Dipartiment ta' l-ambjent — Għasafar li jisfaw feruti
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' għasafar feruti li waqgħu f'idejn id-dipartiment ta' l-ambjent din is-sena? X'tip kienu? Kemm mietu waqt iż-żamma u kemm tfejqu u ntelqu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-Onor. Membru mitlub, qabel xejn, jaġġorna ruħu. F’ Marzu 2002 id-Dipartiment sar Direttorat fi ħdan l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA). Sadanittant, ninsab infurmat li sa mill-1997, id-Direttorat għall-Ħarsien ta’ l-Ambjent mhu qed iżomm l-ebda għasfur ferut.
Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu bastimenti tal-gwerra f'pajjiżna din is-sena u x'tip kienu?
Response (DALLI, JOHN)
In-numru ta' bastimenti tal-gwerra li daħlu f'pajjiżna din is-sena huwa ta' 31. Dawn varjaw minn Frigate, destroyers, auxiliary, mine sweepers, coast guard patrols, corvettes, u submarine li kien ġie decommissioned u li għadda mill-ibħra territorjali ta' Malta.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni li ma bagħtux il-formula tat-taxxa s-sena l-oħra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Din l-informazzjoni ma tistax tinħadem fuq is-sena 2003, minħabba l-fatt li l-persuni għandhom sa l-aħħar ta’ Ġunju ta’ din is-sena biex jibgħatu l-formola tat-taxxa.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni mpjegati ma' kull kunsill lokali llum u x'tip ta' xogħol jagħmlu? Kemm minn dawn huma full-time u/jew part-time?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant għadu qed jinġabar. Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti din is-sena fuq reati konnessi ma' moħqrija fuq annimali u x'kien l-allegat reat?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena ma kienx hemm persuni li ġew imressqa quddiem il-Qorti mill-Pulizija fuq reati konnessi ma' moħqrija fuq annimali.
Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm persuni li ġew boarded out din is-sena? Kemm minn dawn huma self-employed, kemm impjegati tal-gvern u kemm impjegati tal-privat? Fir-rigward ta' impjegati mal-gvern, ma' liema dipartiment tal-gvern kienu jaħdmu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li mill-1 ta' Jannar sa l-aħħar ta' April 2004, kien hemm 493 persuna li rċevew għall-ewwel darba Pensjoni għall-Invalidita mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali.
Ninsab infurmata wkoll li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali ma jżommx statistika dwar l-informazzjoni mitluba fil-kumplament tal-Mistoqsija.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni li kienu jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel parti tar-reġistru, li mhumiex jirreġistraw bħalissa, għax inħarġilhom ċertifikat mediku fit-tul?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Korporazzjoni m'għandiex l-informazzjoni mitluba. Dan peress li l-Korporazzjoni ikollha biss min waqaf mir-reġistrar u mhux ir-raġuni. Għaldaqstant il-Korporazzjoni ma tafx kemm persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel parti tar-reġistru waqfu jirreġistraw għax għandhom ċertifikat mediku.
Żwieġ bejn persuni ta' l-istess sess — Affarijiet li jikkonċernaw taxxi
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk id-dipartiment tat-taxxi jirrikonoxxix same sex marriages li saru ġewwa pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea għal skopijiet ta' taxxi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tat-Taxxi Interni jirrikonoxxi għall-iskopijiet tal-liġi dwar it-taxxa fuq id-dħul dak iż-żwieġ li jkun rikonoxxut mil-liġi Maltija.
(Tweġiba mogħtija: 25/05/2004PM)
(Seduta Numru: 133)
Persuni ta' nazzjonalita' barranija — Xiri ta' proprjeta'
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm inxtrat proprjeta' minn barranin din is-sena u ta liema nazzjonalita' kienu x-xerrejja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ permessi li ngħata lill-persuni barranin biex jixtru proprjetà mmobbli f’Malta mill-1 ta’ Jannar 2004 sat-30 t’April, 2004 jammonta għal 256.
Iċ-ċittadinanza tax-xerrejja tidher fl-annessa Tabella A. In-numru globali ta’ tlett mija u sitta u tmenin (386) hu dovut għax proprjetà waħda tkun setgħet inxtrat minn koppja li ċ-ċittadinanza ndividwali tagħha tkun diversa.
(Tweġiba mogħtija: 25/05/2004PM)
(Seduta Numru: 133)
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti fuq reati konnessi mal-liġi tal-VAT u x'kien ir-reat f'kull kas?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ persuni mtellgħa l-Qorti fuq reati konnessi mal-liġi tal-VAT mill-1 ta’ Jannar 1999 sa April 2004 huwa kif jidher hawn taħt:
a) Denunzja ta’ taxxa mhux mibgħuta 14,049
b) Nuqqas ta’ għoti ta’ irċevuta/żamma ta’
records
2,759
ċ) Misapproprazzjoni 28
d) Nuqqas ta’ persuni li jikkonformaw ma’ deċiżjoni 403
tal-Qorti
(Tweġiba mogħtija: 25/05/2004PM)
(Seduta Numru: 133)
Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn persuni fuq ir-relief illum? kemm minn dawn huma nisa, irġiel u miżżewġa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li peress li l-Għajnuna Soċjali tingħata fuq bażi ta' household ma tinżammx statistika dwar in-numru ta' membri f'dik il-household u lanqas tas-sess ta' dawk li jikkomponu l-household. Biex tinġabar tali statistika jkun jeħtieġ li ssir verifika ta' kull każ individwalment. Eżerċizzju bħal dan jirrikjedi ħafna ħin u użu ta' riżorsi li għandhom ikunu utilizzati biex jinħadmu u jitħallsu talbiet għall-benefiċċji u pensjonijiet.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi n-numru ta' benefiċjarji tad-diversi tipi ta' Għajnuna Soċjali fl-aħħar ta' Marzu 2004.
Jista' il-Ministru jgħid kemm inqatgħu persuni minn fuq l-ewwel parti tar-reġistru għax-xogħol din is-sena u għaliex?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li minn Jannar sa' April 2004 inqatgħu 440 persuna minn fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru. Mill-440 persuna, 125 persuna nqabdu jaħdmu u jirreġistraw, 188 persuna rrifjutaw opportunita' ta' xogħol filwaqt li 127 persuna rrifjutaw opportunita' ta' taħriġ.
Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn familji jgħixu fuq ir-relief illum? Kemm kien in-numru kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-ispjegazzjoni li jien tajt fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Nru. 5607, f'din l-istess Seduta. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi n-numru ta' households li kienu qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali f'Dicembru ta' dawn l-aħħar ħames snin u f'Marzu 2004.