Legislature:
Category:
Reset
Active:

Xogħol bla permess

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jaħdmu bla permess din is-sena? Kemm minn dawn kienu qed jirreġistraw għax xogħol? Kemm kienu Maltin u kemm barranin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li bejn Jannar u Settembru 2002 kien hemm 1,067 persuna Maltija u 42 persuna barranija li nstabu jaħdmu mingħajr ma' kienu ssottomettew l-engagement form meħtieġa lill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ. Minn dawn 252 kienu qed jirreġistraw għax-xogħol.
Leg 9 PQ #35951 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu mal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada u x'rimunerazzjoni jieħdu wieħed wieħed u x'allowance għandhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Lista bl-ismijiet ta' persuni li jaħdmu mal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #35940 Sitting 814 2002-11-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Mobile Phones

Question

Jista` l-Ministru jgħid kemm hawn mobile phones f'Malta u Għawdex illum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li skond statistika miżmuma mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika, in-numru ta' mobile phones subscribtions f'dawn il-ġżejjer f'Marzu ta' din is-sena kien ta' 252,670.
Leg 9 PQ #35941 Sitting 814 2002-11-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Degree/Diploma

Question

Jista` l-Prim Ministru jgħid kemm hemm suldati li għandhom degree jew diploma universitarja? X'inhi u x'rank għandhom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Bhalissa hemm hmistax-il membru tal-Forzi Armati li ghandhom diploma jew “degree” Universitarja. Dawn ivarjaw bejn ufficjali u suldati kif muri fit-tabella li qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #35942 Sitting 814 2002-11-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Bomb Hoaxes

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm saru bomb hoaxes din is-sena u fejn jingħad li kienu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u d-29 ta’ Ottubru 2002, is-sezzjoni tal-“Explosives Ordinance Disposal” tal-Forzi Armati giet mghajta 57 darba fuq “bomb hoaxes”. Kien hemm kaz wiehed biss li nstab materjal li jixbah bomba, li fih ma kien hemm l-ebda splussiv. Jidhirli l-informazzjoni fejn saru tfittxijiet ma ghandhiex tkun ippublikata.
Leg 9 PQ #35943 Sitting 814 2002-11-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Tipjiep

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-Qorti talli pejpu f'postijiet fejn it-tipjiep mhux permess? Fejn allegatament pejpu dawn il-persuni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa` xhur ta` din is-sena kien hemm 5 persuni li nqabdu jpejpu f`post fejn it-tipjip huwa projbit. Dawn kienu fl-isptar San Luqa.
Leg 9 PQ #35944 Sitting 814 2002-11-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Puluzija — Tfal taħt l-eta'

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inqabbdu tfal ġo postijiet ta' divertiment fejn ma jistgħux jidħlu, din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ottubru 2002, kien hemm 61 persuna taħt is-sittax-il sena li nqabdu f`postijiet ta` divertiment.
Leg 9 PQ #35945 Sitting 814 2002-11-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tħallsu allowances din is-sena lill-personnel ta' l-armata u kemm għandhom pendenti.

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Bejn l-1 ta’ Jannar u t-3 ta’ Settembru ta’ din is-sena thallsu b’kollox Lm790,137 f’“allowances” lill-membri tal-Forzi Armati. Uhud mill-“allowances” jithallsu mal-paga fl-ahhar tax-xahar, filwaqt li ohrajn jithallsu kull tliet xhur. Jien infurmat li ma hemm l-ebda hlas ta’ “allowances” pendenti.
Leg 9 PQ #35934 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

UE — Kaċċa u Nsib

Question

Jista` l-Ministru jgħid jekk id-diskussjoni dwar il-kaċċa u nsib bejn Malta u l-UE ġewx finalizzati? Jekk iva, kif se jkunu?

Response (BORG, JOE)

Nikkonferma li n-negozjati dwar l-ambjent, inkluż dawk dwar il-kaċċa u l-insib ġew magħluqa proviżorjament fil 1 ta' Ottubru 2002. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra sinteżi tal-ftehim li sar bejn Malta u l-Unjoni Ewropea dwar il-Kaċċa u l-Insib.
Leg 9 PQ #35935 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Armi tan-Nar — Importazzjoni

Question

Jekk il-Ministru jgħid kemm ġew importati armi tan-nar din is-sena sa issa u x'tip kienu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Skond statistika miġbura mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika, bejn Jannar u Awissu ta' din is-sena, ġew impurtati dawn it-tipi ta' armi tan-nar: TIP KWANTITA' Muzzle - loading firearms 18 Sporting, hunting, target-shooting shotguns, single-barelled, smooth bote 680 Sporting, hunting, target-shooting shotguns, not single-barelled, smooth bore 328 Other sporting, hunting or target-shooting rifles excluding shotguns 58 Other firearms and similar devises which operate bgħ firing of an explosive charge 412 Other arms (air guns, spring guns etc). 394
Leg 9 PQ #35936 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' ta' Malta — Studenti Barranin

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' studenti barranin fl-universita' bħalissa? Minn liema pajjiż jiġu u x'tip ta' kors qed jattendu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħalissa n-numru ta' studenti barranin li qegħdin jattendu korsijiet fl-Universita` ta' Malta fuq bażi 'full-time' huwa ta' 552. Dan in-numru jista' jiżdied peress illi xi studenti għadhom ġejjin u hemm oħrajn li għadhom ma rreġistrawx. Barra minn hekk, hawn ukoll fuq bażi ta' 'semester' jew tnejn, 33 student minn diversi universitajiet u 120 student ewropew li qegħdin fl-iskema tal-programm Erasmus. It-tagħrif mitlub fit-tieni parti tal-Mistoqsija ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #35937 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Siringi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu siringi lill-persuni li jabbużaw mid-droga din is-sena u minn liema kliniċi tqassmu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li n-numru ta' siringi li tqassmu lill-persuni li jabbużaw mid-droga bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena huwa kif ġej: Floriana Qormi Gżira Paola Cospicua Mosta Rabat 25122 10537 29265 43480 10900 15183 6489
Leg 9 PQ #35938 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Degrees/Diplomas

Question

Jista` l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija li għandhom degree jew diploma universitarju? X'rank għandhom u x'inhi d-degree

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar membri tal-Korp tal-Pulizija li għandhom degree universitarju hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #35939 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Water Services — Dejn

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu dejn il-Water Services Corporation illum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li skond il-kotba tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma jirriżulta li sal-31 ta' Awissu 2002 din għandha self mingħand il-banek li jammonta għal Lm32,691,549 u self ta' Lm4,000,000 mingħand il-Gvern. Tajjeb jingħad li dan l-ammont huwa Lm1,323,996 anqas milli kien fil-31 ta' Diċembru 2001.
Leg 9 PQ #35930 Sitting 812 2002-11-11 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Kaċċaturi Liċenzjati

Question

Jista` l-Ministru jgħid kemm illum hawn kaċċaturi liċenzjati? Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti? Kemm minn dawn huma taħt il-21 sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hawn 11,862 persuna li għandhom liċenzja sabiex iġorru arma tan-nar għall-kaċċa, filwaqt li 406 oħra għandhom l-applikazzjoni tagħhom qed tkun proċessata. Infurmat ukoll li minn dawk liċenzjati, hemm 565 persuna taħt il-21 sena.
Leg 9 PQ #35931 Sitting 812 2002-11-11 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għalliema Barranin

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm għalliema barranin jaħdmu mal-gvern illum u x'suġġetti jgħallmu? Minn liema pajjiż ġejjin?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hemm għalliem temporanju wieħed barrani impjegat mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, li jgħallem l-Ispanjol. Hu jgħallem fl-Iskola Sekondarja Ogħla Giovanni Curmi, Naxxar, u ġej mir-Rumanija.
Leg 9 PQ #35932 Sitting 812 2002-11-11 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Vetturi bil-Mutur — Importazzjoni

Question

Jista` l-Ministru jgħid kemm ġew importati vetturi bil-mutur sena b'sena fl-aħħar 5 snin? X'tip kienu u kemm swew?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #35933 Sitting 812 2002-11-11 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Dejn

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm għandha dejn l-Enemalta llum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li sat-30 ta' Settembru ta' din is-sena, il-Korporazzjoni Enemalta kellha tagħti s-somma ta' Lm115,657,984 bejn overdrafts u loans.