Sigurta' Soċjali — Tfal li jgħixu ġo single parent families
Question
Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn tfal jgħixu ġo single parent families illum?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li skond ir-rekords tal-benefiċjarji taċ-Children's Allowance, hemm 2,978 tfal jgħixu ma' ġenitur mhux miżżewweġ u 5,871 jgħixu ma' ġenitur separat.
Qrati — Persuni ta' nazzjonalita' barranija li weħlu l-ħabs
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni barranin li weħlu sentenza ħabs is-sena l-oħra u din is-sena u għaliex?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni barranin li weħlu l-ħabs minn Jannar 2003 sal-10 ta’ Mejju 2004 huwa ta’ 94. Dawn instabu ħatja kif jidher hawn taħt:-
Omiċidju (attentat volontarju)
2
Importazzjoni ta’ droga
19
Frodi
9
Logħob ta’ l-azzard
2
Tibdil ta’ multa f’ħabs
5
Pussess u traffikar ta’ droga
6
Serq (attentat volontarju)
14
Ħsara Volontarja
3
Naqsu li jħallsu multa jew spejjeż
8
Ħrib minn post ta’ sigurta’
8
Evażjoni ta’ dazju
3
Ħruq volontarju
2
Feriti ta’ natura gravi
1
Traffiku
1
Ġurament falz
1
Pussess ta’ oġġetti projbiti
1
Theddid
3
Falsifikazzjoni
1
Ksur ta’ kundizzjonijiet ta’ bail
3
Disprezz lejn il-Qorti
2
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni l-ħabs illum u jagħti breakdown ta kemm hemm repeating offenders?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta' priġunieri fl-10 ta' Mejju 2004 kien ta' mitejn u tmenin (280).
In-numru ta' drabi li daħlu l-ħabs, jew fuq arrest li l-każ għadu mhux deċiż, jew b'sentenza, hu kif jidher hawn taħt:-
L-ewwel darba 130
It-tieni darba 36
It-tielet darba 21
Ir-raba darba 17
Il-ħames darba 15
Is-sitt darba 12
Is-seba darba 4
Tmien darbiet jew aktar 45
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqabdet droga din is-sena u x'tip kienet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-ammont u t-tip ta' droga li nqabdet mill-Pulizija matul l-ewwel erba` xhur ta' din is-sena huwa kif ġej:
Cocaine 34.48grms
Heroin 621.799grms
Cannabis plants 2 plants
Cannabis grass 29grms
Cannabis resin 2kg478.57grms
Ecstacy 366.5 tablets
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li nqabdu jippruvaw idaħħlu xi ħaġa pprojbita ġol-ħabs is-sena l-oħra u din is-sena u x'kienu l-affarijiet li ppruvaw idaħħlu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li nqabdu jippruvaw iddaħħlu xi ħaġa projbita ġol-Ħabs bejn l-1 ta' Jannar 2003 u l-10 ta' Mejju 2004 kien ta' ħamsa. Dawn ippruvaw iddaħħlu jew drogi, inkluża l-Cannabis, jew mobile phones.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn vettuir kummerċjali llum? X'tip huma u kemm-il sena għandhom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Sa l-aħħar ta' April 2004 kien hemm 53,850 vettura kummerċjali.
Biex l-awtorita' dwar it-trasport tinforma lill-Onor. Interpellant dwar it-tip u d-data ta' reġistrazzjoni tal-53,850 vettura tieħu ħafna żmien, u dan għaliex trid l-ewwel tagħżel it-tipi kollha u wara għal kull vettura trid issib id-data ta' reġistrazzjoni. Jekk din l-informazzjoni hija meħtieġa għal xi riċerka jew studju, nitolbok tagħtina aktar ħin u din l-informazzjoni tkun tista' tingħatalek.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm instabu ħatja persuni talli kkorrompew minorenni? Kemm minn dawn kienu Maltin, kemm minnhom kienu barranin u x'weħlu wieħed wieħed, is-sena l-oħra u din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant ma jinżammx taħt forma ta' statistika.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew clamped u towed away vetturi din is-sena u fejn?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba xhur ta' din is-sena kien hemm 403 vettura li ġiet irmunkata mill-Pulizija, filwaqt li kien hemm vettura oħra li ġiet ikklampjata, f`dawn il-lokalitajiet:
Airport
Naxxar
Sliema
Żurrieq
B'Kara
Paola
San Ġiljan
Għawdex
Cospicua
Qawra
Valletta
Ħamrun
Qormi
Żabbar
Mosta
Rabat
Żejtun
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn klandestini miżmuma mill-pulizija llum? X'eta' għandhom u ta liema sess huma?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hawn 165 immigrant illegali li qed jinżammu mill-forzi tas-sigurta`. L-iżgħar fosthom għandu 17-il sena, filwaqt li l-akbar wieħed għandu 46 sena. Minn dawn tnejn huma nisa.
Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk il-prodotti ta' l-ikel li għolew u/jew raħsu mad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u b'kemm?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi l-prodotti li raħsu bħala riżultat tat-tneħħija tal-levies kienu ħafna. Eżempji ta' kategoriji ta' prodotti ta' l-ikel li l-prezzijiet tagħhom raħsu huma għaġin, prodotti magħmulin mit-tadam, prodotti tat-tiġieġ, marġerina u gallettini.
Id-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni se jkompli jsegwi s-suq biex jassigura li l-prezzijiet li hemm huma riżultat ta' Kompetizzjoni ġusta.
Billi fuq art tal-gvern preċiżament ġo Paradise Bay se jiġi organizzat party bi ħlas, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'tip ta' permessi ħareġ il-gvern biex dan isir u kemm tħallas il-gvern biex bajja sħiħa tiġi wżata? Minn x'ħin se jibda u jispiċċa dan il-party?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-applikazzjoni li saret mal-Pulizija tirrigwarda "lido festival" li ser ikun organizzat nhar it-30 ta' Mejju 2004. Infurmat ukoll illi t-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern qegħda tipproċessa talba għal għotja ta' permess għal istess attivita'. Billi ma jirriżultax illi din l-attivita' ser tkun fil-bajja, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħtini aktar dettalji dwar l-attivita' imsemmija minnu, sabiex inkun nista' nivverifika ulterjorment.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni li qed jistennew biex tinħarġilhom liċenzja għall-kaċċa? Kemm inħarġu liċenzji ġodda s-sena l-oħra u kemm ħarġu din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 302 applikazzjoni għall-kaċċa li qed ikunu proċessati, filwaqt li matul is-sena l-oħra u din is-sena inħarġu 567 liċenzja għall-kaċċa.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hawn każi ta' rape jew indecent assault is-sena l-oħra? Fejn saru l-każi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra l-Pulizija kellha 51 rapport ta` reati ta` natura sesswali fuq individwi. Il-lokalitajiet li ġie indikat li seħħew fihom huma B`Kara, B`Bugia, Bormla, Fgura, Floriana, Għajnsielem, Ħamrun, Lija, Marsa, M`Scala, M`Xlokk, Mellieħa, Mġarr, Mosta, Msida, Pembroke, Qormi, Rabat, San Ġiljan, San Ġwann, San Pawl il-Baħar, Santa Venera, Sliema, Valletta u Żejtun.
Jista' il-Ministru jgħid kemm mietu persuni traġikament is-sena l-oħra? X'eta kellhom u x'kienet il-kawża tal-mewta tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2003 l-imwiet traġiċi irrapurtati lill-Pulizija kienu kif ġej:
Inċidenti tat-Traffiku 17
Suwiċidju 18
Inċidenti fatali oħrajn 28
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-pulizija identifikatx fejn inqatlu l-palettuni li skond il-bird life inqatlu ġewwa r-riserva ta' l-għadira? Jekk inqatlu barra r-riserva, jista' jgħid jekk il-pulizija hijiex tieħu passi kontra minn illibella l-kaċċaturi kollha ta' Malta u jekk sarx frame up?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar il-każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant għad m`humiex konklużi. Jekk l-Onorevoli Interpellant għandu xi tagħrif dwar dan il-każ, inħeġġu sabiex jgħaddih lill-Pulizija.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Kummissarju tal-Pulizija irċeviex ittra li jien poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra waqt id-dibattitu ta' l-appropjazzjoni is-sena li għaddiet? Jekk iva għaliex ma irċivejtx acknowledgment u x'passi ħa il-Kummissarju fuq il-kontenut ta' l-ittra?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija investigaw il-kontenut ta` l-ittra ta` l-Onorevoli Interpellant fejn irriżultalhom li dak li allegatament sar skond dik l-ittra, sar fl-ambitu li huwa regolat taħt l-Att tax-Xandir (Kap. 350) u jaqa` taħt il-ġurisdizzjoni ta` l-Awtorita` tax-Xandir. Għaldaqstant il-Kummissarju tal-Pulizija ser jirreferi l-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant lill-Awtorita` tax-Xandir. Infurmat ukoll illi b`referenza għal dak li ntqal fl-istess ittra dwar xi kummenti li għamel is-Supretendent Calleja matul il-programm, għandu jiġi preċiżat illi l-istess Supretendent kien qed jirreferi għal atti ta` vilipendju magħmula taħt il-Kodiċi Kriminali (Cap 9) u barra mill-ambitu irregolat mill-Att dwar ix-Xandir.
Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Chairmen
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm jitħallsu ċ-chairmen ta' kull entita' kummerċjali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru tiegħu u kemm ġew impjegati persuni ma' kull entita' s-sena l-oħra u din is-sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.