Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid dawk il-persuni li joqogħdu ġo flat tal-gvern bil-kera u dawk li xtraw flat tal-gvern x'perċentwal tal-valur tal-lift iridu joħorġu meta dan jiġi stallat ġol-blokk tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Awtorita’ tad-Djar ma titlob ebda ħlas għal installar ta’ lift taħt Skema V mill-inkwilini tal-blokk li jkunu b’kera. L-inkwilini fil-blokk li jkunu sidien ta’ l-appartament tagħhom jintalbu jħallsu 50% tal-ammont tas-sehem tagħhom. Dan is-sehem ikun parti waħda minn numru ta’ appartamenti fil-blokk (1/Nth).
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li jintbagħtu persuni biex jaraw jistgħux jiġu rranġati xi ħsarat li żviluppaw ġewwa flat mikri mingħand il-housing li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ghaddejt it-talba ta’ l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar ghall-azzjoni mehtiega.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex il-persuna li ismu qed jintbagħat separatament, twaqqfitilha l-pensjoni tal-wens meta din kienet għadha ħajja u kienet tieħu ħsieb ommha; inkluż tamministralha l-mediċini billi kienet għamja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi lill-persuna ndikata fl-uffiċċju distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha.
Jista' il-Ministru jgħid meta ħareġ il-permess mit-tourist board biex il-bini li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jibda jservi bħala holiday complex?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-permess biex il-kumpless imsemmi mill-Onor Interpellant jibda jopera għal skopijiet turistiċi nħareġ l-ewwel darba fis-16 ta' April 1987.
Jista' il-Ministru jara jekk hemmx xi żball fil-kont tad-dawl u ta' l-ilma tal-persuna li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, flimkien mal-kont peress li meta ressqet l-ilment tagħha ma ħaditx sodisfazzjon?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Kont tal-persuna gie investigat u rrizulta hekk kif spjegat hawn taht;
Jiena infurmat li, dan il-kont qiegħed jinhadem bir-rati sussidjati , li hi dik ta' assistenza socjali , kemm tad-dawl kif ukoll ta' l-ilma. Madanakollu l-konsumatur qieghed lura fil hlas, tant li sar ftehim miegħu biex ihallas b'pagamenti kull xahar.
Meta l-ilment tal-konsumatur kien investigat, il-kont ta' l-ilma ġie rivedut u sar tnaqqis ta' Lm36.15 ghalhekk, il bilanc dovut huwa ta' Lm221.16. Fir- rigward tad-dawl ma kienx hemm kaz ta' revizjoni.
Il-konsumatur ġie infurmat minnufih bil- posta.
Sptar Monte Carmeli — EMS stores - Ħaddiema li ħadmu s-sahra
Question
Jista' il-Ministru jgid kemm sar overtime din is-sena fl-EMS stores, fl-isptar Monte Carmeli? Kemm-il persuna ħadmet l-overtime u kemm tħallsu? Kien hemm impjegati oħra f'din is-sezzjoni li m'għamlux overtime din is-sena? Kemm-il siegħa ħadmu kull persuna individwalment?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L- overtime li sar fil-maintance stores fl-isptar Monte Carmeli matul is-sena 2003 sal-25 ta' Novembru huwa ta' tmintax-il siegħa. Persuna waħda ħadmet dan l-overtime u tħallset Lm 74.60. Hemm tlett impjegati oħra f'din is-sezzjoni li m'għamlux overtime.
Impjiegi — Persuni li nqatgħu minn fuq l-ewwel parti tar-reġistru
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm inqatgħu persuni minn fuq l-ewwel parti tar-reġistru tad-diżimpjieg minħabba mard? Kemm minn dawk maqtugħa ġew maqtugħa għal xahar jew aktar?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li meta persuna tfalli milli tirreġistra fl-Uffiċċju Distrettwali minħabba raġuni ta' saħħa hija tiġi mwaqqfa minn fuq ir-reġistru b'mod awtomatiku. Għaldaqstant il-persuna tkun trid terġa titla Ħal Far meta tkun tajba u tipproduċi ċertifikat mediku.
F'dan il-każ il-Korporazzjoni terġa tirreġistra lil dik il-persuna fuq l-ewwel parti tar-reġistru u tingħata l-istess priorita' li kellha qabel.
Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Chairmen
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm jitħallsu ċ-chairmen ta' kull entita' kummerċjali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru tiegħu u kemm ġew impjegati persuni ma' kull entita' s-sena l-oħra u din is-sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Kumpannijiet/entitajiet kummerċjali
Question
Jista' il-Ministru jelenka il-korporazzjonijiet, azjendi, kumpanniji jew entitajiet kummerċjali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru tiegħu? Kemm għandhom dejn kull wieħed, kemm għamlu dejn is-sena l-oħra u kemm hemm impjegati f'kull entita'?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm inqabdu kaċċaturi li kisru l-liġi din is-sena u x'għamlu f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ottubru 2003, ittellgħu 175 persuna l-Qorti bi ksur tar-Regolamenti ta` l-1993 dwar il-Ħarsien ta` l-Għasafar u tal-Fenek Selvaġġ; Regolamenti ta` l-1993 dwar l-Għasafar u l-Fenek Selvaġġ (Dikjarazzjoni ta` Speċi Protetti u Riservi Naturali; u l-Ordinanza dwar l-Armi (Kap. 66).
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ġew convicted of a criminal offence din is-sena? Jista' il-Ministru jagħti breakdown ta' dawn il-convictions u x'weħlu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena, kien hemm 3,103 persuna li nstabu ħatja ta` reati kriminali mill-Qorti. Dawn instabu ħatja tar-reati u ngħataw pieni kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Impjiegi — Persuni li nqatgħu mill-ewwel parti tar-reġistru
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm inqatgħu persuni mill-ewwel parti tar-reġistru tad-disimpjieg din is-sena u għaliex?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li minn Jannar sa Settembru 2003 inqatgħu 575 persuna minn fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru. Mill-575 persuna, 155 nqabdu jaħdmu u jirreġistraw, 370 persuna rrifjutaw opportunita' ta' xogħol filwaqt li 50 persuna rrifjutaw opportunita' ta' taħriġ.
Billi issa Malta waslet biex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jgħid jekk il-ministeru tiegħu huwiex se jirrikonoxxi żwieġ bejn l-istess sessi li jkunu saru f'pajjiżi membri, għall-finijiet tat-taxxa tad-dħul?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea m'hi se tbiddel xejn mis-sitwazzjoni tagħna llum.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn ommijiet mhux miżżewġa llum f'pajjiżna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ebda Dipartiment jew entita’ li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħi ma żżomm l-istatistika mitluba.
Iżda ninsab infurmat li skond statistika miżmuma mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar persuni li jirċievu l-Allowance għat-Tfal, in-numru ta’ ommijiet mhux miżżewġa li kienu qed jirċievu din l-Allowance f’Settembru 2003 kien ta’ 1,861.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn single parent families fuq ir-relief illum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika kif mitluba mill-Onor. Interpellant.
Iżda ninsab infurmat li hemm 1,194 ġenituri singli mhux miżżewġa li qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali skond il-provedimenti tas-subartikolu 7 ta’ artikolu 30 ta’ l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kem hawn familji li sal-lum għadhom ma ħadux iċ-children's allowance tax-xahar ta' Lulju?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta’ applikanti li bagħtu l-applikazzjoni tagħhom fil-ħin u setgħet tinħadmilhom u għadhom ma rċevewx l-Allowance tat-tfal għax-xahar ta’ Lulju 2003 huwa ta’ 767.
Barra dawn, hemm 798 li l-applikazzjoni tagħhom waslet f’Settembru u Ottubru kif ukoll 600 applikant ieħor li l-applikazzjoni tagħhom kellha tintbgħat lura fl-uffiċċju distrettwali u b’hekk ma setgħetx tinħadem.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni fuq probation u sentenza ta' ħabs sospiża llum?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fi ħdan l-Uffiċċju tal-Probation fil-preżent hemm 368 persuna fuq Ordni ta` Probation filwaqt li hemm 57 persuna b`Sentenza Sospiża b`Ordni ta` Superviżjoni. Hemm ukoll 30 persuna taħt Ordni Proviżjorja ta` Superviżjoni filwaqt li qed jinkitbu 40 rapport ta` qabel is-sentenza.