Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #15067 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Ambjent

San Ġwann — B'Kara Road - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-kriterji u r-raġunijiet li bihom ġie approvat f'Marzu, 1999 mit-taqsima tax-xogħlijiet, uffiċċju ċentrali tad-distrett, ix-xogħol bħala Non-Council Task tal-"Job", "Construction of Retaining wall at Birkirkara Road, San Ġwann? Kemm ġie jiswa dan ix-xogħol? Xi status kellu s-Sur Joe Dalmas biex jitlob li dan ix-xogħol jitwettaq? X'kariga jokkupa jew kien jokkupa f'Marzu 1999 is-Sur Dalmas?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Għar-rigward ta' l-ewwel u l-aħħar parti tal-mistoqsija tiegħu, nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15066 ta' din is-seduta. Ix-xogħol ġie jiswa Lm204.00.
Leg 9 PQ #15068 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Ambjent

St Julians — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-kriterji u r-raġunijet li bihom ġie approvat f'Marzu, 1999 mit-taqsima tax-xogħlijiet, uffiċċju ċentrali tad-distretti, ix-xogħol bħala Non Council Task tal-Job, "Levelling and Asphalting at New Street in Sacred Heart Street, St Julians? Kemm ġie jiswa dan ix-xogħol? Xi status kellu s-Sur Michael Aquilina biex jitlob li dan ix-xogħol jitwettaq? X'kariga jokkupa jew kien jokkupa f'Marzu, 1999 is-Sur Aquilina?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Għar-rigward ta' l-ewwel parti tal-mistoqsija tiegħu, nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15066 ta' din is-seduta. Ix-xogħol ġie jiswa Lm139.68. Is-Sur Michael Aquilina huwa Assistent Segretarju Privat tiegħi u ilu jokkupa din il-kariga minn Ottubru 1998.
Leg 9 PQ #15069 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Ambjent

San Ġwann — Football ground - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-kriterji u r-raġunijiet li bihom ġie approvat f'Marzu, 1999 mit-taqsima tax-xogħlijiet, uffiċċju ċentrali tad-distretti, ix-xogħol bħala Non Council Task tal-Job, "Refurbishment of Football Ground at San Ġwann"? Kemm ġie jiswa dan ix-xogħol? Xi status kellu s-Sur Joe Dalmas biex jitlob li dan ix-xogħol jitwettaq? X'kariga jokkupa jew kien jokkupa f'Marzu 1999, is-Sur Dalmas?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Għar-rigward ta' l-ewwel u l-aħħar parti tal-mistoqsija tiegħu, nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15066 ta' din is-seduta. Ix-xogħol ġie jiswa Lm612.00.
Leg 9 PQ #15070 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Ambjent

Ta' Xbiex — Church Street - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-kriterji u r-raġunijiet li bihom ġie approvat f'Marzu, 1999 mit-taqsima tax-xogħlijiet, uffiċċju ċentrali tad-distrett, ix-xogħol bħala Non Council Task tal-Job "Concreting of Pavement at Church Street, Ta' Xbiex"? Kemm ġie jiswa dan ix-xogħol? Xi status kellu s-Sur Joe Dalmas biex jitlob li jitwettaq dan ix-xogħol u x'kariga kien jokkupa f'Marzu, 1999?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Għar-rigward ta' l-ewwel u l-aħħar parti tal-mistoqsija tiegħu, nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15066 ta' din is-seduta. Ix-xogħol ġie jiswa Lm72.00.
Leg 9 PQ #15071 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Ambjent

San Ġwann — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji u raġunijiet ġie approvat f'Marzu, 1999 mit-taqsima tax-xogħlijiet, uffiċċju ċentrali tad-distretti, ix-xogħol bħala Non Council Task tal-Job "Works to be carried out at St Bernardette Primary School "B", San Ġwann"? Kemm ġie jiswa dan ix-xogħol? X'kienu n-"Necessary Channels" li għaddiet minnhom il-proposta biex dan ix-xogħol isir?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jien infurmat li kull ma sar kien li ntlaqgħet talba mill-kap ta' l-iskola msemmija biex issir rampa għall-persuni bi ħtiġijiet speċjali, jitnaddfu u jingħalqu bi gradilji żewġt ibjar li kienu perikolużi u xi xogħlijiet żgħar oħra, li b'kollox swew Lm261.26. Biex sar dan ix-xogħol l-approvazzjoni għaddiet mill-istess 'channels' li kienet tgħaddi minnhom fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti.
Leg 9 PQ #14034 Sitting 245 2000-02-21 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għal Għawdex

Joymar Company Limited/Road Construction Limited

Question

Tista' l-Ministru tikkonferma li la hi personalment u lanqas familjari diretti magħha ma għandhom konnessjonijiet, diretti jew indiretti, ta' natura finanzjarja, kummerċjali jew ta' mpjieg, konsulenza u ownership mal-kumpanniji Joymar Company Limited u Road Construction Limited?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li jiena u l-familjari tiegħi m'għandna l-ebda interess fil-kumpaniji msemmija.
Leg 9 PQ #13681 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Ħsarat

Question

Jista' l-Ministru jivverifika għaliex, minkejja diversi talbiet, il-ħsara li hemm f'telephone number 441259 (fuq isem Gauci) għadha ma ssewwietx? Jista' jassigura li t-tiswija ssir?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li mir-rekords tal-maltacom jirrizulta li n-numru tat-telefon in kwistjoni kien irrapurtat li hu bil-hsara fl-20 ta` jannar 2000, u meta saru t-testijiet mehtiega permezz tal-`line test system` instab li fil-fatt ma kienx hemm hsara. L-ufficjal inkarigat ipprova jaghmel kuntatt mal-klijenta biex jinfurmaha b`dan, pero`, ma rnexxilux ghaliex meta cempel fuq in-numru irrapurtat bil-hsara ma kienx hemm twegiba u l-klijenta ma hallietx `contact number` iehor meta rrapurtat il-hsara. Ghalhekk min-naha tal-Maltacom il-kaz gie maghluq. Wara li fid-9 ta` dax-xahar il-kaz kien riferut lill-Maltacom, `lines technician` mill-Exchange ta` Birkirkara rega` fetah il-kaz u ghal darb`ohra ma nstabet ebda hsara. Id-dar tal-klijenta ma kien hemm hadd u thallitilha nota biex tikkuntattja lill-ufficcju biex ikun jista` jsir appuntament halli jsiru testijiet mill-master switch il-gewwa. Sadanittant, il-klijenta, proprju dakinhar stess, marret personalment fl-Ufficcju Centrali tal-Maltacom fil-Marsa u sa dakinhar wara nofsinhar it-telefon kien qed jahdem tajjeb, tant li l-Public Affairs Executive tal-Kumpanija tkellem mal-klijenta li min-naha taghha kkonfermatlu li ma kienx fadlilha problemi.
Leg 9 PQ #13662 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru tal-Finanzi

MFSC — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jinformana kif ġew appuntati mill-MFSC (Malta Financial Services Centre) il-konsulent Anthony Fisher, Bell Pottinger Communications u Oppenheimer Wolff and Donnelly LLP? Kif ġew appuntati il-konsulenti lokali fuq il-leġislazzjoni dwar servizzi ta' investiment; fuq il-leġislazzjoni dwar insurance; fuq att dwar il-kumpanniji; fuq il-leġislazzjoni dwar it-Trusts; u fuq il-Professional Secrecy and Insider Trading Acts? F'kull każ, ħarġet sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet f'Malta u/jew barra? X'kienu l-kwalifiki rikjesti? Kemm qed jitħallsu l-konsulenti u x'inhu t-terminu ta' żmien tal-kuntratt tagħhom? Il-Ministeru tal-Finanzi kien involut fl-għażla? Jekk iva, kif?

Response (DALLI, JOHN)

Il-konsulenti msemmija ġew appuntati mill-Board tal-Gvernaturi tal-MFSC sabiex jagħmlu id-direct marketing għan-nom taċ-Ċentru barra minn Malta u sabiex jgħollu il-profil u reputazzjoni ta` Malta bħala lokazzjoni tajba għal-kummerċ u servizzi finanzjarji. Il-kriterji li fuqhom ġew magħżula il-konsulenti mill-Board tal-Gvernaturi kienet l-esperjenza li dawn il-konsulenti għandhom filqasam li ġie assenjat lilhom. Peress li Anthony Fisher kien diġa involut mill viċien meta kienu saru l-liġijiet finanzjarji fl-1994, inħasset l-utilita li jerġa jitqabbad hu sabiex jikkoordina ix-xogħol kollu fuq il-liġijiet li ser jittwettaw lokalment u sabiex jeżaminhom mill-perspettiva internazzjonali. Il-konsulenti lokali tqabbdu għal perijodu massimu ta` sitt xhur, filwaqt li il-konsulenti Anthony Fisher u Bell Pottinger Communications tqabbdu għal-tlett snin iżda t-terminu tal-kuntratti huw revidibbli wara sena. Id-ditta estera ta` avukati internazzjonali Oppenheimer Wolff u Donnelly LLP tqabbdu għal perjodu ta` sena. Parti mill-ħlasijiet dovuti lill-konsulenti iridu jiġu komputatu b`mod daqxejn kompless għax jiddependi mix-xogħol kif jiġi gradwalment imwettaq, iżda il-figuri basiċi fis-sena huma: A Fisher 60,000 Sterling Bell Potter Communications 120,000 Sterling Oppenheimer Wolff and Donnelly 120,000 U$ Il-ħlassijiet dovuti lil konsulenti lokali li tqabbdu barra miċ-Ċentru ivarjaw skond l-entita` tax-xogħol assenjat lilhom iżda f`kull każ ġie iffissat limitu massimu ta` Lm5000 kull konsulent. Il-Ministeru tal-Finanzi ma kienx involut fl-għażla tal-konsulenti.
Leg 9 PQ #12101 Sitting 214 1999-12-17 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru tal-Finanzi

HSBC — Bejgħ lill-Mid-Med Bank

Question

Peress li d-dokumenti u informazzjoni dwar il-bejgħ tal-Mid-Med Bank lill-HSBC huma materja ta' dokumentazzjoni li żgur tinsab bil-lest fil-files rilevanti, jista' l-Ministru jekk jgħoġbu jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti li diġa' tlabtu f'mistoqsijiet parlamentari numru 11838 u 11951, jiġifieri: (a) kopja tad-dokumenti kollha li ġew fis-seħħ bil-ftehim bejn il-gvern u l-HSBC dwar l-bejgħ tal-Mid-Med Bank; (b) lista tal-garanziji kollha tal-ftehim a favur tal-Mid-Med li kienu fis-seħħ meta ġie ffirmat il-konvenju ta' bejgħ imsemmi; u (ċ) lista ta' garanziji fis-seħħ meta ġie ffirmat il-kuntratt u fl-1 ta' Diċembru, 1999 liema dokumenti għandhom kollha jkunu bla ebda tnikkir miftuħa għal pubbliku, fl-interess nazzjonali?

Response (DALLI, JOHN)

M`għandi xejn x`inżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija numru 11951.
Leg 9 PQ #11951 Sitting 212 1999-12-16 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru tal-Finanzi

HSBC — Bejgħ lill-Mid-Med Bank

Question

Peress li d-dokumenti u informazzjoni dwar il-bejgħ tal-Mid-Med Bank lill-HSBC huma materja ta' dokumentazzjoni li żgur tinsab bil-lest fil-files rilevanti, jista' l-Ministru jekk jogħġbu jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, id-dokumenti li tlabtu f'mistoqsija parlamentari numru 11838, jiġifieri: (a) kopja tad-dokumenti kollha li ġew fis-seħħ fil-ftehim bejn il-Gvern u l-HSBC dwar il-bejgħ tal-Mid-Med Bank; (b) lista tal-garanziji kollha tal-Gvern a favur tal-Mid-Med li kienu fis-seħħ meta ġie ffirmat il-konvenju ta' bejgħ imsemmi; u (ċ) lista ta' garanziji fis-seħħ meta ġie ffirmat il-kuntratt u fl-1 ta' Diċemembru, 1999?

Response (DALLI, JOHN)

Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra d-dokumenti mitluba. Xi wħud minn dawn id-dokumenti kienu diġa mqiegħda fuq il-mejda tal-kamra. Qiegħed inpoġġi wkoll fuq il-mejda tal-kamra lista tal-garanzija : a) fil-31 ta` ta` Diċembru 1999
Leg 9 PQ #11951 Sitting 207 1999-12-14 Oral · Interim From: ALFRED SANT To: Ministeru tal-Finanzi

HSBC — Bejgħ lill-Mid-Med Bank

Question

Peress li d-dokumenti u informazzjoni dwar il-bejgħ tal-Mid-Med Bank lill-HSBC huma materja ta' dokumentazzjoni li żgur tinsab bil-lest fil-files rilevanti, jista' l-Ministru jekk jogħġbu jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, id-dokumenti li tlabtu f'mistoqsija parlamentari numru 11838, jiġifieri: (a) kopja tad-dokumenti kollha li ġew fis-seħħ fil-ftehim bejn il-Gvern u l-HSBC dwar il-bejgħ tal-Mid-Med Bank; (b) lista tal-garanziji kollha tal-Gvern a favur tal-Mid-Med li kienu fis-seħħ meta ġie ffirmat il-konvenju ta' bejgħ imsemmi; u (ċ) lista ta' garanziji fis-seħħ meta ġie ffirmat il-kuntratt u fl-1 ta' Diċemembru, 1999?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba għal din il-Mistoqsija tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #11838 Sitting 200 1999-12-06 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru tal-Finanzi

HSBC — Mid-Med Bank

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokumenti kollha li ġew fis-seħħ bil-ftehim bejn il-Gvern u l-HSBC dwar il-bejgħ tal-Mid-Med Bank? Jista' l-Ministru jagħti wkoll lista tal-garanziji kollha tal-gvern a favur tal-Mid-Med Bank li kienu fis-seħħ meta ġie ffirmat il-konvenju ta' bejgħ lill-HSBC tal-Mid-Med Bank, li kienu fis-seħħ meta ġie ffirmat il-kuntratt, u li kienu fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 1999?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba għal din il-Mistoqsija tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #11114 Sitting 177 1999-11-09 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM Circular 33/99

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' OPM Circular No 33/99?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra, kopja ta' OPM Circular No 33/99.
Leg 9 PQ #11094 Sitting 175 1999-11-08 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru tat-Turiżmu

Awtorita' tat-Turiżmu — Chairman

Question

Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jagħti dettalji dwar ir-remunerazzjoni u kondizzjonijiet oħra mogħtija liċ-Chairman ta' l-Awtorita' tat-Turiżmu?

Response (REFALO, MICHAEL)

Kif żgur jaf l-Onor Kap ta' l-Oppożizzjoni l-kariga ta' 'Chairman' tal-'Malta Tourism Authority' hi waħda 'part time' u klassifikata A fl-iskala uffiċċjali. Għalhekk iċ-'Chairman' tal-'M.T.A.' jitħallas onorarju ta' Lm7,000 fis-sena. Għandu wkoll għad-dispożizzjoni tiegħu karozza uffiċċjali bi 'driver' u l-użu tat-telefon tad-dar u ta' 'mobile' mingħajr ħlas.
Leg 9 PQ #10910 Sitting 174 1999-11-04 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

IPSE — Għamara

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 10786, dwar l-għoti tal-kuntratt għall-istudju dwar settur ta' l-għamara mogħti mill-IPSE, jista' l-Ministru jikkonferma li ħadd mis-segretarjat tiegħu ma kellu xi kuntatt ma' l-IPSE dwar dan il-kuntratt, wara li nfetħu l-offerti u qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni finali? Jekk saru dawn il-kuntratti, ma' min saru u fiex kienu jikkonsistu? Jekk saru, jista' jinforma jekk il-Ministru personalment bħala ministru kienx jaf bihom jew kienx involut fihom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-offerti li ġew sottomessi għall-kuntratt li għalih qed issir riferenza, ġew eżaminati minn bord tekniku li kien kompost minn tlitt uffiċċjali għolja ta` l-IPSE u cioe` iċ-Chief Executive Officer is-Sur Joe Vella Bonnici, il-Financial Controller is-Sur Mark Galea u l-Manager Restructuring is-Sur Raymond Muscat. Ir-rapport tal-bord tekniku ġie mgħoddi lill-Bord tad-Diretturi ta` l-IPSE. L-Għażla tal-kumpanija li ngħatat il-kuntratt saret esklussivament mill-IPSE. In vista ta` dak li ntqal mill-Onorevoli Interpellant waqt is-Seduta numru 172, tajjeb jingħad li l-Bord tad-Diretturi l-IPSE huwa ffurmat mic-Chairman is-Sur Lino Callus u mill-Membri s-Sinjuri Joe Caruana Curran, Louis A Farrugia, Vincent Grech u Francis Vassallo. Kif diġa għidt fit-tweġiba għall-Mistoqsija numru 10786 magħmula mill-istess Interpellant, dawn is-sinjuri, minbarra s-Sur Francis Vassallo, huma l-istess persuni li kienu nħatru mill-amministrazzjoni preċedenti. Is-Sur Vassallo ġie appuntat direttur b`seħħ mid-19 ta` Frar 1999 minflok Dr. Mario Vella. Minħabba dak li ntqal mill-Onorevoli Interpellant, ser nagħti wkoll l-ismijiet tad-disa` kumpaniji li tefgħu l-offerta u kemm kienet tammonta kull offerta. A & A Management Consultancy Services Ltd Lm45,000 Enterprise Consultancy Services Lm 5,913 M & M Associates Ltd. Lm12,609 EMCS Ltd. Lm71,304 Marketing Advisory Services Ltd. Lm18,600 MISCO-KPMG Lm42,000 Nobel Manrich Ltd. CSIL Lm19,800 Outlook Coop-Management & Communications Lm 6,500 PricewaterhouseCoopers GBP81,500 Tajjeb wieħed jgħid li l-bord tekniku irrikmanda li l-aħjar pakkett offrut kien dak tal-kumpanija EMCS Ltd. Il-Bord tad-Diretturi wara li kkonsidra r-rapport tekniku, iddeċieda li l-ewwel preferenza fl-għoti tal-kuntratt kellha tkun lil EMCS Ltd. bil-kundizzjoni li dawn jingħataw l-opportunita` li jnaqqsu l-prezz ta` l-offerta oriġinali tagħhom u li jekk dawn ma jnaqqsux il-prezz b`mod sostanzjali l-offerta tingħata lill-kumpanija li l-Bord Tekniku kien irrikmanda bħala it-tieni l-aħjar għaġla. Fil-Fatt il-kumpanija EMCS Ltd. naqqset l-ammont għal Lm50,000 mingħajr ma` naqqset xejn mis-servizzi li kellha tagħti skond l-offerta li oriġinarjament kienet għamlet. Tajjeb inżid ngħid li ma għandi l-ebda informazzjoni li xi persuna fis-Segretarjat tal-Ministeru għas-Servizzi Ekonimiċi b`xi mod indaħlet f`xi stadju ta` din l-għażla. Ta` min jgħid ukoll li jiena ġejt infurmat bl-għażla wara li tlesta l-proċess kollu. Barra minn hekk ic-Chairman ta` l-IPSE assigurani li l-għażla saret bl-aktar mod professjonali u bla ebda indħil minn terzi persuni. Infatti qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dikjarazzjoni taċ-Chairman ta` l-IPSE li tikkonferma l-fatti kif spjegati hawn fuq. In vista ta` dawn il-fatti l-allegazzjonijiet li qed jagħmel l-Onorevoli Interpellant huma infondati.
Leg 9 PQ #10785 Sitting 168 1999-11-01 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

EU — Delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi lista tad-delegazzjonijiet li marru Brussels fuq eżerċizzju ta' l-iscreening, il-persuni fuq kull delegazzjoni, is-suġġett ta' l-iscreening f'kull każ, iż-żmien li matulu kull delegazzjoni damet hemm u kemm ġiet l-ispiża ta' kull delegazzjoni?

Response (BORG, JOE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant ħlief għal dak li jirrigwardja l-ispiża ta` kull delegazzjoni. L-ispiża li tikkonċerna il-Ministeru tiegħi sal-bidu ta` Ottubru hija ta` Lm13,864. Iċ-ċifra hija proviżorja għar-raġuni li n-nefqa attwali għad trid tiġi stabbilita, primarjament minħabba fl-iskond ta` 50% li jingħata fuq l-ispejjeż ta` l-ajru mill-Air Malta. Iċ-ċifra tinkludi l-ispejjeż ta` lukandi, subsistence allowance, contingencies u l-ispejjeż tal-ajru mingħajr l-iskond tal-50%. Fid-dawl tal-informazzjoni komprensiva li ingħatat ma nħossx li hemm il-ħtieġa li tingħata l-ispiża għal kull delegazzjoni separatament ġaladarba din tinvolvi ħafna xogħol ieħor u spejjeż ta` riżorsi umani bla bżonn. Dwar l-ispiża ta` Ministri oħra, l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeri konċernati.
Leg 9 PQ #10786 Sitting 168 1999-11-01 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

IPSE — Għamara

Question

Jista' l-Ministru jindika liema kumpannija ngħatat il-kuntratt għall-istudju dwar is-settur tal-għamara mogħti mill-IPSE? Kemm kien il-ħlas maqbul għal dan ix-xogħol? Min kienu l-kumpanniji jew konsulenti oħra li offrew li jagħmlu dan ix-xogħol? Kemm kienu l-offerti li saru minnhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-kumpanija li ngħatat il-kuntratt għall-istudju dwar is-settur ta' l-għamara hi l-EMCS Limited. Il-ħlas miftiehem kien ta' Lm50,000. Kien hemm total ta' disa' kumpaniji li kkwotaw għal dan il-proġett. Il-valur ta' l-offerti tagħhom kien ivarja bejn Lm5,913 u Lm54,333. Naturalment, l-aktar ħaġa mportanti li l-IPSE kellha tiġġudika fuqha huwa l-programm ta' ħidma offrut minn dawn il-kumpaniji, u kemm dan iwassal biex jintlaħaq l-għan ta' l-istudju rikjest. L-IPSE tatni parir li informazzjoni aktar dettaljata dwar il-kumpaniji nvoluti u informazzjoni dwar kemm ikkwotat kull kumpanija, hija ta' natura kummerċjali u ma jkunx għaqli li tingħata. Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li l-IPSE hija kumpanija 'private sector driven' fejn il-Gvern għandu minoranza fuq il-Board tad-Diretturi u fejn ħlief għal rappreżentant tal-M.D.C., il-membri tal-Board inkluż iċ-Chairman, huma l-istess li kienu nħatru mill-amministrazzjoni preċedenti ossia mill-istess Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #10787 Sitting 168 1999-11-01 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

MEUSAC

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-persuni li għandhom jew kellhom inkarigu ta' xi tip, fulltime jew part-time, imħallas mill-MEUSAC? X'kien l-inkarigu tagħhom? Kemm tħallsu u/jew qed jitħallsu?

Response (BORG, JOE)

Fost il-Membri tal-MEUSAC ġew maħtura sitt persuni fil-kapaċita tagħhom bħala tekniċi f`oqsma differenti li huma: 1. Dr Stephen Calleya 2. Sur Charles Rapa FCCA, FIA, CPAA, MBA (Brunel) 3. Dr Joanna Drake 4. Dr George Abela 5. Dr Godfrey Baldacchino 6. Professur Lino Briguglio Dawn jitħallsu onorarju ta` Lm2,000 fis-sena kull wieħed b`effett min April 1999.
Leg 9 PQ #10695 Sitting 163 1999-10-25 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Ħlasijiet Speċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10482 dwar jekk jistax jagħti lista tal-ħlasijiet speċjali u/jew allowances oħra mogħtija wara s-6 ta' Settembru, 1998 lill-uffiċjali fil-ministeru/dekasteru tiegħu għal servizzi mogħtija qabel dik id-data, u dan b'deċiżjoni speċifika tal-gvern preżenti, skond kull każ? Jista' l-Ministru jagħti r-raġunijiet f'kull każ, għall-ħlasijiet li jsiru/jew saru?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-uniku żewġ uffiċjali li irċevew ħlasijiet wara s-6 ta' Settembru 1998 b'deċiżjonijiet speċifiċi wara dak in-nhar tħallsu mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Dawn kienu Is-Sur Arben Lufi - Għalliem li ħa Lm417.13 wara deċiżjoni ta' l-Ombudsman Is-Sur Godwin Pulis - Ħa (Lm2,000) wara deċiżjoni li ttieħdet fuq rakkomandazzjoni tat-Tribunal għall- Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji.
Leg 9 PQ #10696 Sitting 163 1999-10-25 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Ħlasijiet speċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10519 dwar jekk jistax jagħti lista tal-ħlasijiet speċjali u/jew allowances oħra mogħtija wara s-6 ta' Settembru, 1998 lill-uffiċjali fil-ministeru/dekasteru tiegħu għal servizzi mogħtija qabel dik id-data u dan b'deċiżjoni speċifika tal-gvern preżenti, skond kull każ? Jista' l-Ministru jagħti r-raġunijiet f'kull każ għall-ħlasijiet li jsiru/jew saru?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-Ministru tas-Saħħa ma ta` ebda ħlas speċjali jew `allowance` wara s-6 ta` Settembru 1998 għal servizzi mogħtija qabel din id-data.