Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hawn qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku din is-sena? Kemm minn dawn kienu kkaġunati minn kuntratturi li jkunu qed jagħmlu xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li n-numru ta' qtugħ fil-provista ta' l-elettriku fl-aħħar sena u cioe' bejn l-01/10/2002 u t-30/09/2003 kien ta 420. Minn dawn kien hemm 32 qtugħ ikkawżati minn kuntratturi.
Jista' il-Ministru jgħid kemm daħħal flus il-gvern minn fuq il-VAT fuq il-funerali u kemm minnhom ġew refunded?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li matul is-snin 2002 u sa Settembru 2003 ir-Rifużjoni tal-VAT fuq il-funerali kienu –
2002 – Lm69,160.32
2003 – Lm40,464.95
Rigward id-dħul ta’ VAT fuq il-funerali, ma tistax tingħata figura kemm għal 2002 u għal 2003 minħabba li l-VAT titħallas kemm mill-kummissjonant kif ukoll minn dawk VAT registered taxpayers li jkunu taw xi tip ta’ servizz lill-kummissjonant waqt il-funeral bħal kiri ta’ karozzi, fjuri, avviżi eċċ.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hawn foreign direct investment kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-tabella li ġejja:
Foreign Direct Investment f’Malta bejn l-1998 u l-2002
(Lm000)
1998
1999
2000
2001
2002
103,657
327,949
272,486
126,383
-188,282
L-FDI hu magħmul minn:
· investiment inizzjali ta' l-ishma ( equity) u ż-żjieda jew it-tnaqqis li jista' jkun hemm wara;
· il-profit ri-investit (re-invested earnings); u
· self (loans) u trade credits bejn il-kumpaniji nnifishom (parent and daughter companies)
Ta’ min jinnota li l-figura negattiva għall-2002 hi dovuta prinċipalment għall-ħlas lura ta’ self minn kumpanniji sussidjarji Maltin lill-kumpanniji parent tagħhom (naturalment barranin).
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il persuna ħadet liċenzja għall-kaċċa kull sena f'dawn l-aħħar ħames snin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta` persuni li ħadu liċenzja tal-kaċċa fis-snin indikati mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej:
Sena Numru
1999 416
2000 463
2001 427
2002 612
2003 243
Jista' il-Ministru jgħid kemm infetħu kawżi ġodda għal separazzjoni taż-żwieġ din is-sena? Kemm hemm għall-annullament? Kemm hemm każi bejn Maltin u kemm hemm każi bejn Maltin u bejn persuni ta' nazzjonalita' barranija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-Qorti ta` Malta mill-1 ta` Jannar sal-21 ta` Ottubru 2003 kien hemm 125 kawżi ta` separazzjoni u 150 kawżi ta` annullament. Fil-Qorti ta` Għawdex ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar u l-31 ta` Ottubru 2003 kien hemm 3 kawżi ta` separazzjoni u 3 kawżi għal annullament.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat illi ma tinżammx din l-informazzjoni li hija ta` natura kunfidenzjali.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni li żżewwġu s-sena l-oħra u din is-sena bil-knisja u kemm iżżewwġu biċ-ċivil biss?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li f`Malta fis-sena 2002 saru 1,533 żwieġ reliġjuż u 544 żwieġ ċivili, filwaqt illi bejn il-perijodu 1 ta` Jannar 2003 u 30 ta` Settembru 2003 kien hemm 1,113 żwieġ bil-Knisja u 572 żwieġ ċivili.
F`Għawdex ninsab infurmat illi matul is-sena 2002 kien hemm 131 żwieġ reliġjuż u 41 żwieġ ċvili filwaqt illi bejn 1 ta` Jannar 2003 u l-15 ta` Ottubru 2003, kien hemm 100 żwieġ reliġjuż u 54 żwieġ ċivili.
Karozzi liċenzjati f'pajjiżi ta' l-UE — Licence plate
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk wara l-1 ta' Mejju, 2004 huwiex permess li karozzi liċenzjati f'pajjiż ieħor ta' l-Unjoni jżommu l-licence plate barranija għall-perijodu twil?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi Regolament 12 tar-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur jistipula li vettura li tkun f'Malta għal perjodu temporanju ma tistax iddum iżjed min 90 ġurnata f'Malta bil-licence plate baranija.
Wara l-1 ta' Mejju 2004 m'hemmx il-ħtieġa li dawn ir-regolamenti jinbidlu u għaldaqstant m'huwiex permess li karozzi liċenzjati f'pajjiż ieħor ta' l-Unjoni jżommu l-licence plate barranija għall-perjodu twil.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew importati vetturi second hand is-sena l-oħra u din is-sena? Minn liema pajjiż jiġu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-informazzjoni mitluba dwar vetturi mpurtati second hand hija kif ġej:
2002 (Jannar sa Diċembru) 3964
2003 (Jannar sa Settembru) 4115
Dwar il-vetturi impurtati minn dawn il-pajjiżi:
Arabja Sawdija Ġappun Kuwajt Repubblika Ċeka
Awstrija Ġermanja Malasja UAE
Belġjum Irlanda Olanda UK
Danimarka Jugoslavja Spanja USA
Dubaj Kanada Svezja
Franza Koreja t'Isfel Svizzera
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hawn każi ta' food poisoning din is-sena u x'kien il-mikrobu responsabbli f'kull kas?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Matul is-sena 2003 sa l-aħħar ta' Settembru kien hemm 395 każ ta' food-poisoning. Minn dawn, kien hemm 176 każ individwali u 219 il-każ kienu involuti fi 33 outbreak.
Minn dawn, Salmonella kienet responsabbli għal 43 każ individwali w 106 każijiet involuti f'7 outbreaks.
Campylobacter kien responsabbli għal 32 każ individwali w 5 każijiet involuti f'2 outbreaks.
E.Coli kien responsabbli għal każ wieħed individwali.
Shigella kien responsabbli għal każ wieħed individwali.
Scombrotoxic food-poisoning affetwa 2 każijiet individwali u 5 każijiet involuti f'2 outbreaks.
F'97 każ individwali u f'103 każijiet involuti f'22 outbreaks, il-mikrobu ma ġiex identifikat.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm nefqet flus l-armata biex iżżomm l-immigranti klandestini taħt il-kustodja tagħha din is-sena? Minn liema vot jew voti ttieħdu dawn il-flus?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Mill-ewwel ta’ Jannar ta’ din is-sena (2003) sat-12 ta’ Ottubru 2003 il-Forzi Armati nefqu is-somma ta’ LM135,367.23 fi spejjeż relatati mal-kustodja ta’ immigranti. Dawn l-ispejjeż ittieħdu minn vot numru 7.
Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu immigranti klandestini din is-sena f'pajjiżna? Kemm hawn miżmuma llum? Kemm ħarbu u kemm qed jiswew lill-pulizija biex jinżammu kull wieħed, kull jum?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena waslu Malta 350 immigrant illegali. 148 oħra ġew ripatrijati mill-Italja u dawn kollha intbagħtu lura f`pajjiżhom.
F`detenzjoni hemm 549 persuna. In-numru totali ta` persuni li mill-2002 kienu f`detenzjoni fid-diversi Ċentri jaqbeż l-2000 ruh. Hemm 39 klandestin li baqgħu ma nstabux wara li ħarbu.
Kif diġa` kelli l-okkażżjoni ngħid fi Tweġibiet preċedenti dwar is-suġġett, ma jinżammux kontijiet separati tan-nefqa għal immigranti illegali.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-ministeru tiegħu huwiex beħsiebu jirrikonoxxi żwieġijiet bejn l-istess sessi li kienu saru ġo pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea meta aħna nissieħbu fl-Unjoni Ewropea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ma għandi xejn x’inżid mat-Tweġiba li ngħatat għal Mistoqsija Parlamentari 23089 Seduta 487 fil-Leġislatura preċedenti.
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru kollużjonijiet din is-sena? Kemm mietu jew weġġgħu persuni f'dawn l-inċidenti? Kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom kienu tfal? Kemm kienu barranin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar u t-30 ta` Settembru 2003, in-numru ta` inċidenti tat-traffiku irrapurtati lill-Pulizija kien ta` 10,474. B`riżultat ta` dawn l-inċidenti 14 il-persuna, fosthom 4 nisa, tilfu ħajjithom. Kien hemm ukoll 701 persuna li sofrew feriti, li minnhom 334 kienu nisa u 60 kienu tfal ta` taħt is-16-il sena.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li bħalissa għandhom kas ta' dixxiplina quddiem il-PSC illum? X'inhu l-allegat ksur u minn liema dipartiment huma? Kemm tkeċċew is-sena l-oħra u din is-sena u għaliex?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Il-każijiet tad-dixxiplina ġew delegati lill-Kapijiet tad-Dipartimenti u għalhekk dawn il-każijiet m’għadhomx jgħaddu mill-Uffiċċju tiegħi.
Dwar id-dipartimenti li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tiegħi, ninsab infurmat li bħalissa hemm każ wieħed li hu pendenti quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. L-informazzjoni dwar dan il-kaz tinsab f’Tabella A li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fir-rigward tal-Ministeri l-oħra, nistieden lill-Onorevoli Interpellant biex jindirizza l-ewwel żewġ mistoqsijiet tiegħu lill-Ministri rispettivi.
Dwar il-każijiet tad-dixxiplina li nbdew taħt ir-Regolamenti ta’ 1977, ninsab infurmat li bħalissa hemm każ wieħed li huwa pendenti quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Tagħrif dwar dan il-każ jinsab f’Tabella B li ukoll qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dwar kemm tkeċċew uffiċjali mis-Servizz Pubbliku s-sena l-oħra u din is-sena ninsab infurmat li kien hemm ħames uffiċjali li tkeċċew u qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella C li turi t-tagħrif fuq dawn il-każijiet, mitlub mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn tfal barranin li qed jirċievu l-edukazzjoni tagħhom Malta? Kemm qegħdin fi skejjel tal-Gvern? Kemm f'tal-Knisja u kemm fi skejjel privati?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi l-Onor. Membru għat-tagħrif mogħti fil-mistoqsija numru 2058 li weġibt il-bieraħ.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni illum fil-ħabs? Kemm minnhom huma Maltin? Kemm minnhom huma persuni ta' nazzjonalita' barranija? kemm huma fuq arrest preventiv u x'eta' għandhom dawk miżmuma?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-31 ta` Ottubru 2003 in-numru ta` persuni miżmuma l-ħabs kien ta` 262, li minnhom, 89 huma ta` nazzjonalita` barranija. Minn dawn, in-numru ta` dawk taħt arrest preventiv hu ta` 60.
L-etajiet ta` dawn il-persuni hi kif ġej:-
15 sa 17-il sena
2
18 sa 20 sena
4
21 sa 24 sena
27
25 sena sa 29 sena
57
30 sena sa 34 sena
48
35 sena sa 39 sena
51
40 sena sa 49 sena
49
50 sena sa 59 sena
20
60 sena u aktar
4
TOTAL
262
Jista' il-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti din is-sena fuq reati konnessi ma' prostituzzjoni? Kemm kienu nisa, kemm kienu rġiel u kemm kienu persuni ta' nazzjonalita' barranija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena tressqu quddiem il-Qorti 32 persuna, uħud minnhom diversi drabi, fuq tlajjar għal skop ta` prostituzzjoni. Minn dawn 24 kienu nisa, filwaqt li l-barranin involuti kienu 6.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni quddiem il-qorti din is-sena fuq reati konnessi mad-droga? Kemm minnhom kienu Maltin, kemm minnhom kienu ta' nazzjonalita' barranija u x'kien ir-reat?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena, s`issa ġew imressqa quddiem il-Qorti 197 persuna fuq reati konnessi mad-droga. Minn dawn kien hemm 25 ta` nazzjonalita` barranija.