Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #35966 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Atti Oxxeni fil-Pubbliku

Question

Billi fi Ġnien il-Kunsill ta' l-Ewropa, il-Gzira ta' kuljum bil-lejl qegħdin isiru atti oxxeni fil-pubbliku, jista` l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni mill-pulizija din is-sena f'dan il-post?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa` xhur ta` din is-sena tressqu quddiem il-Qorti 23 persuna fuq akkużi ta` tlajjar għal skop ta` prostituzzjoni fl-inħawi tal-Gżira. Barra dan kien hemm każ ta` persuna li tressqet il-Qorti fuq akkuża kontra l-pudur fil-ġnien imsemmi mill-Onor. Interpellant. Infurmat ukoll illi l-Pulizija qed tagħmel ronda fl-inħawi sabiex kemm jista` jkun ma jkunx hemm abbużi.
Leg 9 PQ #35967 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Tappjar ta' Telefons

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm il-darba huwa awtorizza ttappjar ta' telefons minn servizz sigrieti din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 8273.
Leg 9 PQ #35969 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Nurses

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn nurses illum? Kemm qed jaħdmu mal-gvern u kemm tal-privat? Kemm minn dawn huma barranin u minn liema pajjiż ġejjin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta' Nurses irreġistrati man-Nursing and Midwifery Board huma 4941. Mad-Diviżjoni tas-Saħħa hemm jaħdmu 1371 infermier. In-numru ta' Infermiera barranin li qiegħdin jaħdmu ma' din id-Diviżjoni huwa 41 u dawn ġejjin minn dawn il-pajjiżi: Albania Australia Bosnia Bulgaria Finland Germany Ghana India Macedonia Nigeria Pakistan Philippines Poland Russia Slovakia Jugoslavia United Kingdom Din id-Diviżjoni ma hiex f'qagħda li tagħti nformazzjoni dwar infermiera li qiegħdin jaħdmu ġewwa sptarijiet jew kliniċi privati.
Leg 9 PQ #35958 Sitting 817 2002-11-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba telgħu delegazzjonijiet Maltin għall-diskussjonijiet mal-UE wara li bdew in-negozjati? Kemm telgħu persuni ma' kull delegazzjoni u kemm kellu jħallas għalihom it-tax payer Malti.

Response (BORG, JOE)

Ma narax il-ħtieġa li tinġabar l-informazzjoni ddettaljata mitluba sakemm l-Onorevoli Interpellant ma jagħtinix raġuni konvinċenti biex inqabbad lill-uffiċċjali fil-Ministeru tiegħi jiddedikaw ħin sostanzjali sabiex ifittxu l-informazzjoni neċessarja biex tkun tista' tingħata r-risposta. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-infiq għas-safar għall-ħidma uffiċċjali barra minn Malta kollu tal-Ministeru tiegħi minn mindu bdew in-negozjati sallum kien dejjem fil-limiti ta' l-estimi tal-Ministeru tiegħi għas-snin relevanti. Minkejja dan, jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq informazzjoni fuq xi każ partikolari li dwaru jista' jkollu indikazzjoni li sar infiq ta' flus mhux floku nitolbu jagħmel mistoqsija speċifika. Nixtieq inżid ukoll li r-referenza magħmula mill-Onorevoli Interpellant, biex jipprova jieħu vantaġġ politiku, dwar kemm kellu jħallas it-tax payer Malti għas-safar kollu konness man-negozjati, hija żejda. Il-Gvern kommess li jitlob lill-poplu Malti jiddeċiedi f'referendum dwar is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, referendum li l-Oppożizzjoni Laburista l-anqas għandha d-diċenza li tirrispettah, u għalhekk ser ikun il-poplu Malti li jiddeċiedi jekk dan l-infiq kienx floku jew le, meta jintalab jiddeċiedi dwar is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.
Leg 9 PQ #35959 Sitting 817 2002-11-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Tfal minn Nisa mhux miżżewġa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu tfal minn nisa mhux miżżewġa din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fir-Reġistru Pubbliku ma tinżammx statistika tat-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #35960 Sitting 817 2002-11-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Armi Reġistrati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn armi tan-nar irreġistrati mal-korp tal-pulizija llum u x'tip huma?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #35961 Sitting 817 2002-11-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Hip u Knee Replacements

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jistennew fuq il-waiting list biex isirilhom operazzjoni ta' hip u knee replacements u kemm ilhom jistennew?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li n-numru ta` Knee Replacement huwa 965 u n-numru ta` Hip Replacement huwa 118. Il-pazjenti ilhom jistennew bejn sena u sentejn għal raġunijiet differenti (e.ż. piż żejjed, mard ieħor, nuqqas ta` "theatre time".
Leg 9 PQ #35962 Sitting 817 2002-11-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Towing u Clamping

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew towed u clamped vetturi din is-sena? Fejn saru?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena, sat 30 ta’ Settembru 2002, gew ittowjati 1,464 vettura filwaqt li 23 vettura gew clampjati. Dawn kienu kif gej:- REGION A. REGION B. P.D. LOKALITA TOWING CLAMPING P.D. LOKALITA TOWING CLAMPING 1 VALLETTA 99 - 6 SLIEMA 105 - FLORIANA 68 - GZIRA 14 - MARSA (MARINA) 7 - PIETA 3 - 2 QORMI 13 - MSIDA 11 - ZEBBUG 13 - 6 A ST. JULIANS/ SAN GWANN 414 - 3 PAOLA 31 - 7 HAMRUN 110 - LUQA 1 - MARSA 13 - FGURA 2 - PIETA’ 43 - MARSA 2 - ST. VENERA 8 - TARXIEN 1 - DINGLI 5 - 4 COSPICUA 3 - TA’ QALI 7 - MARSASKALA 7 - 8 BIRKIRKARA 20 - SENGLEA 4 - BALZAN 3 - VITTORIOSA 2 - LIJA 1 - ZABBAR 3 - NAXXAR 12 - 5 ZEJTUN 3 - GHARGHUR 3 - BIRZEBBUGIA 6 - MOSTA 25 - ZURRIEQ 1 - 9 QAWRA/ BUGIBBA 163 - M.I.A. 208 - 10 MARSALFORN 11 - VICTORIA 16 23 MGARR 3 - TOTAL 474 - TOTAL 990 23
Leg 9 PQ #35963 Sitting 817 2002-11-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Aggressjoni fuq Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien n-numru ta' għalliema li ġew aggrediti din is-sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minn Jannar sa Ottubru 2002 kien hemm 4 każijiet ta inċidenti ma' kapijiet ta' skola u 6 każijiet li fihom kienu involuti għalliema.
Leg 9 PQ #35952 Sitting 816 2002-11-19 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Hold-Ups

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm saru hold-ups din is-sena u kemm minnhom ġew solvuti? X'weħħlet kull persuna li ttellgħet il-Qorti fuq reati simili?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ottubru 2002, il-Pulizija kellha 30 rapport ta` hold ups, filwaqt li fl-istess perijodu il-Pulizija solviet 19-il każ ta` hold ups. Minn dawn 3 kienu seħħew is-sena l-oħra, filwaqt li 2 mis-16 l-oħra irriżulta li fil-fatt ma kienux seħħew imma kienu każi ta` rapporti foloz. Dawn il-każi għad m`humiex deċiżi.
Leg 9 PQ #35954 Sitting 816 2002-11-19 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Reati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm saru reati ġo Paceville u fl-area tal-madwar, din is-sena u x'kienu r-reati rrapportati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ottubru 2002, il-Pulizija kellha 1,568 rapport ta` reati li seħħew fl-area ta` San Ġiljan, li minnhom 398 jidhru li seħħew ġewwa Paċeville. Dawn kienu jinkludu attentati ta` offiżi, offiżi fuq il-persuna, ksur ta` bon ordni, ħsarat, frodi, omiċidju u serq.
Leg 9 PQ #35955 Sitting 816 2002-11-19 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa flus lit-tax payer Malti, id-delegazzjonijiet li ġew Malta minn pajjiżi membri u oħrajn applikanti għad-dħul f'UE is-sena l-oħra u din is-sena? Jista' l-Ministru jgħid x'ħallas għall kull żjara u għaliex?

Response (BORG, JOE)

Ma narax il-ħtieġa li tinġabar l-informazzjoni mitluba sakemm l-Onorevoli Interpellant ma jagħtinix raġuni konvinċenti biex inqabbad lill-uffiċċjali fil-Ministeru tiegħi jiddedikaw ħin sostanzjali sabiex ifittxu l-informazzjoni neċessarja biex tkun tista' tingħata r-risposta. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant da parti tal-Ministeru tiegħi li l-infiq kollu konness ma' delegazzjonijiet li ġew Malta minn pajjiżi membri u oħrajn applikanti għad-dħul fl-Unjoni Ewropea s-sena l-oħra u din is-sena kienu dejjem fil-limiti ta' l-estimi finanzjarji tal-Ministeru tiegħi għas-snin relevanti. Nixtieq inżid ukoll li f'dawn l-okkażżjonijiet, tiġi estiża l-ospitalita' tal-Gvern Malti ġieli mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u ġieli minn Ministeri oħra wkoll, skond iċ-ċirkostanzi partikolari ta' kull każ. Għaldaqstant, l-informazzjoni li qed jitlobni l-Onorevoli Interpellant ma tistax tinġabar b'mod komprensiv u akkurat mill-Ministeru tiegħi. Nixtieq inżid ukoll li r-referenza magħmula mill-Onorevoli Interpellant, biex jipprova jieħu vantaġġ politiku, dwar kemm sewa flus lit-tax payer Malti sabiex dawn id-delegazzjonijiet ġew Malta, hija żejda. Il-Gvern kommess li jtilob lill-poplu Malti jiddeċiedi f'referendum dwar is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, referendum li l-Oppożizzjoni Laburista lanqas għandha d-diċenza li tirrispettah, u għalhekk ser ikun il-poplu Malti li jiddeċiedi jekk dan l-infiq kienx floku jew le, meta jintalab jiddeċiedi dwar is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.
Leg 9 PQ #35956 Sitting 816 2002-11-19 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Immirgranti Illegali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabru immigranti illegali din is-sena? Kemm ġew rimpatrijati u minn liema pajjiż kienu?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 36593.
Leg 9 PQ #35957 Sitting 816 2002-11-19 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Oġġetti Misruqa

Question

Jista' il-Ministru jelenka l-oġġetti rrapportati mitlufa lill-pulizija, u kemm minn dawn reġgħu sabu ruħhom għand sidhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ottubru ta` din is-sena il-Pulizija kellha 6,131 rapport ta` oġġetti mitlufa li 135 minn l-affarijiet irrappurtati mitlufa ġew ritornati lil sidhom. Fost l-oġġetti irrappurtati mitlufa kien hemm pets, cheques u credits cards, flus, arloġġi, ħwejjeġ, jewellery, portmonijiet u kartieri, souvenirs, apparat tat-telefon, etc.

Qorti — Ġurijiet Pendenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ġurijiet pendenti? Meta sar l-allegat reat ta' dawk li qegħdin jistennew u x'tip ta' reat allegatament wettqu?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed impoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #35948 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi

Question

Jista` l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu mal-fondazzjoni għas-servizzi mediċi. X'rimunerazzjoni jieħdu wieħed, wieħed u x'allowances għandhom.

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li hemm sittin (60) persuna jaħdmu mall-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi. Dawn huma mqassmin kif ġej: Corporate Office 12 Site Office 21 Sptar Monte Carmeli 13 Sptar Mater Dei 4 Sptar San Luqa 10 L-informazzjoni dwar ir-rinumerazzjonijiet u l-allowances tal-persuni li jaħdmu mal-Fondazzjoni hija skond kif jidher fid-dokument li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #35949 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Qorti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-Qorti akkużati li biegħu xorb alkoħoliku lil tfal taħt l-eta' din is-sena u x'weħħlu f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ottubru 2002, kien hemm żewġ sidien ta` ħwienet b`liċenzja għall-bejgħ bl-imnut ta` inbejjed, birra jew likuri li ittellgħu il-Qorti mill-Pulizija talli biegħu alkoħol lill-persuni ta` anqas minn sittax-il sena. Wieħed kien liberat, filwaqt li l-każ l-ieħor għadu pendenti.