Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #10697 Sitting 163 1999-10-25 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru tal-Finanzi

Finanzi — Ħlasijiet speċjali

Question

Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, iwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10476 dwar jekk jistax jagħti lista tal-ħlasijiet speċjali u/jew allowances oħra mogħtija wara s-6 ta' Settembru, 1998 lill-uffiċjali fil-ministeru/dekasteru tiegħu għal servizzi mogħtija qabel dik id-data u dan b'deċiżjoni speċifika tal-gvern preżenti, skond kull każ? Jista' jagħti r-raġunijiet f'kull każ għall-ħlasijiet li jsiru/jew saru?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li fid-dekasteru tiegħi ma ngħataw ebda ħlasijiet speċjali u jew allowances oħra wara s-6 ta` Settembru 1998 għal servizzi mogħtija qabel dik id-data.
Leg 9 PQ #10698 Sitting 163 1999-10-25 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Ħlasijiet speċjali

Question

Tista' l-Ministru twieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru 10481 dwar jekk tistax tagħti lista tal-ħlasijiet speċjali u/jew allowances oħra mogħtija wara s-6 ta' Settembru, 1998 lill-uffiċjali fil-ministeru/dekasteru tagħha għal servizzi mogħtija qabel dik id-data u dan b'deċiżjoni speċifika tal-gvern preżenti, skond kull każ? Tista' tagħti r-raġunijiet f'kull każ, għall-ħlasijiet li jsiru/jew saru?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li wara s-6 ta' Settembru 1998, il-Ministeru għal Għawdex ma tax ħlassijiet speċjali u/jew allowances oħra lill-uffiċċjali tiegħu għal servizzi mogħtija qabel id-data msemmija.

Ministeru għas-Servizzi Soċjali — Ħlasijiet speċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10477 dwar jekk jistax jagħti lista tal-ħlasijiet speċjali u/jew allowances oħra mogħtija wara s-6 ta' Settembru, 1998 lill-uffiċjali fil-ministeru/dekasteru tiegħu għal servizzi mogħtija qabel dik id-data u dan b'deċiżjoni speċifika tal-gvern preżenti, skond kull każ? Jista' jagħti r-raġunijiet f'kull każ għall-ħlasijiet li jsiru/jew saru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda Uffiċjal fid-Dipartimenti jew aġenziji li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi li rċieva ħlas speċjali u/jew "allowances" oħra kif spjegat fil-Mistoqsija Parlamentari.
Leg 9 PQ #10700 Sitting 163 1999-10-25 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Ħlasijiet speċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari preċedenti numru 10518 li għamiltlu dwar jekk jistax jagħti lista tal-ħlasijiet speċjali u/jew allowances oħra mogħtija wara s-6 ta' Settembru, 1998 lill-uffiċjali fil-ministeru/dekasteru tiegħu għal servizzi mogħtija qabel dik id-data u dan b'deċiżjoni speċifika tal-gvern preżenti, skond kull każ? Jista' jagħti r-raġunijiet f'kull każ għall-ħlasijiet li jsiru/jew saru?

Response (BORG, TONIO)

M`għandi xejn x`inżied ma` dak li jien indikajt fi tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 10518, ħlief li fil-każ ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ma kienx hemm ħlasijiet speċjali u/jew allowances mogħtija wara s-6 ta` Settembru 1998 lill-impjegati fl-Awtorita` għal servizzi mogħtija qabel dik id-data. 25.10.99
Leg 9 PQ #10482 Sitting 159 1999-10-19 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Ħlasijiet speċjali

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-ħlasijiet speċjali u/jew allowances oħra mogħtija wara s-6 ta' Settembru, 1998 lil uffiċjali fil-Ministeru/dekasteru tiegħu għal servizzi mogħtija qabel dik id-data, u dan b'deċiżjoni speċifika tal-gvern preżenti, skond kull każ? Jista' jekk jogħġbu f'kull każ, jagħti r-raġunijiet għall-ħlasijiet li jsiru/jew saru?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #10518 Sitting 159 1999-10-19 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Ħlasijiet speċjali

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-ħlasijiet speċjali u/jew allowances oħra mogħtija wara s-6 ta' Settembru, 1998 lil uffiċjali fil-Ministeru/dekasteru tiegħu għal servizzi mogħtija qabel dik id-data, u dan b'deċiżjoni speċifika tal-Gvern preżenti, skond kull każ? Jista' jekk jogħġbu f'kull każ, jagħti r-raġunijiet għall-ħlasijiet li jsiru/jew saru?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-uniku ħlas li sar mid-Dekasteru ta' l-Intern fir-rigward ta' servizzi mogħtija qabel is-6 ta' Settembru, 1998, jikkonċernaw l-allowance dovuta lill-Kummissarju tal-Pulizija talli kien qed jaqdi d-dmirijiet bħala Kap tas-Servizzi ta' Sigurta`. L-ammont li tħallas kien ta' Lm4,327.10 li jkopri l-perijodu 1 ta' Settembru, 1996 sal-5 ta' Settembru, 1998. It-tagħrif dwar xi ħlasijiet li setgħu saru mill-Awtorita` ta' l-Ippjanar jingħata f'xi seduta oħra jekk ikun il-każ. 19.10.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #10519 Sitting 159 1999-10-19 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Ħlasijiet speċjali

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-ħlasijiet speċjali u/jew allowances oħra mogħtija wara s-6 ta' Settembru, 1998 lil uffiċjali fil-Ministeru/dekasteru tiegħu għal servizzi mogħtija qabel din id-data, u dan b'deċiżjoni speċifika tal-Gvern preżenti, skond kull każ? Jista' jekk jogħġbu f'kull każ, jagħti r-raġunijiet għall-ħlasijiet li jsiru/jew saru?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tiġi miġbura u tingħata risposta
Leg 9 PQ #10520 Sitting 159 1999-10-19 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Ħlasijiet speċjali

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-ħlasijiet speċjali u/jew allowances oħra mogħtija wara s-6 ta' Settembru, 1998 lil uffiċjali fil-Ministeru/dekasteru tiegħu għal servizzi mogħtija qabel dik id-data, u dan b'deċiżjoni speċifika tal-Gvern preżenti, skond kull każ? Jista' jekk jogħġbu f'kull każ, jagħti r-raġunijiet għall-ħlasijiet li jsiru/jew saru?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li ebda uffiċjal fil-Ministeru u/jew fid-dekasteru tiegħi ma rċieva xi ħlas speċjali u/jew allowances oħra wara s-6 ta' Settembru 1998 għal servizzi mogħtija qabel dik id-data b'deċiżjoni speċifika tal-Gvern preżenti.
Leg 9 PQ #10476 Sitting 158 1999-10-18 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru tal-Finanzi

Finanzi — Allowances

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-ħlasijiet speċjali u/jew allowanes oħra mogħtija wara s-6 ta' Settembru 1998 lill-uffiċjali fil-ministeru/dekasteru tiegħu għal servizzi mogħtija qabel dik id-data u dan b'deċiżjoni speċifika tal-gvern preżenti, skond kull każ? Jista' l-Ministru f'kull każ jagħti r-raġunijiet għall-ħlasijiet li jsiru/jew saru?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f`xi seduta oħra.

Allowances fil-ministeru/dekasteru

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti lista tal-ħlasijiet speċjali u/jew allowances oħra mogħtija wara s-6 ta' Settembru 1998 lill-uffiċjali fil-ministeru/dekasteru tiegħu għal servizzi mogħtija qabel dik id-data, u dan b'deċiżjoni speċifika tal-gvern preżenti, skond kull każ? Jista' jgħid f'kull każ ir-raġunijiet għall-ħlasijiet li jsiru/jew saru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #10478 Sitting 158 1999-10-18 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru Agrikoltura u Sajd — Ħlasijiet speċjali

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-ħlasijiet speċjali u/jew allowances oħra mogħtija wara s-6 ta' Settembru, 1998 lil uffiċjali fil-Ministeru/dekasteru tiegħu għal servizzi mogħtija qabel dik id-data, u dan b'deċiżjoni speċifika tal-gvern preżenti, skond kull każ? Jista' jekk jogħġbu f'kull każ jagħti r-raġunijiet għall-ħlasijiet li jsiru u/jew saru?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li wara s-6 ta' Settembru 1998 fid-dekasteru tiegħi ngħata ħlas /allowance wieħed kif ġej: Grad: Clerk I Ammont: Lm30 fix-xahar Raġuni: IT Facilitator

Ministeru għat-Trasport u Kommunikazzjoni — Ħlasijiet speċjali

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-ħlasijiet speċjali u/jew allowances oħra mogħtija wara s-6 ta' Settembru, 1998 lil uffiċjali fil-Ministeru/dekasteru tiegħu għal servizzi mogħtija qabel dik id-data u dan b'deċiżjoni speċifika tal-gvern preżenti, skond kull każ? Jista' jekk jogħġbu f'kull każ, jagħti r-raġunijiet għall-ħlasijiet li jsiru/jew saru?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li ma ġew mogħtija l-ebda ħlasijiet jew 'allowances' lil l-ebda uffiċjal fil-Ministeru/dekasteru li tagħhom jien responsabbli, għal xi xogħol li sar qabel is-6 ta' Settembru, 1998.
Leg 9 PQ #10480 Sitting 158 1999-10-18 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Ħlasijiet speċjali

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-ħlasijiet speċjali u/jew allowances oħra moghtija wara s-6 ta' Settembru, 1998 lil uffiċjali fil-Ministeru/dekasteru tiegħu għal servizzi mogħtija qabel dik id-data, u dan b'deċiżjoni speċifika tal-gvern preżenti, skond kull każ? Jista' jekk jogħġbu f'kull każ, jagħti r-raġunijiet għall-ħlasijiet li jsir/jew saru?

Response (BORG, JOE)

Ma jirriżultax li saru ħlasijiet tan-natura li qed isemmi l-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #10481 Sitting 158 1999-10-18 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Ħlasijiet speċjali

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista tal-ħlasijiet speċjali u/jew allowances oħra mogħtija wara s-6 ta' Settembru, 1998 lil uffiċjali fil-Ministeru/dekasteru tagħha għal servizzi mogħtija qabel dik id-data, u dan b'deċiżjoni speċifika tal-gvern preżenti, skond kull każ? Tista' jekk jogħġobha f'kull każ tagħti r-raġunijiet għall-ħlasijiet li jsiru/jew saru?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #10345 Sitting 157 1999-10-14 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Ħlasijiet speċjali/allowances

Question

Jista' l-Prim Ministru jekk jogħġbu jagħti lista tal-ħlasijiet speċjali u/jew allowances oħra mogħtija wara s-6 ta' Settembru, 1998 lil uffiċjali għolja tal-gvern għal servizzi mogħtija qabel dik id-data, u dan b'deċiżjoni speċifika tal-gvern preżenti, skond kull każ? Tista' jekk jogħġbok f'kull każ tagħti r-raġunijiet għal ħlasijiet li jsiru/jew saru?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li wara s-6 ta' Settembru, 1998 fid-dekasteru tiegħi ngħataw żewġ ħasijiet/allowances lil uffiċjali għolja kif ġej. Grad Ammont Raguni Adivsor - AFM Lm600 Bonus specjali Direttur tad-Dipartiment ghat-Tiftix taz-Zejt Lm154 fix-xahar Disturbance Allowance Rigward ħlasijiet minn Ministeri oħra nitlob lil Onorevoli Membru jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministri ndividwalment.
Leg 9 PQ #8743 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru tal-Finanzi

Maltapost plc — Xogħol tad-dwana

Question

Jista' l-Ministru jgħid min se jagħmel ix-xogħol tad-dwana fid-diversi fergħat tal-Maltapost plc f'Għawdex meta l-uffiċjali tal-General Service li bħalissa qegħdin jagħmlu dan ix-xogħol jirritornaw lura fis-Servizz Pubbliku? Billi kontra dak li jsir fil-branches kollha tal-posta f'Malta, fil-branches tal-posta f'Għawdex isir ix-xogħol kollu tad-dwana inkluż ir-rilaxx ta' pakki domestiċi li jaqbżu l-Lm100 u pakki kummerċjali li jaqbżu l-Lm50, jidhirlu l-Ministru li dan ix-xogħol għandu jiġi ċentralizzat u jsir minn uffiċjali tad-dwana li jkunu jiffurmaw parti mill-istaff tad-dwana tal-Parcel Post Office? Jidhirlu l-Ministru li x-xogħol tad-dwana fid-diversi fergħat tal-posta f'Għawdex ma għandu qatt u għal ebda raġuni jitħalla jsir minn kumpannija li aktar 'il quddiem tista' anke tiġi privatizzata? Jaf il-Ministru li jekk dan jitħalla jsir ikun qiegħed jinħoloq preċedent u kumpanniji oħra bħalma huwa (il-Port Ħieles) jista' jitlob ukoll li uffiċjali tal-kumpannija tiegħu jibdew jiġbru l-Import Duty, il-levies u anke l-VAT? Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-każ li jkun hemm deċiżjoni li d-dwana fid-diversi fergħat tal-posta f'Għawdex tibda tinġabar minn uffiċjali tal-Malta post plc, din id-deċiżjoni għandhiex l-approvazzjoni ta' l-Awditur Ġenerali?

Response (DALLI, JOHN)

Il-punti mqajma fil-mistoqsija kienu diġa bdew jiġu ttratti xi żmien ilu u kien qed jiġi studjat kif sistemi li jintużaw mid-Dwana fis-servizz tal-Posta f`Malta jiddaħħlu f`Għawdex biex wieħed ikun jista` jilqa` għad-diffikultajiet imsemmija u jkun hemm uniformita` fix-xogħol li jsir fil-fergħat tal-Posta kemm f`Malta kif ukoll f`Għawdex. Din il-materja qed tiġi kkunsidrata biex jittieħdu d-deċiżjonijiet li jinħtieġu.
Leg 9 PQ #8744 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Fergħa tal-posta

Question

Tista' l-Ministru tgħid għal liema raġuni twaqqaf il-proċess li kien kważi ġie finalizzat mill-Gvern Laburista li fil-Posta Għawdex pakki domestiċi li jaqbżu l-Lm100 u pakki kummerċjali li jaqbżu l-Lm50 jiġu ċentralizzati f'Victoria Branch Post Office u li f'din il-fergħa jkun hemm żewġ uffiċjali tad-Dwana li jkunu jagħmlu parti mill-istaff tas-Sezzjoni tad-Dwana tal-Parcel Post Office biex jiġu rilaxxati dawn il-pakki? Fuq parir ta' min twaqqaf dan il-proċess (File No. M9 123/94)? Taf il-Ministru li dak li kien qiegħed jiġi propost huwa dak li għal diversi drabi rrakomanda l-Awditur Ġenerali? Taf il-Ministru li jkun qiegħed jinħoloq preċedent serju jekk id-Dwana fuq il-pakki fid-diversi fergħat tal-Posta f'Għawdex jitħalla jsir minn uffiċjali tal-kumpannija u mhux mid-Dipartiment tad-Dwana?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ma jidhirlix li s-servizzi li qed jingħataw fl-irħula tax-Xagħra u n-Nadur għandhom jitnaqqsu. Tajjeb li jingħad li r-rapport ta' l-Awditur Ġenerali li għalih qed jirreferi l-onor interpellant igħid fost l-oħrajn li 'it is apparent that the remaining General Service clerks are not prepared to pass on their knowledge to the uniformed staff in order to render themselves indispensable'. Kien prinċipalment għalhekk li l-Awditur Ġenerali rrakkomanda li l-pakki kollha indirizzati lill-Għawdxin jiġu ċentraliżżati fil-fergħa tar-Rabat.
Leg 9 PQ #8347 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru tal-Finanzi

IPSE — Fondi

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn qed jinżammu s-Lm6.9 miljun li dehru bħala allokati u maħruġa lill-IPSE matul is-sena finanzjarja 1998, fl-Estimates 1999? Il-fondi ġew trasferiti lill-IPSE u jekk iva, meta ġara dan? Jekk dan it-transfer għadu ma sarx, x'kienet ir-raġuni?

Response (DALLI, JOHN)

Is-Lm6.9 miljuni ġew trasferiti lill-IPSE Ltd. f`April ta` din is-sena mit-Treasury Clearance Fund fejn kienu għaddew f`Diċembru li għadda mill-Fond Konsolidat bħala nefqa għas-sena Finanzjarja 1998 (Estimi Supplimentari). Din it-transazzjoni seħħet bis-saħħa ta` Avviż Legali 254 tal-1998.
Leg 9 PQ #7431 Sitting 116 1999-06-08 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEU — Vakanzi

Question

Fl-aħħar ta' Diċembru 1998 għalqu l-applikazzjonijiet għal vakanzi fl-MEU għal research analysts, associate consultants u consultants. Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il persuna ġew magħżula f'kull waħda minn dawn il-kategoriji? Kemm minn dawk magħżula kienu diġa' jaħdmu mal-MEU, MITTS, l-MDC jew xi dipartiment tal-gvern? Kemm kien hemm applikazzjonijiet f'kull waħda mill-kategoriji?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li s-sejħa li kienet saret għall-applikazzjonijiet biex jimtlew il-pożizzjonijiet imsemmija mill-Onor Kap ta' l-Oppożizzjoni kienet għal Consultancy Project Support Officers. Xi wħud mill-applikazzjoniijiet ma kienux għal xi pożizzjoni speċifika waqt li oħrajn kienu għal aktar minn pożizzjoni waħda. B'kollox intefgħu 112-il applikazzjoni. Ġew magħżula sitt persuni għall-pożizzjoni ta' Research Analyst, persuna waħda għall-pożizzjoni ta' Associate Consultant u persuna oħra għall-pożizzjoni ta' Consultant. S'issa għadu mhux konkluż il-proċess ta' ngaġġ u għaldaqstant l-informazzjoni mitluba dwar fejn jaħdmu dawn il-persuni, tkun tista tingħata meta jsir l-ingaġġ.
Leg 9 PQ #7435 Sitting 116 1999-06-08 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru ta' l-Intern

Għawdex — Forti Chambrai

Question

B'riferenza għar-risposta mogħtija minnek għall-mistoqsija parlamentari numru 7317 dwar jekk l-iżvilupp kollu ta' Forti Chambrai huwiex isir skond il-kondizzjonijiet u parametri maħruġa fil-permessi relattivi ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar, tista' jekk jogħġbok: a) tagħti d-data ta' meta saret l-ispezzjoni msemmija fir-risposta li fiha nstab li ċerti pedamenti ma sarux kif suppost; b) tikkonferma li sad-data tat-tweġiba tiegħek m'hemm l-ebda ksur ieħor tal-kondizzjonijiet tal-permessi; c) tikkonferma wkoll li l-għoli tal-bini li jinsab tiela' f'Chambrai wara s-swar hu konformi f'kollox mal-permessi mogħtija?

Response (BORG, TONIO)

B'referenza għad-domanda Parlamentari Nru. 7435, nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat kif ġej : - a) l-ispezzjoni saret nhar il-21 ta' Mejju, 1999, segwita bi spezzjoni oħra fil-25 ta' Mejju, 1999; b) minn spezzjoni oħra li saret nhar it-2 ta' Ġunju, 1999, huwa kkonfermat illi jeżistu tibdiliet żgħar interni (tneħħija ta' ħajt u spustjar ta' xi bibien). Barra minn hekk in-numru ta' units fi Blokk 1 tnaqqas minn 8 għal 4. Dawn id-diverġenzi ma jimmeritawx li fil-preżent jittieħdu xi passi mill-Aworita` ta' l-Ippjanar minħabba li dawn id-diverġenzi huma sanzjonabbli u għalihom qed issir applikazzjoni sabiex ikunu regolarizzati. c) l-għoli tal-bini kostruwit s'issa huwa konformi mal-permess.