Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #35766 Sitting 800 2002-10-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Każi l-qorti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każi li ttellgħu mill-Maltacom il-qorti wara li l-ħlas dovut fuq kontijiet ma sarx, din is-sena u sena b'sena, għal dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li mill-informazzjoni miżmuma fl-Uffiċċju Legali tal-Maltacom dwar in-numru ta' kawżi li l-Korporazzjoni Telemalta u sussegwentement il-Korporazzjoni Maltacom fetħet fil-Qorti bejn l-1992 u t-30 ta' Settembru 2002 kontra persuni li ma ħallsux il-kontijiet kien ta' 2,549. Dawn kienu mqassmin kif ġej: SENA NUMRU TA' KAŻI 1992 6 1993 11 1994 15 1995 16 1996 143 1997 591 1998 736 1999 521 2000 316 2001 152 2002 42
Leg 9 PQ #35768 Sitting 800 2002-10-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM

Question

Billi lill-ombudsman irriżultalu li hemm diversi membri ta' l-armata li saret inġustizzja magħhom, jaqbel il-Prim Ministru li dan huwa ineffiċjenza min-naħa tal-kap ta' l-armata? Jekk iva, dan se jaffetwa l-efficiency bonus li jingħata kull sena?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ma naqbilx mad-dikjarazzjoni li qed jaghmel l-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #35770 Sitting 800 2002-10-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti fuq każi relatati ma' droga din is-sena? X'kien ir-reat u ta' liema nazzjonalita kienu l-akkużati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa` xhur ta` din is-sena tressqu 326 persuna quddiem il-Qorti fuq akkużi ta` pussess u/jew traffikar ta` droga. In-nazzjonalita` ta` dawk akkużati kienu Maltija, Amerikana, Awstraljana, Ingliża, Kubana, Franċiża, Ġermaniża, Olandiża, Irlandiża, Taljana, Libjana, Ukrajna, Iraqqina, Kenjana u Marokkina.

Qorti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallsu flus l-esperti mqabbda mill-qorti s-sena l-oħra u din is-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Esperti mqabbda mill-Qorti s-sena l-oħra u din is-sena tħallsu hekk: 2001 - LM273,076.62 2002 - LM253,138.22 (sa 2 ta` Ottubru 2002)
Leg 9 PQ #35772 Sitting 800 2002-10-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Vetturi tal-Pulizija — Inċidenti tat-traffiku

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' vetturi tal-pulizija li kienu involuti f'inċidenti tat-traffiku din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi kien hemm 53 vettura tal-Pulizija involuta f`inċidenti tat-traffiku matul din is-sena.
Leg 9 PQ #35773 Sitting 800 2002-10-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Road Blocks

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm saru road-blocks mill-armata din is-sena u x'kien ir-riżultat?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant
Leg 9 PQ #35744 Sitting 799 2002-10-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Każi ta' Stupru

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' stupru din is-sena? Kemm kellhom eta' dawk stuprati u ta' liema nazzjonalita' kienu? Kemm ġew solvuti minn dawn il-każi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena, sat-30 ta` Settembru 2002, kien hemm 10 każijiet ta` allegazzjonijiet ta` stupru rappurtati lill-Pulizija. Disa` persuni tressqu l-Qorti fuq dawn l-akkużi. L-etajiet kienu jvarjaw minn 12-34 sena. Tliet każijiet għadhom qed jiġu investigati. Kien hemm żewġ każijiet oħra (barra l-10 każijiet), fejn il-kwerela ġiet irtirata.

Dipartiment tal-Liċenzji — Ex-mechanics tal-posta

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'se jsir mill-bini tal-ex-mechanics tal-posta ħdejn id-dogs home u li kienet tintuża mid-dipartiment tal-liċenzji?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-bini msemmi mill-Onor. Interpellant għadu jintuża mid-Direttorat tal-Liċenzji u Testijiet.
Leg 9 PQ #35763 Sitting 799 2002-10-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Droga

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inqabdet droga din is-sena u x'tip kienet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-ammont u t-tip ta` droga li nqabdet mill-Pulizija matul l-ewwel disa` xhur ta` din is-sena huwa kif ġej: Cocaine 4kg413grms Heroin 624.18grms Cannabis plants 12 plants Cannabis grass 844.95grms Cannabis resin 8kg620.5grms Cannabis seeds 43 seeds Ecstacy 975.5 tablets DHC 85 tablets Methadone 230ml Hallcion 59 tablets Anabol 13,000 tablets Ocymetholone 30 tablets Stanozolol 1,255 tablets
Leg 9 PQ #35764 Sitting 799 2002-10-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

PSC — Każi ta' Dixxiplina

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni, fuq każi ta' dixxiplina quddiem il-PSC? Għaliex ittellgħu u x'kien l-eżitu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed nassumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi ghall-kazijiet tad-dixxiplina li gew riferuti lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku matul din is-sena. Kif diga` wegibt drabi ohra, il-kazijiet tad-dixxiplina gew delegati lill-Kapijiet tad-Dipartimenti u ghalhekk dawn il-kazijiet m’ghadhomx jghaddu mill-Ufficcju tieghi. Dwar id-Dipartimenti li jaghqu taht l-Ufficcju tieghi ninsab infurmat li mill-bidu tas-sena s’issa kien hemm kaz wiehed li gie riferut lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Dan il-kaz ghadu pendenti quddiem il-Qorti. Fir-rigward tal-Ministri l-ohra, nistieden lill-Onorevoli Interpellant biex jaghmel il-mistoqsija tieghu lill-Ministri rispettivi. Dwar il-kazijiet tad-dixxiplina li nbdew taht ir-Regolamenti ta’ l-1977 ninsab infurmat li mill-ewwel tas-sena s’issa kien hemm dsatax-il kaz li gew riferuti lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku u qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda li turi t-taghrif l-iehor mitlub.
Leg 9 PQ #35765 Sitting 799 2002-10-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti fuq storbju eċċessiv u x'weħħlu f'kull każ din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa` xhur ta` din is-sena kien hemm 1,502 persuna li ġew akkużati quddiem il-Qorti bi ksur tal-paċi pubblika. Minn dawk li kellhom il-każ tagħhom deċiż, u li ġew misjuba ħatja, dawn weħlu pieni stabbiliti skond il-liġi.
Leg 9 PQ #35734 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kaxxa Awtomatika ta' minerali — Qliegħ

Question

Jista' il-Ministru jgħid fejn qed imur il-qliegħ minn bejgħ ta' minerali minn kaxxa awtomatika li qed tieħu d-dawl mid-dipartiment ta' l-edukazzjoni ħdejn id-dipartiment ta' l-eżamijiet? Kemm kien il-ħlas fuq il-kontijiet tad-dawl tagħha?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kummissjoni mill-bejgħ ta' minerali minn kaxxa awtomatika ħdejn id-Dipartiment ta' l-Eżamijiet tmur għas-social fund ta' dan id-Dipartiment. Il-ħlas tad-dawl tagħha hu kopert mill-ħlas li jsir minn dak tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni. Għaldaqstant il-konsum ta' elettriċita` mhux magħruf billi ma jeżistix meter tad-dawl għall-kaxxa.
Leg 9 PQ #35736 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Qorti — Moħqrija fuq l-annimali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' trattament ħażin fuq l-annimali din is-sena? X'kien l-allegat reat u kemm ittellgħu persuni l-qorti din is-sena? X'weħlu f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa` xhur ta` din is-sena il-Pulizija kellha 23 rapport dwar trattament ħażin fuq annimali, li kienu jinkludu ġlied, qtil u moħqrija. Dwar dawn inbdew proċeduri quddiem il-Qorti kontra 28 persuna li minnhom 4 ġew liberati, 1 ingħata multa, 1 weħel amenda u 2 twissija u ċanfira, filwaqt illi l-każi ta` l-20 oħra għadhom Sub-Judice.
Leg 9 PQ #35737 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Għeluq ta' Ħwienet/Stabilimenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm għalqu ħwienet jew stabilimenti oħra din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #35739 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Tkeċċija ta' persuni

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm tkeċċew persuni miċ-ċivil din is-sena? Għaliex tkeċċew, u minn liema dipartiment kienu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li mill-bidu tas-sena s’issa kien hemm ufficjal pubbliku wiehed li tkecca mis-Servizz Pubbliku. Dan l-ufficjal pubbliku kien jahdem mal-Korporazzjoni ghas-Servizz ta’ l-Ilma u tkecca wara li nstab hati mill-Qorti li accetta flus biex ma jaghmilx xoghlu sew.
Leg 9 PQ #35740 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Brussels — Ambaxxata Maltija

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm se jiswa lit-taxpayer Malti r-renovazzjoni li qed issir fl-ambaxxata Maltija ġewwa Brussels?

Response (BORG, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol ta' renovazzjoni li hu meħtieġ li jsir jirrigwarda l-bini li kien iservi ta' Ambaxxata fil-passat u mhux l-Ambaxxata preżenti. Tajjeb ngħid li dan il-bini li trid issir innovazzjoni tiegħu hu propjeta tal-Gvern. Bħalissa qed jiġi ppreparat tender document biex issir r-renovazzjoni meħtieġa fil-bini, u għalhekk huwa prematur li tingħata stima preċiża għax-xogħol li jeħtieġ isir.
Leg 9 PQ #35742 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Persuni sospiżi

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni impjegati maċ-ċivil li llum jinsabu sospiżi? Minn liema dipartimenti huma u għaliex ġew sospiżi?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li bhalissa hemm 29-il ufficjal pubbliku li jinsabu interdetti mill-ezercizzju tas-setghat u tal-funzjonijiet tal-kariga taghhom. L-informazzjoni l-ohra mitluba mill-Onorevoli Interpellant tinsab fit-tabella li qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #35720 Sitting 796 2002-10-09 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-saħħa — Ħlas ta' xiri ta' mediċini

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu jagħti flus id-dipartiment tas-saħħa fuq ħlas għal xiri ta' mediċini u li għadhom pendenti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.