Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #22652 Sitting 469 2001-01-16 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-istatus ma' l-Universita' ta' Malta tal-persuna li bħalissa qed iservi bħala Segretarju Ġenerali tal-PN?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħal f'każi simili fl-imgħoddi s-sur Joe Saliba għandu l-istatus ta' Precincts Officer u qiegħed fuq leave mingħarj ħlas wara li talba għaldaqstant ġiet approvata mill-Kunsill ta' l-Universita`.
Leg 9 PQ #22331 Sitting 460 2001-01-08 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Ambjent

B'Kara — Parking Area

Question

Wara x-xogħol li sar mill-Ministeru għall-Ambjent biex tkun livellata u msewwija Triq il-Wied ta' l-Imsida, B'Kara, quddiem is-showroom ta' Pisano Bros Car Dealers, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li z-zona ta' quddiem din ix-showroom ġiet riservata għall-użu kummerċjali ta' l-istess showroom, bħala parking area, u dan b'detriment għar-residenti l-oħra tat-triq?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li qed jagħti l-Ministru ta' l-Intern għall-Mistoqsija Parlamentari 22333 ta' din is-seduta.
Leg 9 PQ #22332 Sitting 460 2001-01-08 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

B'Kara — Parking Area

Question

Wara x-xogħol li sar mill-Ministeru għall-Ambjent biex tkun livellata u msewwija Triq il-Wied ta' l-Imsida, B'Kara, quddiem is-showroom ta' Pisano Bros Car Dealers, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li z-zona ta' quddiem din ix-showroom ġiet riservata għall-użu kummerċjali ta' l-istess showroom, bħala parking area, u dan b'detriment għar-residenti l-oħra tat-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Peress illi dan il-Ministeru mhux responsabilli ghall-ghoti ta` `reserved parking` l-Onor. Interpellant hu mitlob jindirizza d-domanda tieghu lill-Ministru responsabilli.
Leg 9 PQ #22333 Sitting 460 2001-01-08 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru ta' l-Intern

B'Kara — Parking Area

Question

Wara x-xogħol li sar mill-Ministeru għall-Ambjent biex tkun livellata u msewwija Triq il-Wied ta' l-Imsida, B'Kara, quddiem is-showroom ta' Pisano Bros Car Dealers, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li z-zona ta' quddiem din ix-showroom ġiet riservata għall-użu kummerċjali ta' l-istess showroom, bħala parking area, u dan b'detriment għar-residenti l-oħra tat-triq?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi din il-parti tas-service road li qiegħed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant mhix riservata, u l-Pulizija qed tieħu passi sabiex ma jkunx hemm ostakolu.
Leg 9 PQ #22334 Sitting 460 2001-01-08 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Punching

Question

Peress li l-Air Malta nefqet somom konsiderevoli biex iddaħħal sistema modernizzata ta' punching, għal liema raġuni din is-sistema baqgħet ma ddaħħlitx għalkemm installata għal aktar minn sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li għalkemm is-sistema li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant magħrufa bħala "time and attendance" ġiet installata, din għadha ma tistax tiffunzjona għar-raġunijiet li ġejjin. 1. L-Air Malta ilha minn Settembru tas-sena l-oħra tistenna lis-supplier tas-sistema IAS jagħtiha l-verżjoni tas-software mill-Amerika biex tkun inteġrata mas-sistema tal-payroll. 2. Il-General Workers' Union qed toġġezzjona għal din is-sistema. L-Union qed issostni li jekk l-impjegati jibdew jużaw din is-sistema minflok dik attwali tat-"time sheet", dawn għandhom jithallsu tas-sahra.
Leg 9 PQ #18585 Sitting 360 2000-07-25 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Ambjent

Drenaġġ — Mosta - Triq il-Fdalijiet Preistoriċi

Question

Jista' l-Minstru jieħu passi immedjati biex tiġi solvuta problema, li ilha sejra għal dawn l-aħħar seba' xhur, fejn il-kantina ta' nru 36 Triq il-Fdalijiet Preistoriċi, Mosta ilha tfawwar bid-drenaġġ? Diġa' ġi stabilit illi l-problema qed tinħoloq billi d-drenaġġ qed jiżbroffa għall-kantina imsemmija u din hi problema li qed toħloq tehdidda għas-saħħa tar-residenti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li t-tender għat-tiswija ta' dawn il-katusi nħareġ. Bħalissa qiegħed għall-pubblikazzjoni u jagħlaq fit-8 ta' Awissu 2000. Ix-xogħol isir minnufih wara li jintgħażel il-kuntrattur.
Leg 9 PQ #18586 Sitting 360 2000-07-25 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Mużika ġo diskoteki

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-ġustifikazzjoni li biha - din is-sena wara r-regolamenti ġodda - waqt li l-istabiliment tal-Gianpula u oħrajn qed jitħallew iżommu l-mużika sa l-4.00 a.m., jek mhux aktar, il-Grotta f'Għawdex qed jiġi ordnat jagħlaq il-mużika mis-2.00 a.m.? Iż-żewġ stabilimenti huma open air u s-sena li għaddiet tqiesu li jissodisfaw il-kriterji li hemm anqas minn 100 resident fuq dawra ta' 500metru.

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-talba sabiex tkun tista` tindaqq mużika fil-miftuħ bejn is-2.00a.m. u l-4.00a.m. fl-istabbiliment La Grotta ġiet rifjutata peress li kien meqjus li din ma kienetx tissodisfa r-rekwiżiti li l-post ikun jinsab f`distanza ta` aktar minn 500 metru `l bogħod minn post abitat. Minkejja dan, l-applikant jista` jikkontesta din id-deċiżjoni billi jagħmel appell quddiem it-Tribunal ta` tal-Pulizija.
Leg 9 PQ #17087 Sitting 337 2000-07-05 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru tat-Turiżmu

Malta Tourism Authority — Messaġġi Promozzjonali

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 16820 dwar l-ispiża tal-kampanja tal-Malta Tourism Authority fuq stazzjonijiet tat-TV lokali u mistoqsijiet relatati?

Response (REFALO, MICHAEL)

L-Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta ftehmet biex il-kampanja li qed tagħmel fuq l-istazzjonijiet kollha tat-televiżjoni tiġi trasmessa mingħajr ħlas. Ninsab infurmat li l-kumpaniji li ngħataw il-kuntratt sabiex jipproduċu dawn l-'ispots' televiżivi kienu 'ANG Ltd' u 'Picture Box Ltd'. L-istudju biex jiġi mistħarreġ is-siwi tal-kampanja sar minn 'Marketing Advisory Services Ltd'. Infurmat li f'kull każ il-proċess ta' għażla sar wara sejħa għall-offerti.
Leg 9 PQ #17378 Sitting 328 2000-06-27 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li kien hemm pre-okkupazzjoni dwar il-mod kif ħarġu l-permessi PA2356/98 u PA1346/99? Saru xi inkjesti dwar dan u jekk saru minn min saru u x'kien ir-riżultat ta' dawn l-inkjesti? Jista' l-Ministru jpoġġi kopja tar-rapporti ta' investigazzjonijiet konnessi ma' dawn l-applikazzjonijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li PA 1346/99 ġiet approvata mill-Kummissjoni għall-Kontroll ta` l-Iżvilupp fil-29 ta` Ottubru, 1999 fuq ir-rakkomandazzjoni tad-Direttorat. Din l-applikazzjoni qatt ma ġiet investigata mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar. Ma kien hemm ebda talba biex l-Awtorita` tinvestiga din l-applikazzjoni. Ninsab infurmat ukoll li fit-30 ta` Settembru, 1999, il-Bord ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar qabel li jqabbad lis-Sur Amadeo Mifsud bħala espert indipendenti biex jirraporta fuq il-proċess ta` l-applikazzjoni ta` żvilupp PA 2356/98 li kienet approvata mill-Kummissjoni għall-Kontroll ta` l-Iżvilupp. Rapport fuq l-investigazzjoni kien sottomess lill-Bord ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar fil-15 ta` Diċembru, 1999. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport tas-Sur Amadeo Mifsud flimkien mal-kummenti magħmula miċ-Chairman tal-Kummissjoni għall-Kontroll ta` l-Iżvilupp, il-Perit Victor Torpiano.
Leg 9 PQ #17379 Sitting 328 2000-06-27 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Vibration tests

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma d-direttorat ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar awtorizza li jsiru vibration tests b'konnessjoni ma' l-applikazzjoni PA2356/98 is-Sibt fuq talba privata? Minn min saret din it-talba? Kien hemm xi uffiċjali pubbliċi fis-Servizz Ċivili bħala konsulenti privati nvoluti? L-istess direttorat kien konxju tal-pre-okkupazzjoni li kien hemm fi ħdan l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar il-ħruġ ta' l-istess permess meta għamel dawn it-testijiet?

Response (BORG, TONIO)

L-Awtorita` ta` l-Ippjanar toffri servizz ta` vibration monitoring għal żviluppi li jinvolvu tqattiegħ ta` blat u jingħata bi ħlas fuq talba tal-persuni interessati. Dan is-servizz m`għandu x`jaqsam xejn mal-ħruġ ta` permessi, ħlief li ovvjament jingħata biss f`każijiet fejn l-iżvilupp ikun qed isir bil-permessi relattivi. Madankollu, dan huwa biss servizz u ma jinvolvix awtorizazzjonijiet minn xi bord ta` l-Awtorita`. Rigward il-każ li fuqu qed issir din il-mistoqsija, wieħed irid jgħid li t-talba għall-ittestjar kif ukoll l-ittestjar innifsu saru erba` xhur wara li ġiet approvata l-applikazzjoni u l-ittestjar sar b`konnessjoni ma` permess u mhux ma` applikazzjoni. It-talba għall-ittestjar saret il-Ħamis 18 ta` Novembru 1999, mill-perit involut (is-Sur Victor Bigeni) u l-kwotazzjoni tad-Direttorat għal dan is-servizz ġiet ikkonfermata l-Ġimgħa 19 ta` Novembru 1999. L-ittestjar innifsu sar l-għada s-Sibt 20 ta` Novembru peress li l-Perit kellu bżonn jissottometti l-informazzjoni lill-Qorti t`Għawdex it-tnejn ta` wara (jiġifieri t-22 ta` Novembru 1999). L-Awtorita` m`għandhiex informazzjoni dwar jekk kienx hemm xi uffiċjali tas-Servizz Ċivili involuti bħala konsulenti privati. Wieħed irid ukoll jenfasizza li dawn it-testijiet intalbu in konnessjoni ma` każ fil-Qorti t`Għawdex u l-ittestjar innifsu huwa biss rekord ta` vibrazzjonijiet u ma jgħaddi ebda ġudizzju dwar jekk il-livell ta` vibrazzjonijiet humiex aċċettabli jew le.
Leg 9 PQ #17380 Sitting 328 2000-06-27 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Xogħol illegali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jikkawża apatija fi ħdan l-Awtorita' ta' l-Ippjanar f'Għawdex, speċjalment dwar rapporti ta' xogħol illegali fl-istess gżira? Każ simili hu dwar rapporti li saru b'konnessjoni mal-permess PA 4900/95 u PA 2356/98. Meta saru l-ewwel rapporti dwar dan il-każ u meta ttieħdet l-azzjoni min-naħa ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar? Jirriżulta li hemm korrispsondenza nieqsa dwar oġġezzjoni/pre-okkupazzjoni f'dawn il-files?

Response (BORG, TONIO)

Ir-Rapporti dwar allegat żvilupp illegali fil-gżira t`Għawdex jiġu nvestigati mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar u jittieħdu l-passi meħtieġa skond il-liġi. Ninsab infurmat li l-ewwel rapporti rigward il-każi msemmija (PA 4900/95 u PA 2356/98) saru wara li ħareġ il-permess PA 4900/95 u kien beda l-iskavar ta` l-istess sit. Irriżulta iżda, li l-oġezzjoni kienet rigward skavar f`sit ieħor maġenbu, fejn aktar tard saret l-applikazzjoni għal żvilupp f`PA 2356/98. Wara l-investigazzjonijiet li saru ħareġ Avviż t`Infurzar ECF 1021/98. Sar Appell mill-istess Avviż u intant inħareġ permess ta` żvilupp f`PA 2356/98. Għaldaqstant il-mertu ta` l-Avviż ġie sanzjonat mal-ħruġ tal-permess u l-Appell ma baqax jinstema`. L-iżvilupp li sar sa issa fuq is-sit huwa skond il-permessi kif maħruġa u f`dan l-istadju mhix meħtieġa azzjoni ta` Infurzar. Irid jingħad ukoll illi bħalissa hemm 'Third Party Appeal' mill-permess maħruġ f`PA 2356/98 li għadu pendenti. Ninsab infurmat ukoll li kienet ġiet sottomessa korrispondenza mingħand is-Segretarju tal-Prim Ministru is-Sur V. Piccinino fejn l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ġiet mitluba tinvestiga complaint mingħand Carmen Bajjada mix-Xagħra. Il-każ ġie mistħarreġ kif mitlub u risposta mibgħuta lill-Uffiċċju ta-Chairman minfejn oriġinaw l-istruzzjonijiet għall-investigazzjoni. Hija prattika normali li tali korrispondenza interna ma tiġix inkluża fil-file għaliex hija kkunsidrata bħala kunfidenzjali. Fir-rapport lid-Development Control Commission dwar l-applikazzjoni saret referenza għall-Avviż t`Infurzar imsemmi hawn fuq u ssemmew ukoll l-oġġezzjonijiet tas-Sinjura Bajjada.
Leg 9 PQ #17087 Sitting 318 2000-06-19 Oral · Interim From: ALFRED SANT To: Ministeru tat-Turiżmu

Malta Tourism Authority — Messaġġi Promozzjonali

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 16820 dwar l-ispiża tal-kampanja tal-Malta Tourism Authority fuq stazzjonijiet tat-TV lokali u mistoqsijiet relatati?

Response (REFALO, MICHAEL)

M'għandix x'inżid mat-tweġiba li tajt fis-Seduta Nru. 315 iżda immedjatament kif tasalli l-informazzjoni li jrid l-Onor. Interpellant inwieġeb u nagħti d-dettalji mitluba.
Leg 9 PQ #16818 Sitting 315 2000-06-15 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru tat-Turiżmu

Malta Tourism Authority — Impjiegi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjiegi ġodda mill-Malta Tourism Authority mill-1 ta' Settembru 1999, sal-lum? Min huma l-impjegati ġodda? X'kariga qegħdin jokkupaw? X'inhuma s-salarji, benefiċċji u allowances li qegħdin igawdu u fejn kien l-aħħar impjieg ta' dawn l-impjegati ġodda?

Response (REFALO, MICHAEL)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Kap ta' l-Oppożizzjoni tidher mill-iskeda li kopja tagħha qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #16819 Sitting 315 2000-06-15 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru tat-Turiżmu

Malta Tourism Authority — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti li qegħdin jitħallsu mill-Malta Tourism Authority? F'liema istituzzjoni, dipartiment jew awtorita' dawn il-konsulenti qegħdin jagħtu s-servizz tagħhom? X'inhuma s-salarji, benefiċċji u allowances li qegħdin igawdu, x'safar sar minn dawn il-konsulenti mill-1 ta' Settembru, 1999 sal-lum u x'kienet l-ispiża ta' dan is-safar, globalment meta tinkludi biljetti ta' l-ajru, spejjeż ta' akkomodazzjoni, trasport, allowances, insurance u spejjeż oħra?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda bidla minn meta ngħata t-tagħrif mitlub bi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 11253. Ma kien hemm l-ebda ħtieġa li l-konsulenti jsiefru in konnessjoni max-xogħol tagħhom b'risq l-Awtorita'.
Leg 9 PQ #16820 Sitting 315 2000-06-15 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru tat-Turiżmu

Malta Tourism Authority — Messaġġi promozzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-ispiża tal-kampanja li qiegħda tagħmel il-Malta Tourism Authority fuq l-istazzjonijiet tat-televiżjoni lokali? Liema hi l-kumpannija li ngħatat il-kuntratt sabiex tipproduċi dawn il-messaġġi promozzjonali? Xi studji kkommissjonat l-MTA mill-1 ta' Settembru, 1999 sal-lum? Min huma l-persuni jew kumpanniji li rċevew ħlasijiet jew se jirċievu ħlasijiet għal dawn l-istudji? Xi proċedura ġiet segwita qabel dawn l-istudji ġew ikkummissjonati?

Response (REFALO, MICHAEL)

Peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #15658 Sitting 285 2000-05-02 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru ta' l-Intern

Police — Residence Permits

Question

Why are bank statements now being requested of non-Maltese residents applying for six month extensions of their residence permits? Why are such bank statements, which need to include details of ongoing bank transactions, not given back to applicants once they have been presented to the Immigration Office at the Police General Headquarters? What precautions are being taken to ensure that these measures, which intrude into the privacy of applicants, do not lead to the abuse of people's rights?

Response (BORG, TONIO)

I have been informed that in certain cases when foreigners apply for an extension of their visa to stay in Malta, the Immigration Authorities request proof relating to the financial means of these persons. This procedure requirement has been in place for a considerable number of years. This is done to ensure that, as far as possible, such persons neither become a financial burden on the state nor work illegaly in Malta. The proof which is usually required consists of either a written declaration by the person concerned, or a written declaration by a commercial bank or a bank statement. The original documents are sent back to the applicant on his request and a copy is retained for record purposes. In all cases, the Immigration Authorities merely require proof that, during the period of extension of stay in Malta, the applicant possesses sufficient financial means of his own. I am also informed that the documents provided or their copies are kept in the relative file and the circulation of such file is restricted. 02.05.2000 Sedut a 285 ċ.ĠAĦŻĊBDNbmnu]c]cU]c]c23456789BCDNOP[\]_`a bcnu u u u u u u u u u u u u u u u u u u u u u u u u u u u u u u u u !K@Normala"A@ġ"Default Paragraph Fontnn!nn9AcipMHAA:\pq15658.doc@HP LaserJet IIILPT1:HPPCL5MSHP LaserJet IIIHP LaserJet III@g,,@MSUDOHP LaserJet IIIdHP LaserJet III@g,,@MSUDOHP LaserJet IIId33?Times New RomanSymbol&Arial &Harrier"qhzEFEFEFċŻ$A'ABBOZZ DWAR MISTOQSIJA PARLAMENTARI NRUMHAMHARoot Entryd F@[z-l1WordDocument A26O .ACompObjT jSummaryInformation( DocumentSummaryInformation8R oot Entryd F@[z-C1WordDocument A26O .ACompObjT jSummaryInformation(@G@1@-@1ċĊ.+,0HP\dlt|MHA,(ABBO ZZ DWAR MISTOQSIJA PARLAMENTARI NRUFMicrosoft Word DocumentMSWordDocWord.Document.69qOh+'0(P\h t(ABB OZZ DWAR MISTOQSIJA PARLAMENTARI NRUCMHA474156NormalMHA3Microsoft Word for Windows 95GĠhcenojjjjjjjħħħħħħ)?/* hXA9jjj.jjl1~jjjj ABBOZZ DWAR MISTOQSIJA PARLAMENTARI NRU. 15658 Risposta I have been informed that in certain cases when foreigners apply for an extension of their visa to stay in Malta, the Immigration Authorities request proof relating to the financial means of these persons. This procedure requirement has been in place for a considerable number of years. This is done to ensure that, as far as possible, such persons neither become a financial burden on the state nor work illegaly in Malta. The proof which is usually required consists of either a written declaration by the person concerned, or a written declaration by a commercial bank or a bank statement. The original documents are sent back to the applicant on his request and a copy is retained for record purposes. In all cases, the Immigration Authorities merely require proof that, during the period of extension of stay in Malta, the applicant possesses sufficient financial means of his own. I am also informed that the documents provided or their copies are kept in the relative file and the circulation of such file is restricted.
Leg 9 PQ #15529 Sitting 282 2000-04-11 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Ambjent

Taqsima tax-Xogħlijiet — Jobs approvati

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 15388, fejn tlabtek tagħti lista tal-jobs kollha approvati bħala non council task f'April, 1999 mit-taqsima tax-xogħlijiet, uffiċċju ċentrali tad-distretti, tista' tgħid għaliex fil-lista ma dehritx il-job approvat f'April, 1999 li bih xogħlijiet ta' patching f'Ħal Qormi, ix-xogħol provdut mid-dipartiment ma kellux ikun iċċarġjat lill-kunsill lokali, imma biss il-provvista ta' ġebel? Kemm ġie jiswa dan il-job? Min talbu? Tista' tikkonferma li ma hemmx jobs oħra ta' l-istess tip, riferibbli għal April, 1999 li saru imma li ma jidhrux fil-lista li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

B'referenza għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari numru 15388 l-uniku xogħol ta' patching li sar f'April kien imsemmi. Ma ġie rreġistrat l-ebda xogħol ieħor ta' patching f'April. Il-'ġebel' li qiegħed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant ma kien ġebel xejn imma 'coated stone' li di żvista ġiet moqrija 'stone' (ġebel). Għaldaqstant l-aħħar parti tal-mistoqsija ma tistax tiġi mwieġba.
Leg 9 PQ #15558 Sitting 282 2000-04-11 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Ambjent

Taqsima tax-Xogħlijiet — Jobs approvati

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-jobs approvati f'Novembru 1999 mit-taqsima tax-xogħlijiet, uffiċċju ċentrali tad-distretti, ta' xogħol bħala Non Council Task? Fejn saru? Fiex kienu jikkonsistu? Kemm ġew jiswew? Liema huma dawn il-jobs kienu jaqgħu strettament taħt il-kompetenza tal-kunsilli lokali rispettivi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija ta' l-Onorevoli Interpellant jiġifieri liema minn dawn il-jobs jaqgħu strettament taħt il-kompetenza tal-Kunsilli Lokali rispettivi, nixtieq ninfurmah li l-jobs kollha barra Job No. 23411 jiġifieri tal-Patching li kien sar fil-maltempata tas-27, 28 ta' Novembru 1999 biss ma jaqax taħt il-kompetenza tal-Kunsilli Lokali.
Leg 9 PQ #15523 Sitting 281 2000-04-11 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Ambjent

St Andrews — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji u raġunijiet ġie approvat f'Novembru, 1999 mit-taqsima tax-xogħlijiet, uffiċċju ċentrali tad-distretti, ix-xogħol bħala Non Council Task tal-Job: Cleaning works opposite Jessie Bar, St Andrews? Kemm ġie jiswa dan ix-xogħol? Min kien li talab li jsir dan ix-xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ix-xogħol li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant, li hu xogħol ta' "Cleaning works opposite Jessie Bar, St. Andrews" ġie jiswa Lm12.24ċ. Dwar min talab li jsir dan ix-xogħol, it-talba saret mill-Ministeru għall-Ambjent, Taqsima tax-Xogħlijiet.
Leg 9 PQ #15524 Sitting 281 2000-04-11 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Ambjent

San Ġwann — Sanctuary Street - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji u raġunijiet ġie approvat f'Novembru, 1999 mit-taqsima tax-xogħlijiet, uffiċċju ċentrali tad-distretti, ix-xogħol bħala Non Council Task tal-Job: Construction of a roundabout at Sanctuary Street, Mensija, San Ġwann? Kemm ġie jiswa dan ix-xogħol? Min kien li talab li jsir dan ix-xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ix-xogħol li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant li hu xogħol ta' "Construction of Roundabout at Sanctuary Street, Mensija, San Ġwann" ġie jiswa Lm3105.27ċ. Dwar min talab li jsir dan ix-xogħol, it-talba saret mill-Ministeru għall-Ambjent, Taqsima tax-Xogħlijiet.