Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma dawk l-entitajiet li bħalissa għandhom skemi ta' irtirar kmieni? Kemm kien in-numru ta' ħaddiema li għamlu użu minn din l-iskema u f'liema entita' kienu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista` l-Ministru jgħid jekk xi vetturi tal-protezzjoni ċivili kinux din is-sena involuti f'inċidenti tat-traffiku? Jekk iva, kemm-il darba u kemm swew biex ittranġaw?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena kien hemm 8 vetturi tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li kienu involuti f`inċidenti tat-traffiku. Fi 3 każi il-ħsara kienet negliġibbli, f`2 każi id-danni ġew imħallsa minn terzi, filwaqt li fit-3 każi l-oħra l-ispejjeż biex jissewwew huma ta` Lm30, Lm300 u Lm6,000 rispettivament.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm teaching staff fl-universita'? Xi grad għandhom? Kemm minn dawn huma nisa u minn liema pajjiż ġejjin dawk li huma barranin?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-Universita` hemm:
Teaching Staff: 531 full-time
316 part-time
Il-gradi tagħhom huma: Professuri, Professuri Assoċjati, Letturi Anzjani,
Letturi, Assistenti Letturi, Assistenti Riċerkaturi,
Teaching Assistant.
Nisa hemm: 149 full-time
71 part-time
Il-pajjiżi minn fejn huma ġejjin: 2 mill-Irlanda, 1 mill-Belġju,
Il-barranin huma dawn: 1 minn New Zealand, 1 minn Franza,
1 miċ-Cekoslovakkja, 1 mill-Polonja,
1 mill-Ingilterra, 1 minn Singapor.
Kollha huma miżżewġin Maltin.
Jista` l-Ministru jgħid kemm ġew irrapurtati każi ta' overdosage lill-pulizija din is-sena? Kemm minn dawn kienu aċċidentali? Kemm kienu kawża ta' ectasy u kemm ta' drogi oħra?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena ġew irrapurtati lill-Pulizija 143 każ ta` xi tip ta` overdose. Minn dawn, dawk li jistgħu jitqiesu bħala aċċidentali kienu 30 peress li kienu riżultat ta` droga ta` abbuż, fosthom 2 kawża ta` ecstacy.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom is-servizzi ta' l-ilma u/jew tad-dawl maqtugħ għax ma ħallsux il-kontijiet dovuti?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li bħalissa hemm mija u wieħed konsumaturi li għandhom il-provvista ta' l-elettriku sospiża minħabba li għandhom numru ta' kontijiet li għadhom ma tħallsux. Dawn huma maqsumin kif ġej:
Domestiku 60
Ristoranti 19
Industrijali u Kummerċjali 22
Tajjeb jingħad li l-provvista ta' l-ilma ma tiġix sospiża.
Jista` l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' vetturi tal-Gvern jew ta' entitajiet parastatali li ma għaddewx mill-VRT din is-sena? Minn liema dipartiment jew entita` kienu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 10100.
Jista` l-Ministru jgħid kemm ġew importati bil-liċenzji neċċessarji:
a) għasafar
b) rettili (x'tip huma)
c) ħlejjaq oħra (x'tip huma)
Kemm minn dawn huma annimali velenużi u ta' liema tip
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li mill-bidu tas-sena kienu impurtati biss, bil-liċenzja meħtieġa, 13,902 għasafar. Ma kinux impurtati rettili jew annimali eżotiċi oħra. Annimali velenużi ma jitħallewx jidħlu Malta.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom is-servizz tat-telefon maqtugħ illum, għax għandhom kontijiet mhux imħallsa?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li sas-7 ta' dan ix-xahar kien hemm 1,438 telefon residenzjali u 593 telefon għal skopijiet ta' negozju li kienu ristretti u 442 telefon residenzjali u 222 telefon għal skopijiet ta' negozju li kienu maqtugħin. Dawn ir-restrizzjonijiet u qtugħ kienu dovuti għall-fatt li hemm numru ta' kontijiet mhux imħallsa.
Jista` l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' baħrin u fiżjali barranin li daħlu pajjiżna fuq vapuri tal-gwerra din is-sena?
Response (BORG, JOE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda li turi x'vapuri militari żaru 'l Malta din is-sena s'issa. Din l-iskeda tagħti tagħrif dwar il-perijodu tal-viżita f'kull każ, u n-numru ta' uffiċċjali u baħrin li jkun iddikjarat bħala li qed iservu fuq kull vapur partikolari. Fil-kolonna intestata 'Crew', l-ewwel figura turi n-numru ta' uffiċċjali, filwaqt li t-tieni figura tirreferi għan-numru ta' baħrin.
Ma tinżammx statistika ta' kemm uffiċċjali u baħrin li jkunu fuq il-vapur konċernat attwalment jinżlu l-art waqt iż-żjarat qosra tagħhom.
Jista' il-Ministru jara li l-karrozzi mitluqa li hemm ġewwa Marshall Courts il-Gżira, jitneħħew?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-post imsemmi mill-Onorevoli Interpellant huwa proprjeta` privata. Madankollu l-Pulizija avżat lis-sidien ta` dawn il-karozzi sabiex ineħħu dawn il-karozzi.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħabsin illum wara li ġew mogħtija pieni mill-Qorti? Kemm minn dawn kienu hemm għal aktar minn darba u kemm-il darba?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin hemm mija u tlieta u disgħin (193) persuna li qegħdin iservu piena karċerarja. Dawn kienu fil-Faċilita` biex iservu/servew sentenzi kif turi it-tabella hawn taħt:-
L-ewwel sentenza
80 persuna
Żewġ sentenzi
40 persuna
Tlett sentenzi
23 persuna
Erba` sentenzi
6 persuni
Ħames sentenzi
9 persuni
Bejn sitta u għaxar sentenzi
18 persuna
Bejn ħdax u ħmistax-il sentenza
9 persuni
Bejn sittax u għoxrin sentenza
5 persuni
Minn wieħed u għoxrin sentenza u aktar
3 persuni
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru serqiet minn ġo uffiċini ta' kunsilli lokali din is-sena? X'insteraq u liema kienu l-kunsilli?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta` din is-sena, il-Pulizija kellha ħames rapporti ta` serq minn uffiċini tal-Kunsilli Lokali. Il-lokalitajiet ikkonċernati u l-oġġetti irrapurtati misruqa kienu:
06.03.02
Attard
Ammont ta` flus
18.03.02
Mdina
Ammont ta` flus, cheques u ktieb tal-bank
29.05.02
Żabbar
Portmoni li kien fih flus u credit cards
09.08.02
Valletta
Ammont ta` flus
25.09.02
Fgura
File ta` l-ETC
Jista` l-Ministru jgħid jekk hawnx applikazzjonijiet pendenti għall-shooting ranges? Jekk iva, kemm ilhom u għaliex dan it-tnikkir biex tinħareġ il-liċenzja.
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent il-Pulizija għandha applikazzjoni waħda għal shooting range. Din l-applikazzjoni bdiet tkun proċessata mill-Pulizija wara Ġunju ta` din is-sena, meta inħarġu il-permessi meħtieġa mill-Awtorita` ta` Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm klandestini miżmuma mill-pulizija illum? Kemm huma nisa, irġiel u tfal u kemm ilhom hawn? Kemm minnhom intbagħtu lura u kemm jiswew kull wieħed fuq medda ta' ġimgħa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta` barranin li kienu qed jinżammu taħt kustodja ta` l-Awtoritajiet tas-sigurta` fit-2 ta` Ottubru 2002, kien ta` 560. Minn dawn 351 huma rġiel, 105 huma nisa filwaqt li 104 huma tfal. Minn dawn, l-aktar li ilhom huma tnejn li ilhom miżmuma minn l-1999, minħabba li għad ma ġietx stabbilita l-identita` tagħhom. Il-kumplament daħlu Malta tul dawn l-aħħar xhur. Infurmat ukoll li ma jinżammux kontijiet separati tan-nefqa fuq dawn il-klandestini u persuni oħra barranin miżmuma mill-Pulizija.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm klandestini miżmuma mill-armata illum? Kemm huma nisa, irġiel u tfal, kemm ilhom hawn? Kemm minn dawn intbagħtu lura pajjiżhom din is-sena? Kemm qed jiswew lill-pajjiż kull wieħed fuq medda ta' ġimgħa?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Fl-4 ta’ Ottubru, l-Forzi Armati kellhom 343 imigrant taht il-harsien taghhom f’ “barracks” militari. Dawn kienu jikkonsistu f’137 ragel, 101 nisa u 105 itfal. Uhud minn dawn ilhom f’Malta minn Marzu ta’ din is-sena. Ohrajn waslu f’Lulju, Awissu, Settembru u Ottubru. Huwa stmat li ikel, medicini u bzonnijiet personali, kull immigrant qieghed jiswa lill-Armata s-somma ta’ Lm9.85c0 fil-gimgha, minbarra s-salarji tal-membri tal-Forzi Armati li jkollhom xoghol konness mal-klandestini kif ukoll spejjes tat-transport u akkomadazzjoni.
Rigward kemm imigranti ntbaghtu lura pajjizhom, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jaghmel il-mistoqsija lil Ministru koncernat.