Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qorti — Persuni investigati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm bdew jirreġistraw persuni għall l-ewwel darba is-sena li għaddiet u fil-ħames snin li għaddew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' persuni li bdew jirreġistraw għax-xogħol għall-ewwel darba s-sena li għaddiet u fil-ħames snin li għaddew kien kif ġej: 1997 4,906 1998 4,195 1999 4,580 2000 3,658 2001 3,778 2002 4,180

Djar — Persuna li ngħatat ir-relief

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex ingħata r-relief tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament meta din biegħet id-dar tagħha u xtrat oħra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna minnu ndikata ser tiġi nfurmata personalment bl-eżitu tal-każ tagħha.
Leg 9 PQ #38404 Sitting 864 2003-02-04 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Msida — Valley Rd - Twaqqigħ ta' ħwienet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sidien tal-ħwienet li se jitwaqqgħu ġo Valley Rd, Msida humiex se jingħataw post alternattiv?Jekk iva, fejn u kemm se tkun il-kera? Jista' l-Ministru jgħid jekk il-policy dwar evictees tgħoddx għalihom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-proġett tal-bini ġo Valley Road l-Imsida, ser isir mill-Awtorita` tad-Djar u għalhekk l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #38408 Sitting 864 2003-02-04 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Ipparkjar ta' scammels

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament huwiex se jieħu post alternattiv fejn jipparkja l-iscammels tiegħu wara li l-għalqa tteħditlu biex jitkompla l-proġett ta' l-isptar il-ġdid?

Response (BORG, TONIO)

Għalkemm kull meta tiġi esproprjata proprjeta` il-Gvern mhux obbligat jagħti post alternattiv ħlief fejn il-proprjeta` tkun waħda residenzjali, it-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern tikkunsidra kull talba għal post alternattiv li ssirilha anke jekk il-proprjeta` esproprjata ma tkunx residenzjali. Kull każ iżda jiġi trattat skond il-merti u ċ-ċirkostanzi tiegħu. Fil-każ tal-persuna imsemmija mill-Onorevoli Interpellant ma jidhirx li dan għamel xi talba għal post alternattiv lit-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern.
Leg 9 PQ #38409 Sitting 864 2003-02-04 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Gżira — Tifel li jenħtieġ is-servizz ta' facilitator

Question

Jista' l-Ministru jara li l-persuna li ismu qed jintbagħat separatament jingħata s-servizz ta' facilitator?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #38382 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Income Tax

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-persuna li qed insemmi separatament qed tintalab tħallas Lm27 f'income tax meta din qatt ma ħadmet?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma naħsibx li għandi nagħti nformazzjoni konfidenzjali. Il-persuna kkonċernata tista tmur fit-Taxpayer Service tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni biex tingħata l-informazzjoni kollha li tixtieq.

Sigurta' Soċjali — Għajnuna soċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament tnaqqsilha l-għajnuna soċjali meta din ma taqbiżx is-somma stipulata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna minnu ndikata ser tiġi nfurmata personalment bl-eżitu tal-każ tagħha.

Għaqda Step by Step — Persuni ħandikappati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li l-għaqda Step by Step li taħdem ma' persuni mentalment ħandikappati tistax tingħata xi forma ta' għajnuna, speċjalment f'għoti ta' post minn fejn jistgħu jaħdmu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Fondazzjoni Step by Step gawdiet minn għotjiet finanzjarji li jingħataw lil Support/Self-help Groups żgħar taħt il-Vot ipprovdut apposta għall- NGOs. Filwaqt li l-Gvern japprezza u jirrikonoxxi l-għajnuna li support u self-help groups bħal Step by Step jagħtu lill-klijenti tagħhom, l-Onor. Interpellant jefhem li mhux possibbli li jipprovdilhom ukoll akkomodazzjoni.

Bord mediku

Question

Jista' il-Ministru jara li l-persuna li qed insemmi separatament tiġi eżaminata minn bord mediku id-dar tagħha mill aktar fis minħabba s-segwenti raġunijiet. a) Din qed tgħix bir-relief biss, għax hija separata; b) Dan inqatgħala wara li ma attendietx għall board mediku l-isptar meta fil-fatt din ma setgħetx tmur u bagħtet ċertifikat fejn talbet li l-bord jiġi jaraha d-dar imma għall xi raġuni jew oħra dan iċ-ċertifikat ma wasalx fejn kellu jasal u għalhekk nqatala ir-relief; c) Din il-persuna ma għandhiex dħul ieħor?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet informata bil-każ tagħha.
Leg 9 PQ #37738 Sitting 838 2002-12-16 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Sparar imbjank fil-pubbliku

Question

Billi f'domanda parlamentari oħra il-Ministru ta' x'jifhem li s-Segretarju Parlamentari għall-isport ma kiser ebda liġi meta spara senter taż-żewġ fil-pubbliku mingħajr permess, jista' il-Ministru jgħid għaliex ma ħax passi biex jiċċara jekk il-fatt hux reat jew le, li sparar ta' skrataċ imbjank fil-pubbliku? Jekk dan hu reat għaliex ma ħax passi? Jekk mhux, jista' jiċċara dan il-fatt għaliex hawn ħafna nies li jixtiequ jisparaw skrataċ imbjank fil-pubbliku?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fiċ-ċirkostanzi tal-każ li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant, ma jidhirx li kien hemm xi ksur ta` liġi.

Bord mediku

Question

Jista' il-Ministru jara li l-persuna li qed insemmi separatament tiġi eżaminata minn bord mediku id-dar tagħha mill aktar fis minħabba s-segwenti raġunijiet. a) Din qed tgħix bir-relief biss, għax hija separata; b) Dan inqatgħala wara li ma attendietx għall board mediku l-isptar meta fil-fatt din ma setgħetx tmur u bagħtet ċertifikat fejn talbet li l-bord jiġi jaraha d-dar imma għall xi raġuni jew oħra dan iċ-ċertifikat ma wasalx fejn kellu jasal u għalhekk nqatala ir-relief; c) Din il-persuna ma għandhiex dħul ieħor?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #36525 Sitting 822 2002-11-27 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Billi waqt it-tluq tat-tellieqa tal-yachts li saret fl-24 ta' Settembru 2002 is-segretarju parlamentari għal l-isports deher fuq il-mezzi tax-xandir jispara senter taż-żewġ fil-pubbliku, jista' il-Ministru jgħid jekk is-segretarju parlamentari kellux il-permessi neċessarji mill-pulizija to use a firearm u biex jispara fil-pubbliku? Jista' il-Ministru jgħid jekk is-segretarju parlamentari kienx kopert minn insurance bħal ma jrid ikollhom dawk kollha li jużaw arma tan-nar waqt l-isport? Jista' il-Ministru jgħid ukoll kemm tressqu persuni l-qorti din is-sena għaliex użaw arma tan-nar mingħajr permess u/jew insurance u x'weħħlu f'kull każ? Jekk kien hemm permessi jista' il-Ministru jpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra flimkien ma dawk li ħarġu fl-istess jum u ta' qabel?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn stħarriġ li għamlet il-Pulizija irriżulta illi s-senter li intuża fil-Yacht Club sabiex jagħti is-sinjal tat-tluq tal-Middle Sea Race, huwa reġistrat mal-Pulizija f`isem is-segretarju tal-Yacht Club u jintuża` għal dan l-iskop. Bħal ma jsir f`attivitajiet bħal dawn, il-munizjon użat kien blank, li bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant huwa differenti minn dak użat minn persuna li tkun qed iddur għal kaċċa jew sport ieħor fejn jintuża munizzjon live. Infurmat ukoll illi bejn Jannar u Ottubru ta` din is-sena, kien hemm 83 persuna li nqabdu jduru għal kaċċa u/jew iġorru arma tan-nar mingħajr liċenzja. Minn dawn 18 kienu liberati, 44 weħlu multa, 3 ngħataw sentenza sospiża, filwaqt li 18 għad għandhom il-każ tagħhom pendenti quddiem il-Qorti.
Leg 9 PQ #36580 Sitting 822 2002-11-27 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Nsib

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk fil-ftehim li Malta għamlet mal-UE jistax isir insib fuq l-ispeċi li ser insemmi: Alwett, Pluvieri, Venew, Birwin, Mlievez, Malvizzuni, gamiem u summien?

Response (BORG, TONIO)

Il-ftehim ma’ l-UE huwa bażat fuq il-prinċipju li l-kaċċa u l-insib iridu isiru f’parametri li huma konformi ma’ kaċċa u insib sostennibli. Għalhekk l-insib li juża metodi li ma jidiskriminawx bejn speċi jew li juża metodi li jmorru kontra dan l-ispirtu m`humiex permissibli. Din m’għandix x`taqsam mad-direttivi biss, iżda hija ukoll prinċipju tal-konvenzjoni ta’ Berna, li l-amministrazzjoni Laburista kienet stqarret li taqbel miegħu. Rigward l-insib għall-Gamiem (Turtle dove), s-Sumien (Quail) u l-Malvizz (Song Thrush) dan huwa permissibli. L-insib li jsir għall-Alwetta (Skylark) isir permezz ta’ l-użu ta’ recordings. Dan il-mod ta` nsib huwa illegali skond ir-regolamenti li huma fis-seħħ aktar minn għaxar snin. Għalhekk l-Alwett jista` jiġi kkaċċjat biss iżda mhux minsub. Fil-każ tal-Veneww (Lapwing) meta jintasab dan ukoll isir permezz ta’ recordings jew inkella Veneww ferut. Dan il-mod ta` l-insib mhux permessibli, u għalhekk f`pajjiżna il-Venew jista` jiġi kkaċċjat biss iżda mhux minsub. Fil-każ ta’ l- insib għall-Malvizzuni (Thrushes), dan ma jsirx b`mod tradizzjonali u l-informazzjoni provduta minn kaċċaturi stess juri li l-Malvizzuni meta jpassu fil-ħarifa huma kkaċċjati u mhux minsuba. Fir-rigward ta’ l-insib għall-Birwin (Dotterel), l-Onorevoli Interpellant għandu jkun jaf li dan l-għasfur huwa għasfur protett skond ir-regolamenti u ilu protett għal dawn l-aħħar 12 il-sena. Għaldaqstant l-kaċċa u l-insib tiegħu m`huwiex permess.