Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pulizija — Rapporti dwar każi ta' suwiċidji

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hawn każi ta' suwiċidji din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 2132.

Pulizija — Każi dwar bejgħ ta' alkoħol lill-minorenni

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni li kienu qed ibiegħu xorb alkoħoliku lill-minorenni din is-sena u x'weħlu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena kien hemm 18-il persuna li ttellgħu l-Qorti mill-Pulizija talli biegħu xorb alkoħoliku lil persuni ta` anqas minn 16-il sena. Minn dawn, seba` għad għandhom il-każ tagħhom pendenti quddiem il-Qorti, tnejn ġew immultati Lm200 kull wieħed, filwaqt li l-oħrajn ma nstabux ħatja.
Leg 10 PQ #2178 Sitting 52 2003-11-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Suldati Maltin fir-rapid reaction force

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' suldati Maltin li huma lesti jservu fir-rapid reaction force?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

MISTOQSIJA NUMRU 2178 In-numru ta’ membri tal-Forzi Armati ta’ Malta (Uffiċjali u suldati) li jiddikjaraw li huma lesti li jservu fl-EU “Rapid Reaction Force” u li sussegwentament intgħażlu biex iservu f’din il-Forza huwa ta’ mija u ħamsa u tletin (135).

Mużewijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn mużewijiet illum? Kemm huma tal-gvern u kemm huma tal-privat? X'tip huma u kemm żaruhom nies is-sena l-oħra u din is-sena?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Qiegħed nagħti hawn taħt lista ta’ mużewijiet ibbażata skond id-definizzjoni tal-Mużew skond l-att ta’ 2002 dwar il-Patrimonju Kulturali u liema huma magħrufa mis-Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali. Mużewijiet kkurati minn Patrimonju Malta Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija, l-Belt Mużew Nazzjonali tal-Arti, l-Belt Mużew ta’ Għar Dalam Mużew tal-Etnografija, Palazz tal-Inkwiżitur, Birgu Mużew Marittimu, Birgu Mużew tal-Istorja Naturali, Mdina Mużew tal-Gwerra, l-Belt L-Armerija, l-Belt Villa Rumana, Rabat L-Armerija, Għawdex Mużew tal-Arkeoloġija, Għawdex Mużew tal-Folklor, Għawdex Mużew tax-Xjenzi naturali, Għawdex L-Mitħna ta’ Kola Għawdex Siti/ Mużewijiet oħra kkurati minn entitajiet jew fondazzjonijiet pubbliċi Palazz tal-Granmastru, l-Belt Valletta Mużew tat-Teatru Manoel Mużew tal-kon-Kattidral ta’ San Ġwann, l-Belt Mużewijiet privati Mużew ta’ Bir Mula, Bormla Mużew tal-Ġugarell, l-Belt Mużew tal-Ġugarell, Għawdex Norman House, Mdina Casa Rocca Piccola, l-Belt Mużew Marittimu, Nadur Limestone Heritage, Siġġiewi Mużew tal-Folklor, Għarb Mużew Marittimu ta’ Wickman, Xgħajra Mużew ta’ Karmni Grima, Għawdex Mużewijiet tal-Knisja Mużew tal-Kattidral, Mdina Mużew ta’ Wignacourt, Rabat Mużew tas-Santwarju, Zabbar Mużew tal-Kapuċċini, Furjana Mużew tas-Soċjeta Missjunarja ta’ San Pawl, Rabat Mużew tal-Kolleġġjata ta’ San Lawrenz, Birgu Mużew tal-Kattidral, Għawdex Mużew Aprrokkjali tan-Naxxar Siti oħra kkurati minn Patrimonju Malta Tempji tal-Ġgantija, Għawdex Tempji ta’ Ħaġar Qim Ipoġew ta’ Ħal Saflieni Tempji tal-Imnajdra Tempji ta’ Skorba Katakombi ta’ San Pawl, Rabat San Pawl Milqi Tempji ta’ Ħal Tarxien Banjijiet Rumani Ħabs taċ-Ċittadella, Għawdex Ta’ Haġrat Katakombi Tal-Mintna Sit Arkeoloġiku ta’ tas-Silġ Borġ in-Nadur Katakombi tas-Salina Qiegħed inpoġġi fuq il-medja tal-kamra statistika dwar l-attendenza ta’ nies fil-mużewijiet ta’ l-istat biss, għax ma għandna l-ebda statistika ta’ kemm nies iżuru mużewijiet privati, entitajiet pubbliċi u tal-Knisja.
Leg 10 PQ #2167 Sitting 51 2003-11-04 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Impjiegi — Persuni jaħdmu bla permess

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jaħdmu bla permess din is-sena? Kemm kienu ta' nazzjonalita' barranija? Kemm kienu Maltin u kemm kienu ta' nazzjonalita' barranija li ġew maqbuda?

Response (GALEA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.

Pulizija — Rapporti dwar anzjani vittma ta' xi reat

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' anzjani li sfaw vittma ta' xi reat din is-sena u x'kien ir-reat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Pulizija — Każi dwar anzjani mressqa quddiem il-qorti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ittellgħu anzjani l-qorti din is-sena u għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena kien hemm 226 persuna anzjana, ċioe` ta` l-fuq minn 60 sena, li ttellgħu l-Qorti mill-Pulizija fuq diversi reati kriminali li jvarjaw minn attentat ta` qtil sa kontravenzjonijiet.

Persuni li jaħdmu ta' bouncers

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk għandux ħsieb illi jgħaddi xi forma ta' regolamenti jew liġi biex jiġu regolati dawk il-persuni li jagħmluha ta' bouncers?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi sakemm il-persuna li taħdem bħala bouncer tkun impjegata full time, part-time jew każwali mal-persuna fejn tkun qed toffri dan is-servizz, ma tenħtieġx liċenzja sabiex tagħmel dan ix-xogħol. Pero` jekk dan is-servizz ikun qiegħed jiġi provdut minn xi persuna mhux hekk impjegata, din il-persuna irid ikollha liċenzja ta` gwardjan privat.

Pulizija — Każi dwar minorenni mressqa quddiem il-qorti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ittellgħu minorenni l-qorti din is-sena u għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena tressqu 47 persuna taħt is-sittax-il sena l-Qorti. Ir-reati li dwarhom kienu akkużati kienu jinkludu: Ħebb/theddid/feriti fuq il-persuna Ksur ta` bon ordni Ma obdiex ordnijiet leġittimi Serq Pussess ta` arma taqta` u bil-ponta Pussess ta` droga Użu hażin tat-telefon Ksur tar-Regolamenti tat-traffiku Ksur tar-Regolamenti dwar il-kaċċa Offiża fuq il-pudur
Leg 10 PQ #2157 Sitting 50 2003-11-03 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Single mothers — Twelid ta' trabi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm twieldu trabi lil single mothers din is-sena? Kemm minn dawn l-ommijiet huma taħt is-16-il sena? X'inhi l-eta' ta' l-ommijiet l-oħra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment ta' l-Informazzjoni fuq s-Saħħa għandu informazzjoni nazzjonali fuq it-twelid ta' trabi lil ommijiet (Maltin jew mhux Maltin) għall-ewwel sitt xhur ta' din is-sena, irreġistrati fil-National Obstetric Information System (NOIS). Kienu reġistrati total ta' 299 ommijiet single li weldu 304 trabi f'Malta u Għawdex bejn Jannar u Ġunju ta' din is-sena. Minn dawn il-299 ommijiet single, 7 kienu taħt is-16-il sena. Il-kategorija ta' l-eta ta' l-ommijiet single l-oħra jidher kif ġej: Jannar-Ġunju 2003 Kategorija ta' l-Eta (snin) Numru ta' Ommijiet single <16 7 16-19 63 20-24 119 25-29 65 30-34 27 35-39 14 40-44 3 45+ - Mhux speċifikat 1 Source: NOIS

Servizz tat-telephone — Kontijiet pendenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom is-servizz tat-telephone maqtugħ għax għandhom kontijiet mhux imħallsa? Minn liema lokalita' huma u kemm hemm f'kull lokalita'?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi ghat-twegiba li tajt ghall-Mistoqsija Parlamentari Nru.1130.

Attivitajiet konnessi ma' logħob tan-nar — Persuni nvoluti f'inċidenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm din is-sena mietu u/jew weġġgħu persuni f'attivitajiet konnessi ma' logħob tan-nar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena ġew irrapurtati lill-Pulizija seba` każi ta` inċidenti konnessi ma` logħob tan-nar, f`liema inċidenti persuna tilfet ħajjitha u tmienja oħra sofrew feriti.

Inċidenti fuq il-postijiet tax-xogħol

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm weġġgħu persuni fuq ix-xogħol din is-sena? kemm mietu? Kemm minn dawk li weġġgħu, weġġgħu b'mod gravi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li bejn Jannar u Settembru 2003 id-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali rċieva 3,668 talba għall-Benefiċċju għall-Korriment. Peress li l-ħlas ta’ dan il-benefiċċju ma jiddependix mill-gravita’ tal-korriment, id-Dipartiment ma jżommx statistika dwar il-gravita’ tal-korrimenti. Ninsab infurmat ukoll li bejn Jannar u l-aħħar ta’ Ottubru 2003 kien hemm 10 imwiet riżultat ta’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol.

Serq ta' karozzi jew vetturi oħra

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm insterqu karozzi jew vetturi oħra din is-sena u kemm instabu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta` din is-sena ġew irrapurtati lill-Pulizija 665 vettura misruqa. Minn dawn instabu 461.

Engineering workship

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk engineering workship ġo l-abitant (numru tar-referenza 21/330) jistax jiġi ttrasferit għand ħaddieħor?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-liċenzji tan-negozju imsemmija, m`għadhomx jinħarġu mill-Pulizija. Għaldaqstant, ġentilment nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 10 PQ #2148 Sitting 49 2003-10-29 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Mard venerju

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hawn każi ta' mard venerju din is-sena u x'tip kien? Kemm minn dawn il-mard kien fuq irġiel u kemm fuq nisa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #2150 Sitting 49 2003-10-29 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Persuni gradwati — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn gradwati jirreġistraw għax-xogħol illum? X'degree għandhom u kemm ilhom jirreġistraw?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 1949.
Leg 10 PQ #2151 Sitting 49 2003-10-29 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' għalliema li ġew aggrediti fuq ix-xogħol tagħhom minn studenti u kemm minn ġenituri?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 10 PQ #2153 Sitting 49 2003-10-29 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studenti ta' nazzjonalita' barranija — Studju tal-lingwa Ingliża

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew studenti barranin jistudjaw l-Ingliż din is-sena? Minn liema pajjiż ġew?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li sal-20 ta' Ottubru 2003 sitta u ħamsin elf, tlett mija u wieħed u sittin (56,361) studenti barranin ġew f'Malta u Għawdex sabiex jistudjaw l-Ingliż. Dawn l-istudenti barranin ġew f'pajjiżna minn Andorra, Awstrija, Arġentina, Belġju, Brażil, Bulgarija, Ċili, Repubblika Ċeka, Ċina, Franza, Ġermanja, Italja Korea, Libja, Ġappun, Greċja, Messiku, Norveġja, Olanda, Polonja, Portugal, Rumanija, Russja, Slovakkja, Spanja, Svezja, Svizzera, Turkija u Ukraina.