerika xorta wahda jistghu jgawdu helsien mit-taxxa. Dan jistghu jaghmluh billi fuq il-formola tat-taxxa jiddikjaraw id-dhul gross mill-pensjoni (jigifieri bit-taxxa ghadha mhux imnaqqsa) u jitolbu l-helsien imsejjah “unilaterali”. Dan il-helsien jigi kalkolat bl-istess mod li jigi kalkolat il-helsien mit-taxxa doppja. L-individwu jkollu bzonn jipproduci certifikat li jkun juri l-ammont ta’ taxxa mizmuma barra minn Malta.
Jista' l-Ministru jgħid f'hiex waslet l-applikazzjoni għall-alternative accomodation tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jiena nfurmat illi l-persuna ndikata bidlet l-abitazzjoni tagħha mingħajr ma nfurmat id-Dipartiment u għalhekk ma setgħatx isirilha l-ispezzjoni neċessarja. Jekk għadha interessata din għandha tmur id-Dipartiment u tirregolariżża ruħha
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-posizzjoni ta' persuna li rritornat mill-Awstralja fl-1975 fejn kien ħallas l-kontribuzzjonijiet soċjali hemm u f'Malta minn dak iż-żmien l'hawn, dwar kontribuzjoni fil-pensjoni mill-Awstralja u Malta meta din tagħlaq il-61 fis-sentejn li ġejjien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija minnu jista' jkollha dritt għal pensjoni kemm minn Malta kif ukoll mill-Awstralja jekk tissodisfa il-kundizzjonijiet tal-liġi dwar is-sigurta' soċjali taż-żewġ pajjiżi. Peress illi kull każ jinħadem fuq medja ta' kontribuzzjonijiet u dawn ikunu fuq bażi personali, nistieden lill-Onor. Interpellant jitlob lill-persuna konċernata tavviċina lid-dipartiment tas-Sigurta' Soċjali ħalli tingħata risposta aktar dettaljata skond iċ-ċirkustanzi tagħha.