Billi dan l-aħħar numru ta' suldati weġgħu fuq xogħol meta mezz ta' trasport ta' l-armata kien involut f'inċident tat-traffiku, jista' il-Prim Ministru jgħid jekk dawn humiex inxurjati u jekk iva, kif inhuma inxurjati?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Bhal haddiema ohra mal-Gvern, il-membri tal-Forzi Armati mhumiex assigurati taht xi polza ta’ assigurazzjoni.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex inżammu jew ġew għalissa iffriżati l-applikazzjonijiet għall-liċenzja ta' l-insib meta id-diskussjonijiet mal-UE fuq dan għadhom mhux finalizzati? Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti?
Response (BORG, TONIO)
Id-diskussjonijiet ma` l-UE huma finalizzati.
Ninsab infurmat illi fil-preżent il-Pulizija għandha 253 applikazzjoni għall-insib.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm-il darba ġew interċettati opri tal-baħar li fuqhom kien hemm klandestini (immigranti) waqt patrols regolari tal-forzi armati din is-sena? Kemm saru interċetazzjonijiet wara rapporti minn persuni ċivili jew mill-pulizija?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Mill-bidu tas-sena sal-25 ta’ Ottubru kien kemm tlettax-il kaz fejn gew intercettati opri tal-bahar li fuqhom kien hemm immigranti klandestini. Kien hemm zewg intercettazzjonijiet li sehhew minn ajruplan tal-Forzi Armati ta’ Malta li kien fuq patrol ta’ rutina u minn “helicopter” tal-Missjoni Militari Taljana li kien fuq tahrig. L-intercettazzjonijiet l-ohra kollha sehhew wara rapporti minn persuni anonimi, sajjieda u persuni ohra li identifikaw ruhhom jew mat-Turretta tal-Palazz jew “Malta Radio” jew mal-Pulizija.
Jista' il-Ministru jgħid kemm illum hawn persuni il-fuq minn 61 sena li qed jaħdmu? Kemm minn dawn huma nisa u kemm irġiel? Kemm minn dawn huma impjegati u kemm self-employed?
Response (GONZI, LAWRENCE)
F'Mejju 2002 in-numru ta' ħaddiema jaħdmu full-time il-fuq minn 61 sena kien ta' 1,000 li minnhom 231 kienu nisa u 769 kienu rġiel.
Mill-231 mara 130 kienu
self-employed
filwaqt li 101 kienu mpjegati u
mis-769 raġel 358 kienu
self-employed
filwaqt li 411 kienu mpjegati.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienu rrapportati każi ta' near misses ġo l-ispazju ta' l-ajru ikkontrollat minn Malta din is-sena? Ta' liema nazzjonalita', u x'tip kienu l-ajruplani involuti?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li meta jkun hemm near miss, il-pilota jirraporta lid-Dipartiment ta' l-Avvjazzjoni Ċivili. Min-naħa tagħhom, id-diriġenti tad-Dipartiment jinfurmaw lill-management tal-Malta Air Traffic Services. Ġieli jkun hemm każi fejn il-pilota informa direttament lill-kontrollur li kien ser jirraporta near miss lid-Dipartiment.
Jiena nfurmat li l-Malta Air Traffic Services ma rċeviet ebda nformazzjoni dwar xi near miss matul din is-sena.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus reimpatriati minn Maltin is-sena l-oħra u din is-sena?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'hemmx mezz li tkun taf eżatt kemm daħħlu flus minn barra r-residenti Maltin. Il-figuri tal-kont kapitali u finanzjarji tal-bilanċ tal-pagamenti ppubblikati mill-NSO juru l-ammont ta' flus li ġew minn barra taħt il-kategoriji ta' 'portfolio investment' u 'other investments', u dawn jinkludu mhux biss flus ta' residenti Maltin iżda wkoll flus li jkunu ġabu kumpanniji privati w istituzzjonijiet finanzjarji li joperaw minn Malta.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew boarded out din is-sena, persuni li kienu qed jaħdmu u kemm dawk li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta' persuni li ġew mogħtija pensjoni għall-Invalidita' mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali matul il-perjodu 1 ta' Jannar sa l-aħħar ta' Settembru ta' din is-sena kien ta' 688.
Inżid ngħid li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali ma jżommx statistika mitluba fit-tieni parti tal-Mistoqsija.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm bniet li qed jattendu l-ischool girls mothers' unit illum u għaliex? Kemm kien in-numru totali din is-sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li sal-bidu ta' Ottubru, kien hemm jattendu 50 tfajla li huma tqal, 26 minnhom qegħdin jattendu għall-programm, u 24 oħra qed jattendu għall-counselling għaliex qed jaħdmu jew jattendu korsijiet oħra. Madwar 30 oħra qed jattendu l-"Mother and Baby Support Group". Numru ieħor (madwar 90) qed jattendu għall-counselling (ex-programme participants). Dawn jiġu (1) għall-programm ta' tagħlim apposta għalihom, (2) On-going counselling għalihom. (Barra minn hekk jiġu wkoll il-partners u l-familjari tagħhom għall-counselling skond il-bżonn, (3) Jattendu l-"Mother & Baby Support Group".
Din is-sena kien hemm 101 każi ta' pregnancy ġodda, 30 għall-"Mother & Baby Support Group", u xi 90 oħra għall-Counselling.
Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'overtime u allowances oħra din is-sena? Kemm kien in-numru ta' persuni li tħallsu u kemm tħallsu individwalment?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena persuni fil-Ministeru ta' l-Agrikultura u s-Sajd u d-Dipartimenti li jaqgħu taħtu tħallsu Lm 97,481 f'sahra u Lm 211,411 f'allowances. Is-sahra tħallset lil 275 persuna u l-allowances lil 454 persuna. Parti mill-ħlas tas-sahra tinkludi xogħol li sar fl-2001. Ma naħsibx li jkun xçraq li nagħti dettalji ta' xi tħallas kull individu. Madankollu, jekk L-Onor. Interpellant jixtçq din l-informazzjoni dwar xi persuna partikolari jien lest li ngħaddilu l-informazzjoni b'mod kunfidenzjali.
Jista' jgħid kemm hemm membri tal-korp tal-pulizija sospiżi illum u għaliex?
Response (BORG, TONIO)
It-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 35426 għadha tgħodd, ħlief għal każ ta` kuntistabbli li kien sospiż, u li minn mindu ingħatat dik ir-risposta ġie imkeċċi mill-Korp.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw flus bħala efficiency bonus lill-membri tal-armata s-sena l-oħra u kif ingħataw?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-ammont ta’ “performance bonus” li nghata lill-ufficjali tal-Forzi Armati s-sena l-ohra kien ta’ Lm8,506.55c0. Dan inghata lill-ufficjali kollha li ghandhom rank ta’ Logutenent Kurunell ‘il fuq, kif ukoll lill-“Assistant Director” (Financial Administration).
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm mill-flus ivvotati għall-armata s-sena l-oħra baqgħu ma' ntużawx? Għaliex kienu ivvutati dawn?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Il-vot kollu tal-Forzi Armati ghas-sena 2001 kien jammonta ghal total ta’ LM12,261,000 bhala spiza rikurrenti u Lm400,000 bhala spiza kapitali.
Minn dawn ma ntefqux Lm69,663 f’rikurrenti u Lm169,900 f’kapitali. Dan l-ammont ta’ l-ahhar ma ntefaqx minhabba li damu biex waslu il-kontijiet tal-“Microwave link” u hlasijiet li kellhom x’jaqsmu max-Xatt ta’ Haywharf.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw flus f'overtime u f'allowances oħra lill-pulizija din is-sena? Kemm hemm flus li għadhom ma tħallsux?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi din is-sena, sa l-aħħar ta` Settembru 2002, l-ammont ta` overtime li tħallas lill-membri tal-Korp tal-Pulizija kien jammonta għal Lm260,059 filwaqt li dak tal-allowances kien ta` Lm1,257,257, filwaqt li f`Ottubru 2002 ser jitħallsu Lm19,010 f`overtime u Lm144,824 f`allowances. Infurmat ukoll illi, peress illi l-ħlas ta` overtime fil-Korp isir b`xahrejn lura, l-ammont li irid jitħallas għal xogħol li sar f`Settembru ma jistax jingħata għaliex ir-returns għadhom qed jinġabru.
Jista' il-Ministru jgħid kemm għandhom jitħallsu flus f'arretrati wara xiri ta' proprjeta mid-dipartiment illum u kemm ilhom ma jitħallsu?
Response (BORG, TONIO)
Kull meta id-Dipartiment tal-Artijiet jagħmel kuntratt ta` xiri, il-flus jitħallsu mal-kuntratt. Għaldaqstant ma jeżistux arretrati għal proprjeta` li ġiet mixtrija b`kuntratt.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati mobile phones, misruqa jew mitlufa din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru 2002, il-Pulizija kellha 1,590 rapport ta` mobile phones li ġew misruqa, filwaqt li 562 oħra ġew irrappurtati mitlufa.
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru żweġijiet ċivili din is-sena u kemm minn dawn kienu bejn Maltin u Maltin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar żwiġijiet ċivili matul din is-sena s`issa hu kif ġej:
Malta Għawdex
Żwiġijiet Ċivili 506 38
Dawk minnhom bejn Maltin 52 6
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn barranin jaħdmu Malta llum u kemm hemm applikanti? X'tip ta' xogħol jagħmlu f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li skond l-aħħar lista aġġornata li dehret fuq l-internet (website tad-Dipartiment ta` l-Informazzjoni) in-numru ta` persuni barranin li bħalissa għandhom liċenzja ta` impjieg huwa 2,360. Ix-xogħol li qed jagħmlu dawn il-persuni jidher fl-istess lista.
In-numru ta` applikazzjonijiet pendenti huwa ta` 861. Dwar dawn, iżda, ma tinżammx statistika tat-tip ta` xogħol li qed jitolbu.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn nisa jaħdmu llum? Kemm minn dawn huma gradwati u x'degree għandhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li skond ir-rekords miżmuma mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ, f'Mejju 2002, kien hemm 39,577 mara taħdem full-time. Il-Korporazzjoni ma żżommx statistika dwar l-informazzjoni mitluba fl-aħħar parti tal-Mistoqsija.