Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kompetizzjoni mhix ġusta

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li hemm kazijiet ta’ allegata kompetizzjoni mhux ġusta li ilhom sentejn li gew sottomessi quddiem id-diviżjoni tal-konsumatur u l-kompetizzjoni u li iżda deċizjoni dwarhom għadha ma tteħditx?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'sduta oħra.

Bejgħ ta' Proprjeta' tal-Gvern

Question

No question text.

Response (BORG, TONIO)

B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 20643 qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant mill-1 ta’ Jannar 1996 sal-31 t’Awissu 2006. Mhux possibli għal raġunijiet ta’ riżorsi li jingħataw pjanti u kejl tal-proprjetajiet mibjugħa mill-Uffiċċju Konġunt bejn l-1996 u l-2004. Jekk l-Onorevoli Interpellant għandu bżonn tagħrif fuq xi bejgħ partikolari, nitolbu jagħmel id-domanda speċifikament f’dan ir-rigward.

Bejgħ ta' Proprjeta' tal-Gvern

Question

No question text.

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi r-riċerka li kien hemm bżonn biex jinġabar it-tagħrif li ntalab mill-Onor. Interpellant fil-Mistoqsija Parlamentari Nru. 20643 dwar bejgħ ta' proprjeta' tal-gvern fl-aħħar għaxar snin waslet fl-istadju finali. Huwa ppjanat li din titlesta għall-aħħar ta' dan ix-xahar.

Bejgħ ta' proprjeta'

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista tal-plots kollha, kemm dawk proprjeta' tal-gvern kif ukoll dawk amministrati mill-joint office, li l-gvern biegħ taħt il-policy tiegħu ta' bejgħ ta' art lis-settur privat u f'kull każ jagħti: a) id-data tat-trasferiment tal- plot lis-settur privat; b) indikazzjoni jekk il-proprjeta' kenitx tal-gvern jew amministrata taħt il-joint office; c) l-isem tax-xerrej; d) id-daqs f'metri kwadri u s-site plan tal-plot; u e) il-prezz tal-bejgħ?

Response (BORG, TONIO)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Rapport dwar ir-ristrutturar tal-MEPA

Question

Jista' jekk jogħġbu l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja sħiħa tar-rapport imħejji mis-Sur Leslie Robinson dwar ir-ristrutturar tal-MEPA, liema rapport ġie diskuss dan l-aħħar f'laqgħa mal-periti u nies oħra involuti fl-ipproċessar tax-xogħol tal-MEPA?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kopja tar-rapport imsemmi kienet tqiegħdet fuq il-mejda tal-kamra bi Tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari Nru 14799.

Labour supply

Question

Jista' il-Ministru, jekk jogħġbu, iwieġeb għall-mistoqsija parlamentari preċedenti li għamilt dwar l-istatistika fuq labour supply, gainfully employed, unemployed u part-time employed fis-sens li tiġi kjarifikata kif jinfilzaw irwieħhom f'din id-data l-istatistika dwar il-part-time?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat illi l-figuri tan-nies jaħdmu part-time ma jiffurmawx parti mill-labour supply, hekk kif indikat tajjeb fit-tabella ta' l-Economic Survey li ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn il-figuri qegħdin murija f'kategorija separata għalihom. Fir-rigward tan-nies li jaħdmu part-time, informat ukoll li dawn qegħdin diġa jaħdmu u għaldaqstant ma jistgħux ikunu konsidrati parti min-nies qiegħda (unemployed).

Labour supply

Question

Jista' il-Prim Ministru, jekk jogħġbu, iwieġeb għall-mistoqsija parlamentari li għamilt lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, bħala ministru responsabbli mill-ETC, dwar l-istatistika fuq labour supply, unemployed u part-time employed, fis-sens li tiġi kjarifikata kif jinfilzaw irwieħhom f'din id-data l-istatistika dwar il-part-time? Qed nagħmel ukoll din il-mistoqsija lilek għax id-data imsemmija ġiet imdaħħla bħala parti integrali ta' l-Economic Survey għas-sena 2005 ippubblikat ma' l-aħħar budget?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni maħruġa mill-ETC kif tiġi ppubblikata mill-NSO, tinkludi tabelli separati għall-persuni li qed jaħdmu full-time u persuni li qed jaħdmu part-time. Għall-fini ta’ kull news release li tinkludi data maħruġa mill-ETC, labour supply tfisser persuni li jaħdmu full-time magħdudin ma’ persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol taħt Part 1 u Part 2. Għaldaqshekk persuni li jaħdmu part-time mhumiex inklużi mal-labour supply fejn tidħol data li għandha x’taqsam ma’ l-ETC.

Korporazzjoni Enemalta — Kwestjoni taċ-ċilindiri tal-gass

Question

Jista' jekk jogħġbu l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari 12916, biex ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra r-rapport tas-sotto kumitat tad-dixxiplina tal-korporazzjoni Enemalta dwar il-każ tat-tliet inġiniera tal-korporazzjoni involuti fil-kwestjoni taċ-ċilindri tal-gass li ntqal li kienu difettużi?

Response (GATT, AUSTIN)

Waqt li nifhem li l-Onor. Interpellant għamel id-domanda biex jaqdi dmiru ta' membru parlamentari, jiena nfurmat li m'hijiex il-prassi li kopja ta' rapporti dwar każijiet ta' dixxiplina jkunu ppublikati.

Enemalta — Kumitat tad-dixxiplina

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra r-rapport tas-sotto kumitat tad-dixxiplina u l-korporazzjoni Enemalta dwar il-każ ta' l-akkużi kontra t-tliet inġinera tal-korporazzjoni ta' l-Enemalta li kienu involuti fil-każ riċenti taċ-ċilindri tal-gass li ntqal li kienu difettużi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tinghata f'xi seduta ohra.

Qrati — Każi ta' abort

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti lista - numru - sena b'sena għal dawn l-aħħar għaxar snin tal-każi li tressqu quddiem il-qorti dwar każi ta' abort jew allegat abort? Kemm mill-każi ġew liberati? Kemm minnhom ġew misjuba ħatja u x'klienu l-pieni mogħtija?

Response (BORG, TONIO)

Mill-1993 kien hemm ħames persuni li kienu indagati minn Maġistrat Inkwirenti b'konnessjoni mar-reat ta' abort, u tlieta minnhom tressqu l-Qorti. F'każ minnhom li ġie deċiż fit-23 ta' Ġunju 1993, il-persuna akkużata ingħatat sentenza ta' sentejn ħabs sospiża għal erba' snin. F'każ ieħor, li ġie deċiż fil-5 ta' Novembru, 1998, żewġ persuni instabu ħatja u ingħataw sentenza ta' 18-il xahar priġunerija, sospiżi għal sena. Għar-rigward iż-żewġ persuni l-oħra li kienu investigati fl-1998 dwar assistenza fit-twettiq tar-reat ta' abort, il-proċediment ma bediex peress li mietu qabel ma ġew akkużati. Għar-rigward persuni li ġew akkużati pero' ġew liberati, l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

EU — Ħlasijiet

Question

Jista' il-Prim Ministru, jekk jogħġbu, jagħti tweġiba għal mistoqsija parlamentari 9575 dwar ħlasijiet mogħtija u li ġew irċevuti mill-Unjoni Ewropea? Jista' jagħti din l-informazzjoni qabel ma l-Parlament jagħlaq għall-vaganzi tal-Milied?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 9575.

EU — Ħlasijiet

Question

No question text.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tad-dħul u l-ħruġ attwali li sar mill- u lejn l-Unjoni Ewropea bejn l-1 ta’ Jannar u s-6 ta’ Diċembru 2004. Tajjeb inżid ngħid li għad ma bdejniex indaħħlu fondi strutturali, fondi ta’ koeżjoni, fondi ta’ transazzjoni u fondi agrikoli għaliex ma kienx hemm żmien materjali biex ikun ġenerat infiq bejn dak inhar li sar qbil fuq il-proġetti/inizjattivi/programmi mal-Kummissjoni Ewropea u l-bidu għat-twettiq tal-proġetti. Barra dan, inżid ngħid ukoll li ttieħed benefiċċju dirett minn għadd kbir ta’ studenti Maltin taħt diversi programmi edukattivi, fosthom Leonardo/Socrates/Youth/Culture 2000 u s-6th Framework Programme. Wara l-1 ta’ Jannar ma ħallasniex aktar il-ħlas ta’ parteċipazzjoni għal dawn il-programmi.

UE — Delegazzjonijiet tal-Gvern

Question

Jista' il-Prim Ministru, jekk jogħġbu, jelenka s-sistema li biha qed isiru l-ħlasijiet tat-travel ta' delegazzjonijiet tal-gvern fuq xogħol ta' l-Unjoni Ewropea? Liema hu dak it-travel li jitħallas minn fondi ta' l-Unjoni Ewropea? Liema hu dak it-travel li jitħallas minn fondi tal-Gvern Malti? Fuq liema kriterji jsiru dawn l-arranġamenti? Fil-ħlasijiet kif ikunu inklużi s-subsistence expenses?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-arranġamenti għas-safar ta’ delegazzjonijiet tal-Gvern fuq xogħol relatat ma’ l-Unjoni Ewropea huma regolati bl-istess mod bħal kull safar ieħor minn uffiċjali pubbliċi fuq xogħol tal-Gvern. Il-proċeduri huma dawk li joħorġu mill-Public Service Management Code u Ċirkularijiet varji ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u tal-Finanzi maħruġa minn żmien għall-żmien. Hekk filwaqt li l-ispejjeż ta’ l-ajru jitħallsu direttament mid-Dipartiment konċernat, il-membri tad-delegazzjoni jingħataw l-ammont dovut lilhom skont ir-rati ta’ subsistence stabbiliti qabel ma jitilqu. Meta jiġu lura jagħmlu stima ta’ l-ispejjeż li jkunu għamlu biex jagħtu kont ta’ kif nefqu l-flus u jingħalaq l-avvanz li jkun sarilhom. Ħafna mill-parteċipazzjoni ta’ delegazzjoni fuq xogħol ta’ l-Unjoni Ewropea jinvolvi laqgħat tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni. F’ħafna mill-każi l-ispejjeż ta’ l-ajru jiġu mrodda lura mill-Kummissjoni. Minn naħa l-oħra, għal dawk li huma spejjeż ta’ subsistence, dawn jiġu mrodda lura biss f’numru ta’ każi li jinvolvu ċerti laqgħat tal-Kummissjoni. Ir-rimborż isir fuq bażi ta’ per diem allowance marbut mat-tul tal-konferenza. Nifhem li l-Ministeri kollha għandhom lista dettaljata tal-laqgħat kollha tal-Kunsill u tal-Kummissjoni li għalihom mistennija jipparteċipaw delegazzjonijiet tal-gvern. F’din il-lista hemm indikat liema huma l-laqgħat li għandhom element ta’ rimborż marbut magħhom u x’inhu eżatt il-grad ta’ rimborż. Ninsab infurmat li r-rimborż ma jsirx direttament lill-membri tad-delegazzjoni iżda jsir biss wara li dawn ikunu rritornaw lura Malta u wara li tintbagħat Brussels id-dokumentazzjoni meħteġa mill-EU Paying Authority fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi. Il-flejjes kollha li jidħlu bħala rimborż jiġu kreditati fil-Kont Pubbliku.

EU — Ħlasijiet

Question

Jista' il-Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra rendikont tal-ħlasijiet li daħlu mill-Unjoni Ewropea. u tal-ħlasijiet li għamel il-Gvern Malti lill-Unjoni Ewropea matul din is-sena sad-data ta' din il-mistoqsija, imqassmin item by item skond il-proġetti/voti konċernati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra. (Tweġiba mogħtija: 10/12/2004PM) (Seduta Numru: 207)

EU — Convergence Programme

Question

Jista' il-Prim Ministru, jekk jogħġbu, ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li kellu jintbagħat fil-bidu ta' Novembru 2004 lill-Kummissjoni Ewropea b'tifsira tal-miżuri dettaljati li se jieħu l-gvern ħalli jimplimenta l-programm ta' konverġenza (Convergence programme 2004-2007) ta' Mejju 2004?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Peress li l-Budget tal-Gvern ser jiġi ppreżentat lil din il-Kamra fl-24 ta’ Novembru 2004, il-Kummissjoni Ewropea ġiet infurmata li l-miżuri li se jieħu l-Gvern ser ikunu nkorporati fid-diskors tal-Budget. (Tweġiba mogħtija: 22/11/2004PM) (Seduta Numru: 191)